EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1833

1833/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat- 13 ta' Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 354, 14.12.2006, p. 19–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 312M, 22.11.2008, p. 181–190 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 022 P. 116 - 125
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 022 P. 116 - 125
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 011 P. 193 - 202

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012R1106

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1833/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

181


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1833/2006

tat-13 ta' Diċembru 2006

dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrata r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95, tat-22 ta' Mejju 1995, dwar l-istatistika dwar il-kummerċ fl-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi li mhumiex membri (1), u b'mod partkolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2005 tat-18 ta' Mejju 2005 dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (2) stabbilixxa l-verżjoni tan-nomenklatura valida mill-1 ta' Ġunju 2005.

(2)

L-għoti ta' kodiċi alfabetika ta' pajjiżi u territorji għandu jkun ibbażat fuq il-verżjoni attwali ta' l-istandard ta' l-ISO alpha 2, safejn dan hu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u tar-rekwiżiti ta' l-istatistika tal-Komunità. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003 (3) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità jistipula perjodu ta' tranżizzjoni għall-adattament tas-sistemi awtomatizzati tal-ħruġ mid-dwana. Billi dan il-perjodu issa skada, ma għadux aktar meħtieġ li jintużaw kodiċijiet numeriċi flimkien ma' kodiċijiet alfabetiċi.

(3)

Il-Montenegro sar stat indipendenti.

(4)

Għalhekk hu xieraq li tinkiteb verżjoni ġdida tan-nomenklatura li tikkunsidra dawn l-iżviluppi u bidliet li jaffettwaw ċerti kodiċijiet.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Relatata mal-Kummerċ ta' Merkanzija ma' Pajjiżi li Mhumiex Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-verżjoni tan-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-statistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri li se tkun valida mill-1 ta' Jannar 2007 hi stabbilita fl-Anness hawn taħt.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 126, 19.5.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 215/2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11).


ANNESS

NOMENKLATURA TA' PAJJIJŻI U TERRITORJI GĦALL-ISTATISTIKA TAL-KUMMERĊ ESTERN TAL-KOMUNITÀ U GĦALL-ISTATISTIKA TAL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(Verżjoni valida b'effett mill-1 ta' Jannar 2007)

Kodċi

Test

Deskrizzjoni

AD

L-Andorra

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

Abu Dhabi, Ajman, Dubaj Fujairah, Ras al Khaimah, Sharjah u Umm al Qaiwain

AF

L-Afganistan

 

AG

Antigwa u Barbuda

 

AI

L-Anguilla

 

AL

Albanija

 

AM

L-Armenja

 

AN

L-Antilles Olandiżi

Bonaire, Curaçao, Saba, St Eustatius u l-parti ta' isfel ta' St Martin

AO

L-Angola

Inkluż Cabinda

AQ

L-Antarktika

Territorju 'l isfel mis-60° tal-latitudni tan-Nofsinhar; dan ma jinkludix it-Territorji tan-Nofsinhar Franċiżi (TF), il-Gżira Bouvet (BV), il-Ġeorġja ta' Isfel u l-Ġżejjer Sandwich t'Isfel (GS)

AR

L-Arġentina

 

AS

Samoa Amerikana

 

AT

L-Awstrija

 

AU

L-Awstralja

 

AW

Aruba

 

AZ

L-Ażerbajġan

 

BA

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina

 

BB

Barbados

 

BD

Il-Bangladexx

 

BE

Il-Belġju

 

BF

Il-Burkina Faso

 

BG

Il-Bulgarija

 

BH

Il-Baħrajn

 

BI

Il-Burundi

 

BJ

Il-Benin

 

BM

Bermuda

 

BN

Il-Brunej Darussalam

Ta' spiss imsejħa l-Brunej

BO

Il-Bolivja

 

BR

Il-Brażil

 

BS

Il-Baħamas

 

BT

Il-Bhutan

 

BV

Il-Gżira Bouvet

 

BW

Il-Botswana

 

BY

Il-Belarus

Ta' spiss imsejħa l-Belorussja

BZ

Il-Beliże

 

CA

Il-Kanada

 

CC

Il-Gżejjer Cocos (jew il-Gżejjer Keeling)

 

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

li qabel kien magħruf bħala ż-Żaire

CF

Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali

 

CG

Il-Kongo

 

CH

L-Iżvizzera

Inklużi t-territorju Ġermaniż ta' Büsingen u l-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia

CI

Il-Kosta ta' l-Ivorju

Ta' spiss imsejħa bħala l-Kosta ta' l-Ivorju

CK

Il-Gżejjer Cook

 

CL

Iċ-Ċili

 

CM

Il-Kamerun

 

CN

Iċ-Ċina

 

CO

Il-Kolombja

 

CR

Il-Kosta Rika

 

CU

Kuba

 

CV

Il-Kap Verde

 

CX

Il-Gżejjer tal-Milied

 

CY

Ċipru

 

CZ

Ir-Repubblka Ċeka

 

DE

Il-Ġermanja

Inkluża l-Gżira ta' Heligoland; minbarra t-territorju ta' Büsingen

DJ

Ġibuti

 

DK

Id-Danimarka

 

DM

Id-Dominika

 

DO

Ir-Repubblika Domenikana

 

DZ

L-Alġerija

 

EC

L-Ekwador

Inkludi l-Gżejjer Galapagos

EE

L-Estonja

 

EG

L-Eġittu

 

ER

L-Eritrea

 

ES

Spanja

Inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanari; minbarra Ceuta u Melilla

ET

L-Etjopja

 

FI

Il-Finlandja

Inkludi l-Gżejjer Aland

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

FM

L-Istati Federati tal- Mikronesja

Chuuk, Kosrae, Pohnpei u Yap

FO

Il-Gżejjer Faroe

 

MT

Franza

Inklużi Monako u d-dipartimenti lilhinn mill-metropoli (Il-Gijana Franċiża, il-Guadeloupe, il-Martinique u r-Riunjoni)

GA

Il-Gabon

 

GB

Ir-Renju Unit

Il-Gran Brittanja, l-Irlanda ta' Fuq, il-Kanal Ingliż u l-Isle of Man

GD

Grenada

Inklużi l-Grenadini t'Isfel

GE

Il-Ġeorġja

 

GH

Il-Gana

 

GI

Ġibiltà:

 

GL

Greenland

 

GM

Il-Gambja

 

GN

Il-Ginea

 

GQ

Il-Ginea Ekwatorjali

 

GR

Il-Greċja

 

GS

Il-Ġeorġja t'Isfel u l-Gżejjer Sandwich t'Isfel

 

GT

Il-Gwatemala

 

GU

Il-Guam

 

GW

Il-Ginea-Bissau

 

GY

Il-Gijana

 

HK

Ħong Kong

Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Ħong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HM

Il-Gżira Heard u l-Gżejjer McDonald

 

HN

Il-Ħonduras

Inklużi l-Gżejjer Swan

HR

Il-Kroazja

 

HT

Ħaiti

 

HU

L-Ungerija

 

ID

L-Indoneżja

 

IE

L-Irlanda

 

IL

L-Iżrael

 

IN

L-Indja

 

IO

It-Territorju Brittaniku ta' l-Oċean Indjan

L-arċipelagu Chagos

IQ

L-Iraq

 

IR

Ir-Repubblika Islamika ta' l-Iran

 

IS

L-Iżlanda

 

IT

L-Italja

Inkluż Livigno; minbarra l-muniċipalità ta' Campione d'Italia

JM

Il-Ġamajka

 

JO

Il-Ġordan

 

JP

Il-Ġappun

 

KE

Il-Kenja

 

KG

Ir-Repubblika tal-Kirgiz

 

KH

Il-Kambodja

 

KI

Kiribati

 

KM

Il-Komoros

Anjouan, Grande Comore u Mohéli

KN

St Kitts u Nevis

 

KP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Ta' spiss imsejħa bħala l-Korea ta' Fuq

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

Ta' spiss imsejħa bħala l-Korea t'Isfel

KW

Il-Kuwajt

 

KY

Il-Gżejjer Cayman

 

KZ

Il-Każakstan

 

LA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Lao

Ta' spiss imsejħa l-Laos

LB

Il-Libanu

 

LC

St Luċija

 

LI

Il-Liechtenstein

 

LK

Is-Sri Lanka

 

LR

Il-Liberja

 

LS

Il-Leżoto

 

LT

Il-Litwanja

 

LU

Il-Lussemburgu

 

LV

Il-Latvja

 

LY

Il-Ġamaħarija Għarbija Libjana

Ta' spiss imsejħa l-Libja

MA

Il-Marokk

 

MD

Ir-Repubblika tal- Moldova

 

ME

Il-Montenegro

 

MG

Il-Madagaskar

 

MH

Il-Gżejjer Marshall

 

MK  (1)

L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

ML

Il-Mali

 

MM

Myanmar

Ta' spiss imsejħa Burma

MN

Il-Mongolja

 

MO

Il-Makaw

Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

MP

Il-Gżejjer tal-Marjana ta' Fuq

 

MR

Il-Mawritanja

 

MS

Montserrat

 

MT

Malta

Inklużi Għawdex u Kemmuna

MU

Il-Mawrizju

Mawrizju, il-Gżira Rodrigues, il-Gżejjer Agalega u s-Sikek Cargados Carajos (il-Gżejjer St Brandon)

MV

Il-Maldives

 

MW

Il-Malawi

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malażja

Il-Malażja Peninsulari u l-Malażja tal-Lvant (Labuan, Sabah u Sarawak)

MZ

Il-Możambik

 

NA

In-Namibja

 

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida

Inklużi l-Gżejjer Lealtà (Lifou, Maré u Ouvéa)

NE

In-Niġer

 

NF

Il-Gżira Norfolk

 

NG

In-Niġerja

 

NI

In-Nikaragwa

Inklużi l-Gżejjer Corn

NL

L-Olanda

 

LE

In-Norveġja

Inklużi l-Arċipelagu Svalbard u l-Gżira Jan Mayen

NP

In-Nepal

 

NR

Nauru

 

NU

Niue

 

NZ

In-New Zealand

Minbarra d-Dipendenza Ross (l-Antarktika)

OM

L-Oman

 

PA

Il-Panama

Inkluża dik li qabel kienet iż-Żona tal-Kanal

PE

Il-Peru

 

PF

Il-Polinesja Franċiża

Il-Gżejjer Marquesas, il-Gżejjer Soċjetà (inklużi Taħiti), il-Gżejjer Tuamotu, il-Gżejjer Gambier u l-Gżejjer Awstral. Kif ukoll il-Gżira Clipperton

PG

Il-Papwa Ginea Ġdida

Il-parti tal-Lvant tal-Ginea Ġdida l-Arċipelagu Bismarck (inklużi l-Brittanja Ġdida, l-Irlanda Ġdida, Lavongai (Ħanover Ġdida) u l-Gżejjer Admiralty); il-Gżejjer Solomon tat-Tramuntana (Bougainville u Buka); il-Gżejjer Trobriand, il-Gżira Woodlark; il-Gżejjer d'Entrecasteaux u l-Arċipelagu Louisiade

PH

Il-Filippini

 

PK

Il-Pakistan

 

PL

Il-Polonja

 

PM

St Pierre u Miquelon

 

PN

Pitcairn

Inklużi l-Gżejjer Ducie, Henderson u Oeno

PS

It-Territorju Palestinjan Okkupat

Ix-Xatt tal-Punent (inkluża Ġerusalemm tal-Lvant) u l-Medda ta' Gaża

PT

Il-Portugall

Inklużi l-Azores u Madeira

PW

Palau

 

PY

Il-Paragwaj

 

QA

Il-Qatar

 

RO

Ir-Rumanija

 

RU

Il-Federazzjoni Russa

Ta' spiss imsejħa r-Russja

RW

Ir-Rwanda

 

SA

L-Għarabja Sawdija

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

SC

Is-Seychelles

Il-Gżira Mahé, il-Gżira Praslin, La Digue, Frégate u Silhouette; Il-Gżejjer Amirante (inklużi Desroches, Alphonse, Platte u Coëtivy); Il-Gżejjer Farquhar (inklużi Providenza); Il-Gżejjer Aldabra u l-Gżejjer Cosmoledo

SD

Is-Sudan

 

SE

L-Iżvezja

 

SG

Singapor

 

SH

Santa Elena

Inklużi l-Gżejjer ta' l-Assenxjoni u l-Gżejjer Tristan da Cunha

SI

Is-Slovenja

 

SK

Is-Slovakkja

 

SL

Is-Sjerra Leone

 

SM

San Marino

 

SN

Is-Senegal

 

SO

Is-Somalja

 

SR

Is-Surinam

 

ST

Sao Tome u Principe

 

SV

El Salvador

 

SY

Ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja

Ta' spiss imsejħa s-Sirja

SZ

Is-Sważiland

 

TC

Il-Gżejjer Turks u Caicos

 

TD

Iċ-Ċad

 

TF

It-Territorji Franċiżi t'Isfel

Inklużi l-Gżejjer Kerguélen, il-Gżira Amsterdam, il-Gżira ta' San Pawl, l-Arċipelagu Crozet

TG

it-Togo

 

TH

It-Tajlandja

 

TJ

It-Taġikistan

 

TK

Tokelau

 

TL

It-Timor-Leste

 

TM

It-Turkmenistan

 

TN

It-Tuniżija

 

TO

Tonga

 

TR

It-Turkija

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TV

Tuvalu

 

TW

Tajwan

Territorju separat għad-dwana ta' Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu

TZ

Ir-Repubblika Unità tat-Tanżanija

Pemba, il-Gżira ta' Żanżibar u t-Tanganika

UA

L-Ukraina

 

UG

L-Uganda

 

UM

Il-Gżejjer Żgħar Periferali ta' l-Istati Uniti

Inklużi l-Gżira Baker, il-Gżira Howland, il-Gżira Jarvis, l-Atoll Johnson, is-Sikka Kingman, il-Gżejjer Midway, il-Gżira Navassa, l-Atoll Palmira u l-Gżira Wake

US

L-Istati Uniti

Inkluża Puerto Rico

UY

L-Urugwaj

 

UZ

L-Użbekistan

 

VA

Is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan)

 

VC

St Vinċent u l-Grenadini

 

VE

Il-Venezwela

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Britanniċi

 

VI

Il-Gżejjer Verġni, l-Istati Uniti

 

VN

Il-Vjetnam

 

VU

Il-Vanuatu

 

WF

Wallis u Futuna

Inkluża l-Gżira ta' Alofi

WS

Samoa

Magħrufa qabel bħala s-Samoa tal-Punent

XC

Ceuta

 

XK

Il-Kosovo

Kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' 10 Ġunju 1999

XL

Melilla

Inklużi Peñón de Vélez de la Gomera, Peñón de Alhucemas u l-Gżejjer Chafarinas

XS

Is-Serbja

 

YE

Il-Jemen

Dak li qabel kien il-Jemen ta' Fuq u l-Jemen t'Isfel

YT

Mayotte

Grande-Terre u Pamandzi

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

ZM

Iż-Żambja

 

ZW

Iż-Żimbabwe

 


MIXXELLANJI

EU

Il-Komunità Ewropea

Il-kodiċi riżervata, għal kummerċ ma' pajjiżi mhux membri, għad-dikjarazzjoni ta' oriġini ta' merkanzija skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti. Il-kodiċi ma għandhiex tintuża għal finijiet ta' statistika.

QQ

jew

Ħażniet u provviżjonijiet

Intestatura fakultattiva

QR

Ħażniet u provviżjonijiet skond il-qafas tal-kummerċ intra-Komunitarju

Intestatura fakultattiva

QS

Ħażniet u provviżjonijiet fil-qafas tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva

QU

jew

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati

Intestatura fakultattiva

QV

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ intra-Komunitarju

Intestatura fakultattiva

QW

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva

QX

jew

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali u militari

Intestatura fakultattiva

QY

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ intra-Komunitarju

Intestatura fakultattiva

QZ

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva


(1)  Kodiċi proviżorja li ma teffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jiġi attribwit wara l-konklużjoni tan-negozjati li qed iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.


Top