EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0381

2007/381/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 1 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffissar ta’ allokazzjoni finanzjarja indikattiva, għas-sena ta’ kummerċ 2006/2007 u fir-rigward ta’ ċertu għadd ta’ ettari, għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2272)

OJ L 141, 2.6.2007, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/381/oj

2.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007

dwar l-iffissar ta’ allokazzjoni finanzjarja indikattiva, għas-sena ta’ kummerċ 2006/2007 u fir-rigward ta’ ċertu għadd ta’ ettari, għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2272)

(It-test bil-Bulgaru u bir-Rumen biss huma awtentiċi)

(2007/381/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2).

(2)

Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ta’ l-iskema tar-ristrutturar u l-konverżjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jipprevedu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari jirreferu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membru bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru ta’ wara.

(3)

Il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 u jistgħu jibbenefikaw mis-sistema tar-ristrutturar u l-konverżjoni minn din id-data, meta jkunu ssodisfaw ukoll il-kundizzjoni li joħolqu inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni, kif ikkonfermat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/223 (3) u 2007/234 (4).

(4)

B’konformità ma’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-allokazzjoni finanzjarja fost Stati Membri għandha tqis kif xieraq il-propozjon ta’ l-erja f’vinji Komunitarji fl-Istat Membru ikkonċernati.

(5)

Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-allokazzjonijiet finanzjarji għandhom isiru fir-rigward ta’ ċertu għadd ta’ ettari.

(6)

Għandu jitqies il-kumpens għat-telf ta’ dħul għal vitikulturisti matul il-perjodu meta l-vinja tkun għadha ma bdietx tipproduċi għeneb.

(7)

Skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-allokazzjoni inizjali tiġi adattata skond n-nefqa reali u abbażi tal-previżjonijiet riveduti tan-nefqa mressqa mill-Istati Membri, fejn jitqies l-għan ta’ l-iskema u soġġett għall-fondi disponibbli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjonijiet finanzjarji għall-Bulgarija u r-Rumanija, fir-rigward ta’ ċertu għadd ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għas-sena ta’ kummerċ 2006/2007 għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).

(3)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 53

(4)  ĠU L 100, 17.4.2007, p. 27


ANNESS

Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-2006/2007

L-Istat Membru

L-erja (ettari)

Allokazzjoni Finanzjarja

(EUR)

Il-Bulgarija

2 131

6 700 516

Ir-Rumanija

1 060

8 299 484

Total

3 191

15 000 000


Top