This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0342
2007/342/EC: Commission Decision of 15 May 2007 on the allocation to Belgium of additional days at sea within the ICES zones IV, VIIa and VIId (notified under document number C(2007) 2072) (Text with EEA relevance )
2007/342/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Mejju 2007 dwar l-allokazzjoni lill-Belġju ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fi ħdan iż-żoni IV, VIIa u VIId ta’ l-ICES (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2072) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2007/342/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Mejju 2007 dwar l-allokazzjoni lill-Belġju ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fi ħdan iż-żoni IV, VIIa u VIId ta’ l-ICES (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2072) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 129, 17.5.2007, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 129/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Mejju 2007
dwar l-allokazzjoni lill-Belġju ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fi ħdan iż-żoni IV, VIIa u VIId ta’ l-ICES
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2072)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/342/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 10 ta’ l-Anness IIA tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju,
Billi:
(1) |
Il-Punt 8 ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika n-numru massimu ta’ jiem li matulhom il-bastimenti Komunitarji b’tul totali ta’ 10 metri jew ikbar li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ daqs ta’ 80 mm jew ikbar jistgħu jkunu preżenti fi Skagerrak, iż-żoni IV u VIId ta’ l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa ta’ l-ICES, fi ħdan iż-żona VIIa ta’ l-ICES u fi ħdan iż-żona VIa ta’ l-ICES mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008. |
(2) |
Punt 10 ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 71/2007 jippermetti li l-Kummissjoni talloka, fuq bażi ta’ talba magħmula mill-Istati Membri, numru addizzjonali ta’ jiem fuq il-baħar li matulhom bastiment jista’ jkun preżenti fi ħdan iż-żona ġeografika meta qed iġorr abbord tali xbieki tat-tkarkir bit-travu, fuq bażi ta’ waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd li ilhom iseħħu mill-1 ta’ Jannar 2002. |
(3) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2006 u fit-30 ta’ Jannar 2007, il-Belġju ressaq dejta li turi li grupp ta’ bastimenti, li waqqfu l-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2002, użaw 11.11 % ta’ l-isforz tas-sajd użat fl-2001 mill-bastimenti Belġjani preżenti fi ħdan iż-żona ġeografika u li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ daqs ta’ 80 mm jew ikbar. Peress li l-jiem mitluba ma jistgħux jiġu allokati għal matul il-perjodu mitlub, il-jiem addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008 fuq bażi tar-Regolament (KE) Nru 41/2007. |
(4) |
Fid-dawl tad-dejta mressqa, 15-il jum addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu tal-kategorija ta’ rkaptu tas-sajd 4.1.i u 16-il jum fuq il-baħar għall-bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu tal-kategoriji ta’ rkaptu tas-sajd 4.1.b.ii, 4.1.b.iii u 4.1.b.iv għandhom jiġu allokati lill-Belġju matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, jiġifieri mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. In-numru massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr xbieki tat-tkarkir bit-travu elenkati fil-punt 4.1.b.i ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, jista’ jkun preżenti fiż-żoni IV, VIIa u VIId ta’ l-ICES, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness, għandu jiżdied bi 15-il jum fuq il-baħar.
2. In-numru massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr xbieki tat-tkarkir bit-travu elenkati fil-punt 4.1.b.ii, 4.1.b.iii u 4.1.b.iv ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru. 41/2007, jista’ jkun preżenti fiż-żoni IV, VIIa u VIId ta’ l-ICES, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness għal każijiet fejn l-ebda kondizzjoni speċjali elenkata fil-punt 8.1 ta’ l-istess Anness ma tapplika, għandu jiżdied b’16-il jum fuq il-baħar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).