EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0755

2008/755/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5175) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 258, 26.9.2008, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 70 - 71

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/755/oj

26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5175)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/755/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 82/894/KEE tikkonċerna notifiki ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali elenkati fl-Anness I tagħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE (2) tistipula l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva 82/894/KEE. L-Anness V ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-kodiċijiet għall-mard, filwaqt li l-Annessi X/01, X/03, X/09, X/11, X/12 u X/16 jelenkaw il-kodiċijiet għar-reġjuni veterinarji fil-Ġermanja, l-Italja, id-Danimarka, Spanja, il-Portugall u l-Iżvezja rispettivament.

(3)

Il-lista fl-Anness I tad-Direttiva 82/894/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/650/KE (3), ġiet aġġornata reċentement biex ċerti mard li jaffettwaw il-ħut elenkati fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (4) ġew inklużi f’dik il-lista u l-marda Teschen (enċefalomjelite enterovirali porċina), li m’għadhiex marda notifikabbli b’mod obbligatorju skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (5) tħassret minn dik il-lista.

(4)

Sabiex ikun possibbli li ssir distinzjoni bejn in-notifiki ta’ tifqigħat ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda fi ħnieżer domestiċi, għandhom jingħataw kodiċijiet differenti għan-notifika ta’ dawk iż-żewġ tipi ta’ tifqigħat.

(5)

Għalhekk hemm bżonn li tiġi emendata l-lista ta’ kodiċijiet tal-mard stipulati fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2005/176/KE.

(6)

Il-Ġermanja, l-Italja, id-Danimarka, Spanja, il-Portugall u l-Iżvezja aġġustaw l-ismijiet u l-fruntieri tar-reġjuni veterinarji tagħhom. L-aġġustament ta’ dawk ir-reġjuni jaffettwa s-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali. Ir-reġjuni l-ġodda għandhom għalhekk jissostitwixxu dawk elenkati bħalissa f’dik is-sistema. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati l-Annessi X/01, X/03, X/09, X/11, X/12 u X/16 tad-Deċiżjoni 2005/176/KE skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Sabiex titħares il-kunfidenzjalità tat-tagħrif li jintbagħat, l-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness V qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness X/01 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(3)

L-Anness X/03 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

L-Anness X/09 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

L-Anness X/11 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

L-Anness X/12 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

L-Anness X/16 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness VII ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(2)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.

(3)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 42.

(4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(5)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.


Top