EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1830
Commission Regulation (EC) No 1830/2006 of 13 December 2006 amending Regulation (EC) No 2092/2004 laying down detailed rules for the application of an import tariff quota of dried boneless beef originating in Switzerland
1830/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1830/2006 tat- 13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera
1830/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1830/2006 tat- 13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera
OJ L 354, 14.12.2006, p. 3–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 312M, 22.11.2008, p. 179–180
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 022 P. 114 - 115
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 022 P. 114 - 115
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 019 P. 183 - 184
No longer in force, Date of end of validity: 18/02/2013; Imħassar b' 32013R0082
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
179 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1830/2006
tat-13 ta' Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-rigward taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi,
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 (2) jiftaħ, fuq bażi multi-annwali għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, kwota tariffarja mingħajr dazju fuq l-importazzjoni għall-importazzjoni ta’ 1 200 tunnellata ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li taqa’ taħt il-kodiċi tan-NM ex 0210 20 90 u li toriġina fl-Iżvizzera. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli rregolati b'sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (3) japplika għal-liċenżji tal-importazzjoni għal perjodi ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b’mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenżji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenżji. Dan ir-Regolament jistipula li l-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għandhom jinfetħu għal perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv u jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu ta' kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004, bla ħsara għal kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stipulati f'dan ir-Regolament. Billi r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 jistipula li din il-kwota partikolari hija rregolata fuq il-bażi ta’ ċertifikati ta’ awtentiċità maħruġa mill-awtoritajiet Żvizzeri u liċenzji tal-importazzjoni, huwa meħtieġ li jinġiebu konformi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004 fir-rigward ta’ Kapitolu I u III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fejn xieraq. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u għall-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 qed jiġi emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu qed jitbiddel b’dan li ġej: “Kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju fuq l-importazzjoni għal-laħam imnixxef mingħajr għadam tal-annimali bovini li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 0210 20 90 u li joriġina fl-Iżvizzera qiegħda b’dan tinfetaħ kull sena għal volum annwali ta’ 1 200 tunnellata għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (minn issa ’l quddiem il-kwota)”. |
2. |
Fl-Artikolu 2(2) jitħassar it-tieni subparagrafu. |
3. |
L-Artikolu 5 qed jitbiddel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati rispettivi tal-ħruġ tagħhom.” |
4. |
L-Artikolu 6 qed jitbiddel b’dan li ġej: “Artikolu 6 Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1445/95, kif ukoll il-Kapitolu I u III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4.
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.