EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1549

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2007 ta’ l- 20 Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

OJ L 337, 21.12.2007, p. 75–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 057 P. 93 - 96

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1549/oj

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/75


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1549/2007

ta’ l-20 Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu;

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 taghha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) joffri, b’ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà li proċessaturi japplikaw għal liċenzji ta’ l-importazzjoni.

(2)

Il-laħam tat-tjur immellaħ li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 0210 99 39 mhuwiex kopert bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-operaturi li tradizzjonalment jimportaw dan il-prodott jitħallew igawdu mill-kwota tariffarja speċifika għal-laħam tat-tjur immellaħ.

(3)

Fost il-kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 616/2007, hemm b’mod partikolari l-kundizzjoni li l-ipproċessar jeħtieġlu jkun sar abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, u li r-riżultati tiegħu jkunu preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

(4)

Ġaladarba r-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ma jkoprix il-preparati omoġenizzati tal-kodiċi tan-NM 1602 10, u filwaqt li ċerti operaturi speċjalizzati f’dan it-tip ta’ pproċessar urew l-interess tagħhom li jieħdu sehem fi kwoti tariffarji koperti bir-Regolament (KE) Nru 616/2007, jeħtieġ li jiġi provdut li dawn il-prodotti għall-ipproċessar ikunu inklużi, filwaqt li madankollu dan ikun limitat biss għall-prodotti omoġenizzati li ma jkun fihom l-ebda laħam ħlief dak tat-tjur.

(5)

L-esperjenza turi li l-kwantitajiet disponibbli għall-gruppi 6 u 8 ma jiġux utilizzati. Raġuni waħda għal din l-utilizzazzjoni baxxa tinsab fil-fatt li l-kwantità minima li operatur ikun jista’ japplika għaliha, ffissata bir-Regolament għal 100 tunnellata, hija kbira wisq, minħabba li ta’ spiss ikunu kkonċernati swieq “niċċa”.

(6)

Jeħtieġ għalhekk li titnaqqas il-kwantità minima li l-operaturi jistgħu japplikaw għaliha għal dawn il-gruppi speċifiċi.

(7)

L-Istati Membri joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni lill-operaturi aktar minn xahrejn qabel il-bidu tas-subperjodu jew il-perjodu kkonċernat, u għaldaqstant aktar minn xahrejn qabel il-perjodu tal-validità tagħhom. Iż-żmien bejn il-ħruġ u l-possibbiltà li timporta b’dawn il-liċenzji huwa partikolarment twil.

(8)

Biex jiġi evitat li wħud minn dawn il-liċenzji ma jintużawx f’importazzjonijiet qabel il-perjodu ta’ validità tagħhom, jeħtieġ li jkun impost li l-bidu tal-perjodu ta’ validità jitniżżel fuq il-liċenzji ta’ l-importazzjoni.

(9)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 616/2007 jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 msemmi, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti li jkunu jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew ta’ laħam tat-tjur immellaħ kopert bil-kodiċi tan-NM 0210 99 39.”

2.

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“2.   B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kif ukoll mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, jista’ wkoll jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ikun ipproċessa talanqas 1 000 tunnellata ta’ laħam tat-tjur li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, fi preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew fi preparati omoġenizzati koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 10 00 li ma jkun fihom l-ebda laħam għajr dak tat-tjur.”

3.

Fl-Artikolu 4(5), it-tieni inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Għall-gruppi 3, 6 u 8, il-kwantità minima li jeħtiġilha tkopri l-applikazzjoni għal liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.”

4.

L-Anness II.B għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

“B.

Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(7), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

Намаляване на ОМТ, както предвижда Регламент (ЕО) № 616/2007

В действие от …

bl-Ispanjol

:

reducción del AAC tal como prevé el Reglamento (CE) no 616/2007

Válida desde el …

biċ-Ċek

:

Snížení celní sazby podle nařízení (ES) č. 616/2007

Platné ode dne

bid-Daniż

:

Nedsættelse af FFT-toldsatser, jf. forordning (EF) nr. 616/2007

Gyldig fra den …

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes des GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 616/2007

Gültig ab dem

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära vähendamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 616/2007

Kehtib alates

bil-Grieg

:

μείωση του δασμού του ΚΔ όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 616/2007

Ισχύει από …

bl-Ingliż

:

reduction of CCT duty pursuant to Regulation (EC) No 616/2007

valid from …

bil-Franċiż

:

réduction du TDC comme prévu au règlement (CE) no 616/2007

Valable à partir du

bit-Taljan

:

riduzione del dazio TDC come prevede il regolamento (CE) n. 616/2007

Valido a decorrere dal

bil-Latvjan

:

Kopējā muitas tarifa (KMT) samazinājums, kā paredzēts Regulā (EK) Nr. 616/2007

Piemērojams no

bil-Litwan

:

BMT muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 616/2007

Galioja nuo

bl-Ungeriż

:

A 616/2007/EK rendeletben előírt KTV csökkentés

Érvényesség kezdete

bil-Malti

:

Tnaqqis tat-Tariffa Doganali Komuni kif jipprovdi r-Regolament (CE) Nru 616/2007

Valida mid-data

bl-Olandiż

:

Verlaging van het GDT overeenkomstig Verordening (EG) nr. 616/2007

Geldig vanaf

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 616/2007

Ważne od dnia […] r.

bil-Portugiż

:

Redução do direito da pauta aduaneira comum prevista no Regulamento (CE) n.o 616/2007

Válida a partir de

bir-Rumen

:

reducerea TVC în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 616/2007

Valabil de la

bis-Slovakk

:

Zníženie cla SCS podľa nariadenia (ES) č. 616/2007

Platné od ...

bis-Sloven

:

Skupna carinska tarifa, znižana v skladu z Uredbo (ES) št. 616/2007

Velja od

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 616/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus

Voimassa alkaen

bl-Iżvediż

:

Minskning av gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 616/2007

Giltig fr.o.m. …”


Top