EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0041

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE tat- 28 ta’ Ġunju 2007 li temenda lil ċertu Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

OJ L 169, 29.6.2007, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 004 P. 285 - 286

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/41/oj

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/51


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/41/KE

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li temenda lil ċertu Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (ċ) u (d) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkonsultat ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE telenka organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u tipprovdi għal ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni tagħhom ġewwa l-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi. Tipprovdi wkoll għar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità.

(2)

Id-Danimarka ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Wara r-riżultati minn ċertu stħarriġ li sar ġewwa d-Danimarka, d-Danimarka ressqet informazzjoni li wriet li protezzjoni fitosanitarja adegwata kontra s-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma teħtieġ li l-istat tad-Danimarka jibqa' bħala żona protetta kontra l-organiżmu u talbet li jiġi rtirat l-istat tagħha bħala żona protetta kontra s-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr Għalhekk, id-Danimarka m’għandhiex tibqa’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(3)

Mill-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika Ċeka, Franza u l-Italja rispettivament, ir-Repubblika Ċeka, ir-reġjuni ta’ Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace fi Franza u r-reġjun tal-Basilicata fl-Italja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO, għaliex dan il-patoġenu mhuwiex preżenti hemmhekk. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali fir-rigward ta’ l-introduzzjoni u l-moviment ġewwa ż-żoni protetti rilevanti tal-materjal propagatur tad-dwieli.

(4)

L-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annesi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom għalhekk jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).


ANNESS

1.

Fl-Anness II, Parti B(ċ), punt 0.1, fil-kolonna tal-lemin id-“DK” titħassar.

2.

Fl-Anness II, Parti B(d), il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1:

“2.

Grapevine flavescence dorée MLO

Pjanti tal-Vitis L., esklużi frott u żrieragħ.

CZ, FR (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), IT (Basilicata)”

3.

Fl-Anness IV, Parti B, punt 6.3, fil-kolonna tal-lemin id-“DK” titħassar.

4.

Fl-Anness IV, Parti B, il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 31:

“32.

Pjanti ta' Vitis L., minbarra frott u żerriegħa.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(15), IVA(II)17, u IVB21.1, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fi stabbiliment tal-produzzjoni f'pajjiż fejn il-Grapevine flavescence dorée MLO mhix magħrufa li sseħħ; jew

(b)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fi stabbiliment tal-produzzjoni f'żona ħielsa mill-Grapevine flavescence dorée MLO stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skond l-istandards internazzjonali rilevanti; jew

(ċ)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fir-Repubblika Ċeka, Franza (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), jew l-Italja (Basilicata); jew

(d)

Il-pjanti oriġinaw u tkabbru f'post tal-produzzjoni fejn:

(aa)

ebda sintomu tal-Grapevine flavescence dorée MLO ma ġie osservat fuq il-pjanti mill-istokk oriġinali mill-bidu ta' l-aħħar żewġ ċikli sħaħ ta' veġetazzjoni; u

(bb)

either

(i)

jew, ebda sintomu ta' Grapevine flavescence dorée MLO ma nstab fuq il-biċċiet tad-dwieli fil-post tal-produzzjoni; jew,

(ii)

il-pjanti jkunu ingħataw trattament bl-ilma misħun ta' mhux inqas minn 50 grad Ċentigrad għal 45 minuta sabiex jeliminaw il-preżenza tal-Grapevine flavescence dorée MLO.”

CZ, FR (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), IT (Basilicata)

5.

Fl-Anness V, parti A.II, punt 1.3, it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.3.

Pjanti li mhumiex frott u żrieragħ ta' l-Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Eucalyptus L'Herit., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L., Sorbus L. u Vitis L.”


Top