EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0584

2008/584/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċembru 2013 , it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ Konverġenza

OJ L 188, 16.7.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 037 P. 24 - 25

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/584/oj

16.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 188/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”

(2008/584/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (2) tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”.

(2)

Ġaladarba l-Awtorità tal-baġit iddeċidiet li tittrasferixxi ċerti approprijazzjonijiet ta’ impenn mill-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li ma kinux utilizzati fis-sena 2007, skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 48 tal-Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/493/KE tkun emendata biex l-approprijazzjonijiet tallokahom mill-ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2006/493/KE għandha tiġi emendata skond dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/493/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/371/KE (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).


ANNESS

“ANNESS

Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘Konverġenza’ (*)

prezzijiet ta’ 2004 f’EUR (**)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija

9 325 497 783

10 788 767 263

10 515 007 756

10 278 583 653

9 824 886 713

9 588 187 168

9 356 225 581

69 677 155 918

Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’

27 676 975 284


Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ (***)

prezzijiet kurrenti f’EUR (****)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija

9 896 292 851

11 678 108 653

11 609 418 209

11 575 354 634

11 285 706 554

11 234 089 442

11 181 555 662

78 460 526 005

Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’

31 232 644 963


(*)  Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.

(**)  L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.

(***)  Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.

(****)  L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.”


Top