EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0409

2007/409/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd

OJ L 155, 15.6.2007, p. 68–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 003 P. 103 - 105

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1380

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/409/oj

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd

(2007/409/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u partikolarment l-Artikoli 31 u 32 tiegħu, jipprovdu għal forom ġodda ta’ parteċipazzjoni mill-partijiet interessati tal-Politika Komuni dwar is-Sajd permezz tat-twaqqif ta’ Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

Id-Deċiżjoni 2004/585/KE (2) tiddefinixxi qafas komuni li għandu jimxi miegħu kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali.

(3)

L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2004/585/KE jipprovdi biex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Komunità lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali sabiex ikun żgurat it-tħaddim effettiv tagħhom, kif ukoll biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-traduzzjoni u ta’ l-interpretazzjoni.

(4)

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali joffru pariri dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u jiżguraw involviment effettiv tal-partijiet interessati, li huwa wieħed mill-pilastri essenzjali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd riformata u prerekwiżit tal-governanza tajba.

(5)

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom għalhekk jitqiesu bħala korpi li għandhom għan ta’ interess Ewropew ġenerali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 162(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3).

(6)

Jeħtieġ li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jingħataw stabilità finanzjarja billi jiġu pprovduti b’finanzjament suffiċjenti u permanenti sabiex ikomplu jwettqu effettivament ir-rwol konsultattiv tagħhom fi ħdan il-Politika Komuni dwar is-Sajd.

(7)

Sabiex tiġi simplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament Komunitarju li jirċievu l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, jeħtieġ li jkun hemm strument finanzjarju wieħed sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kollha.

(8)

Fid-dawl ta’ l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità allokata lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, huwa importanti li l-Kummissjoni, minbarra l-kontrolli ta’ verifika (awditjar), għandha tkun tista’ tiċċekkja f’kull ħin li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jkunu qed joperaw f’konformità mal-ħidmiet assenjati lilhom.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/585/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/585/KE hija b’ dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-Finanzjament

1.   Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jkun kiseb personalità ġuridika jista’ japplika għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja bħala korp li għandu għan ta’ interess Ewropew ġenerali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 162(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*).

2.   Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ kull Kumitat Konsultattiv Reġjonali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi, inkluż l-ispejjeż ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni skond l-Anness II.

(*)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).”"

2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

Verifiki tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ twettaq il-verifiki kollha li tqis meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mal-ħidmiet assenjati mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u d-Deċiżjoni lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.”;

3)

l-Anness III għandu jinbidel bl-Anness hawn mehmuz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).


ANNESS

“ANNESS II

Kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż imġarrba mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal parti mill-ispejjeż operattivi tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali bħala korpi b’għan ta’ interess Ewropew ġenerali. L-għotja allokata mill-Komunità lil kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-ispejjeż operattivi tiegħu m’għandhiex taqbeż 90 % tal-baġit operattiv tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali. Fis-snin li ġejjin, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun permanenti u tiddependi mill-baġit disponibbli. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ‘ftehim dwar għotja operattiva’ ma’ kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jiffissa t-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi u l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ l-għotja.

L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fl-ispejjeż meħtieġa biex ikun żgurat l-operat normali tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u biex ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tagħhom. L-ispejjeż attwali biss se jkunu soġġetti għall-kontribuzzjoni Komunitarja, li se tingħata b’kundizzjoni li s-sorsi l-oħra tal-finanzjament ikunu ġew allokati.

L-ispejjeż diretti li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

spejjeż għall-persunal (l-ispiża għall-persunal għal kull jum ta’ xogħol fuq il-proġett);

faċilitajiet għall-kmamar tal-laqgħat;

tagħmir ġdid jew użat;

materjali u provvisti;

tixrid ta’ informazzjoni lill-membri;

spejjeż ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni ta’ l-esperti li jattendu l-laqgħat tal-Kumitat (skond skali jew regoli ffissati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni)

verifiki;

spejjeż ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni;

riżerva ta’ kontinġenza ta’ mhux aktar minn 5 % ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli;”


Top