EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0864

2007/864/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6490) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 337, 21.12.2007, p. 127–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 051 P. 192 - 193

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/864/oj

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/127


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6490)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Anness XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsima B, is-Sottotaqsima I(1), il-paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranżitorji għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Il-possibbiltà ta’ għoti ta’ perjodi tranżizzjonali għall-istabbilimenti tal-laħam fil-Polonja tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7), 2006/14/KE (8), 2006/196/KE (9), 2006/404/KE (10), 2006/555/KE (11), 2006/935 /KE (12), 2007/202 /KE (13), 2007/443/KE (14) u 2007/555/KE (15).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam lestew il-proċess tagħhom ta’ titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ċerti stabbilimenti temmew l-attivitajiet li għalihom kienu kisbu perjodu tranżitorju. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1392.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 52; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 74; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

(6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

(8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.

(9)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80.

(10)  ĠU L 156, 9.6.2006, p. 16.

(11)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 17.

(12)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 105.

(13)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 86.

(14)  ĠU L 166, 28.6.2007, p. 24.

(15)  ĠU L 212, 14.8.2007, p. 3.


ANNESS

Lista ta’ stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003

Lista ta' stabbilimenti ta' laħam aħmar fi tranżizzjoni

Nru

Nru Veterinarju

Isem ta' l-istabbilimenti

2

02200301

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „Tarczyński” Sp. z o.o.

9

06020203

Zakłady Mięsne w Biłgoraju Czesław Sobczak

11

06020208

Zakład Mięsny „Romex” Romuald Chołota

34

12100112

P.P.H.U. „KWARTET” Ubojnia Zwierząt

52

14370201

Zakład Rzeźniczo-Wędliniarski S. J. Z. Motylewski – J. Zaborowski

53

14140301

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „SZYNKO-POL” Spółka z o.o.

54

14250309

Sp. z o.o. KAMAR

60

16010301

PPHU „PIM” s.j.

67

22630302

Zakład Przetwórstwa Mięsnego M. Korganowski

68

22120303

Zakład Przetwórstwa Mięsnego M. Korganowski

74

24040211

Przetwórstwo Mięsa Andrzej Kosiński

84

26610201

Zakłady Mięsne S.A. Kielce

94

30210307

ALBAN Sp. z o.o. Jerzy Kniat

98

30270206

PPH PEKTUR s.j. Jerzy Pacholski, Marek Domeński


Lista ta' stabbilimenti tal-laħam abjad

109

14250604

Krzyżanowscy

113

30170401

PPHEI AWRA Sp. z o.o.


Lista ta' stabbilimenti ta' laħam aħmar b'kapaċità baxxa

116

PPHU „Elbro” Furmanek spółka jawna

ul. Kościelna 6, 76-032 Mielno, oddział Siemianice,

ul. Polna 1, 76-200 Słupsk


Top