EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0639

2007/639/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4409)

OJ L 258, 4.10.2007, p. 39–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 031 P. 45 - 49

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/639/oj

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Ottubru 2007

li tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4409)

(2007/639/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu data u tagħrif varju lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

(2)

Għandu jiġi stabbilit format komuni għall-preżentazzjoni ta’ dik id-data u dak it-tagħrif.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni d-data u t-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 12(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 fil-format stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850).


ANNESS

Format għat-tressiq ta’ data u tagħrif skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (POPs)

A–   Rapport annwali dwar kontroll tal-produzzjoni, tqegħid fis-suq (L-Artikolu 12(2))

Taqsima I:   tagħrif ġenerali

1.   Stat Membru:

2.   Isem u titlu ta’ l-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

3.   Isem sħiħ ta’ l-istituzzjoni:

4.   Indirizz postali:

5.   Numru tat-telefown:

6.   Numru tal-faks:

7.   Indirizz elettroniku:

8.   Data tar-rapport (jj/xahar/ssss):

Taqsima II:   kontroll tal-produzzjoni, tqegħid fis-suq

1.   Produzzjoni tas-sustanzi mniżżla taħt l-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (minn hawn ’il quddiem “l-Anness I jew II”)

1.1.   Is-sena tar-rapport:

1.2.   Kien hemm xi kimika mniżżla fl-Anness I jew II li ġiet prodotta fl-Istat Membru tiegħek tul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport? (Iva/Le)

1.2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-isem tas-sustanza/i u l-volum(i) korrispondenti prodott(i) (f’kg).

2.   It-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi mniżżla taħt l-Anness I jew II

2.1.   Is-sena tar-rapport:

2.2.   Kien hemm xi kimika mniżżla fl-Anness I jew II li ġiet prodotta fl-Istat Membru tiegħek jew esportata mill-Istat Membru tiegħek tul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport? (Iva/Le)

2.2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-isem tas-sustanza/i u l-volum(i) korrispondenti esportat(i) u/jew mqiegħed/mqiegħda fis-suq (f’kg). F’każ ta’ esportazzjoni jew importazzjoni, jekk jogħġbok speċifika l-pajjiż(i) ta’ esportazzjoni jew importazzjoni.

B–   Rapport fuq tliet snin dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (L-Artikoli 12(1) u 12(3)).

Taqsima I:   tagħrif ġenerali

1.   Stat Membru:

2.   Isem u titlu ta’ l-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

3.   Isem sħiħ ta’ l-istituzzjoni:

4.   Indirizz postali:

5.   Numru tat-telefown:

6.   Numru tal-faks:

7.   Indirizz elettroniku:

8.   Data tar-rapport (jj/xahar/ssss):

Taqsima II:   ħażniet

1.   Fl-Istat Membru tiegħek hemm ħażniet notifikati ta’ kwalunkwe sustanza mniżżla fl-Anness I jew II u li l-użu tagħhom hu permess? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal kull ħażna s-sena meta ġiet identifikata, in-natura tagħha, il-kontenut tagħha (% jew mg/kg), il-volum tagħha (kg), il-post fejn tinsab u l-miżuri meħuda biex tiġi ġestita.

2.   Fl-Istat Membru tiegħek hemm ħażniet notifikati ta’ kwalunkwe sustanza mniżżla fl-Anness I jew II u li l-użu tagħhom hu permess? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal kull ħażna s-sena meta ġiet identifikata, in-natura tagħha, il-kontenut tagħha (% jew mg/kg), il-volum tagħha (kg), il-post fejn tinsab u l-miżuri meħuda biex tiġi ġestita.

Taqsima III:   tnaqqis għar-rilaxx, minimizzazzjoni u tneħħija

1.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa pjan ta’ azzjoni dwar is-sustanzi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (minn hawn ’il quddiem “l-Anness III”)? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i li għaliha/hom għandek data dwar ir-rilaxx. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal liema kompartiment (jiġifieri, arja, ilma, art) għandek data dwar ir-rilaxx. Għal kull kompartiment speċifiku, agħti r-rilaxx fi g TEQ/sena (WHO-TEF (1) 2005) jew f’kg/sena.

2.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jidentifika l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

3.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jikkaratterizza l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

3.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

4.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jikkaratterizza l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

4.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

Taqsima IV:   pjanijiet ta’ implementazzjoni

1.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa Pjan ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali (PIN) skond l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħgbok, indika d-data/i fejn ġie kkomunikat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

1.2.1.   Tajt lill-pubbliku opportunitajiet bikrin u effettivi sabiex jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-PIN tiegħek? (Iva/Le)

1.2.1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2.1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor kif.

Taqsima V:   monitoraġġ

1.   L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa programm ta’ monitoraġġ dwar il-preżenza ta’ dijossini, furani u PCBs fl-ambjent? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i li għaliha/hom għandek data ta’ monitoraġġ. Għal kull sustanza speċifika u għal kull programm ta’ monitoraġġ, speċifika l-perjodu u l-għanijiet tal-programm ta’ monitoraġġ, it-tip tal-punti tat-teħid tal-kampjuni (pereżempju, postijiet kritiċi, inċidenti, qagħda ta' sfond), iż-żona ġeografika, il-metodu analitiku applikat, il-kompartimenti fejn is-sustanza tteħdilha kampjun, il-valuri misjuba (medju, medjan, massimu, minimu, numru ta’ kampjuni) u kif taċċessa għal din id-data.

Taqsima VI:   l-iskambju tat-tagħrif

1.   L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa mekkaniżmu għall-iskambju tat-tagħrif? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hi “Iva” u l-mekkaniżmu għall-iskambju tat-tagħrif mhux parti mill-PIN tiegħek, jekk jogħġbok iddeskrivih.

2.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu l-programmi għall-għarfien rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

2.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

3.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu l-forniment ta’ tagħrif pubbliku rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

3.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

3.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

4.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu t-taħriġ tal-ħaddiema, xjentisti, għalliema u persunal tekniku u maniġerjali rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

4.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

4.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

Taqsima VII:   għajnuna teknika

1.   L-Istat Membru tiegħek pprovda lill-pajjiż(i) ieħor/oħra b’għajnuna teknika u finanzjarja biex jiżviluppa(w) u jsaħħaħ/jsaħħu l-kapaċità tiegħu/tagħhom biex jimplimenta(w) bis-sħiħ l-impenn tiegħu/tagħhom skond il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-pajjiż(i) u t-tip ta’ għajnuna.

Taqsima VIII:   pieni

1.   Pieni

1.1.   L-Istat Membru tiegħek, kif jistipula r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/2004?

1.2.   Liema huma l-miżuri meħuda biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-pieni?

2.   Proċedura ta’ vjolazzjoni

2.1.   L-Istat Membru tiegħek beda proċedura ta’ vjolazzjoni minħabba ksur tar-Regolament (KE) Nru 850/2004? (Iva/Le)

2.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-Artikolu li tirreferi għalih il-vjolazzjoni, iddeskrivi fil-qosor il-vjolazzjoni u indika l-piena magħżula għal min wettaq ir-reat.


(1)  Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-polychlorinated dibenzo-p-diossini u d-dibenzofurans u l-coplanar polychlorinated biphenyls


Top