EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0613

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/613/PESK ta’ l- 24 ta’ Lulju 2008 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

OJ L 197, 25.7.2008, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/613/oj

25.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 197/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/613/PESK

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi,

(1)

Taħt it-termini tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għaliha, li jinsabu taħt att ta’ akkuża mill-ICTY.

(2)

Wara t-trasferiment tas-Sur Stojan ZUPLJANIN, għall-kustodja ta’ l-ICTY fl-21 ta’ Ġunju 2008, ismu għandu jitneħħa mil-lista.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li l-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi addattata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/449/PESK (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 75) u estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2007/635/PESK (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 30).


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Individwu

Raġuni

1.

Isem: HADZIC Goran (raġel)

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja

Ċittadin tas-Serbja

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża: 4 ta' Ġunju 2004

Każ nru.: IT-04-75

2.

Isem: KARADZIC Radovan (raġel)

Data tat-twelid: 19.6.1945

Post tat-twelid: Petnjica, il-muniċipalità ta' Savnik, Montenegro

Ċittadin tal-Bosnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 31 ta' Mejju 2000

Każ nru.: IT-95-5/18

3.

Isem: MLADIC Ratko (raġel)

Data tat-twelid: 12.3.1948

Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta' Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina

Ċittadin tal-Bosnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 8 ta' Novembru 2002

Każ nru.: IT-95-5/18


Top