EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0572

2008/572/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Lulju 2008 li taħtar membru Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 183, 11.7.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/572/oj

11.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 183/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Lulju 2008

li taħtar membru Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/572/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur M. Antònio Paulino DA SILVA PAIVA,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ sejjer sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Carlos Alberto PINTO, Sindku Muniċipali ta’ Covilhã.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill,

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top