EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0093

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 tat- 30 ta’ Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 22, 31.1.2007, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 56M, 29.2.2008, p. 5–6 (MT)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 020 P. 108 - 109

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/93/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 93/2007

tat-30 ta’ Jannar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS).

(2)

Ir-rwol tas-COSS jikkonsisti fiċ-ċentralizzar tax-xogħlijiet tal-kumitati stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-protezzjoni ta' l-għajxien u l-kondizzjonijiet ta' xogħol abbord il-bastimenti.

(3)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja ġdida kollha adottata fil-qasam tas-sigurtà marittima għandha tipprevedi rikors għall-COSS.

(4)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (2), l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (4) jipprevedu li l-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-COSS għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 għandu jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002:

“(t)

Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (*)

(u)

Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (**)

(v)

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (***)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 10).

(2)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

(4)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.


Top