EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1798

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1798/2006 tas- 6 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

OJ L 341, 7.12.2006, p. 24–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 314M , 1.12.2007, p. 404–405 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 022 P. 106 - 107
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 022 P. 106 - 107

No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1798/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

404


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1798/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal xi oġġetti li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim, f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jistabbilixxi fil-punt III il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja. Huwa meħtieġ li jinfetħu dawn il-kwoti għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma' dawn ir-regoli.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-oppinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma mniżżla fl-Anness għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandha titmexxa mill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).


ANNESS

Kwoti tariffarji annwali applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota annwali tal-volum mill-1.1.2007

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

09.0765

1517 10 90

Marġerina, minbarra l-marġerina likwida, li fiha, bl-użin, aktar minn 10 % ta' xaħam tal-ħalib

2 470 tunnellati

B'xejn

09.0771

ex 2207 10 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku li hu sottonaturat b'qawwa alkoħolika ta' volum ta' 80 % jew ogħla, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat tal-KEE

164 000 ettolitri

B'xejn

09.0772

ex 2207 20 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku u spirti oħra, denaturati, ta' kull tip ta' qawwa, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat KEE

14 340 ettolitri

B'xejn

09.0774

2403 10

Tabakk għat-tipjip, kemm jekk għandu jew m'għandux sostituti tat-tabakk f'liema proporzjon ikun

370 tunnellati

B'xejn


Top