EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0067

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Diċembru 2006 li tippermetti lill-Istati Membri sabiex jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida t-tritosulfuron (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6573) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 32, 6.2.2007, p. 164–164 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 219M, 24.8.2007, p. 177–177 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 081 P. 341 - 341
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 081 P. 341 - 341
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 045 P. 293 - 293

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/67(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

177


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2006

li tippermetti lill-Istati Membri sabiex jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida t-tritosulfuron

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 6573)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/67/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE f'Ġunju ta' l-2001 il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni minngħand il-BASF AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tritosulfuron fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/268/KE (2) kkonfermat li l-inkartament kien komplut u li jista’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u ta' l-informazzjoni fl-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva.

(2)

Kien hemm il-ħtieġa ta' konferma tal-kompletezza ta' l-inkartament sabiex seta’ jiġi eżaminat fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom s-sustanza attiva kkonċernata, filwaqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kondizzjoni dwar il-valutazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġijiet stipulati minn dik id-Direttiva.

(3)

Għal din is-sustanza attiva, ġew eżaminati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport evalwattiv lill-Kummissjoni fil-5 ta' Settembru 2002.

(4)

Wara li tressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv mill-Istat Membru relatur, kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikant u li l-Istat Membru Relatur jeżamina dik l-informazzjoni u li jressaq il-valutazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminazzjoni ta' l-inkartament għadha għaddejja u mhux ser ikun possibbli li l-valutazzjoni tintemm fil-qafas ta' żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Minħabba li l-valutazzjoni s’issa għadha ma identifikat l-ebda raġuni ta' tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva kkonċernata għal perjodu ta' 24 xahar skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE b'mod li tkun tista' titkompla l-eżaminazzjoni ta' l-inkartament. Huwa mistenni li l-proċess ta' valutazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' deċiżjoni dwar il-possibilità ta' l-inklużjoni tat-tritosulfuron fl-Anness I se jitlesta fi żmien 24 xahar.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tritosulfuron għal perjodu li ma jaqbiżx l-24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/75/KE (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 92, 9.4.2002, p. 34.


Top