EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1541

1541/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1541/2006 tat- 13 ta' Ottubru 2006 li jiffissa l-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006

OJ L 330M, 9.12.2008, p. 404–405 (MT)
OJ L 283, 14.10.2006, p. 22–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 076 P. 62 - 63
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 076 P. 62 - 63

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1541/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

404


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1541/2006

tat-13 ta' Ottubru 2006

li jiffissa l-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 tas-27 ta’ Marzu 2006 li jistipula miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 jistipula li għal kull impriża, is-sehem tal-produzzjoni taz-zokkor, tal-iżoglukożju u tal-ixropp tal-inulin fis-sena kummerċjali 2006/7 li hu prodott taħt il-kwoti stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament u li jaqbeż ċertu limitu għandu jkun ikkunsidrat irtirat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(2)

Sabiex ikun stabbilit il-limitu kkonċernat, irid ikun ifissat koeffiċjent mhux iktar tard mill-15 ta' Ottubru 2006, permezz ta' diviżjoni tas-somma tal-kwoti rrinunzjati fis-sena kummerċjali 2006/07 fl-Istat Membru kkonċernat, bis-saħħa tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), bil-kwota ffissata għal dak l-Istat Membru fl-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(3)

Sabiex dak il-koeffiċjent ikun iffissat, għandha tkun ikkunsidrata l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2006 dwar id-disponibbilità stmata tar-riżorsi finanzjarji għall-għotja ta' għajnuna għar-ristrutturar għas-sena kummerċjali 2006/07, fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (4), li kien adottat skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (5).

(4)

għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat il-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar għas-sena kummerċjali 2006/2007

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu1

Il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 għandu jkun stabbilit mill-Istat Membru kif ġej:

(a)

il-Belġju: 0,1945;

(b)

Spanja: 0,0863;

(c)

Franza (metropolitana): 0,0074;

(d)

l-Irlanda: 1,0000;

(e)

l-Italja: 0,4936;

(f)

l-Olanda: 0,0848;

(g)

il-Portugall: 0,4422;

(h)

l-Iżvezja: 0,1156;

(i)

l-Istati Membri l-oħra: 0,0000.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ottubru 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 769/2006 (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 19).

(3)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(4)  ĠU C 234, 29.9.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.


Top