EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1032

1032/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas- 6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 186, 7.7.2006, p. 27–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 322M , 2.12.2008, p. 228–246 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 015 P. 257 - 276
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 015 P. 257 - 276
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 023 P. 16 - 34

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1032/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1032/2006

tas-6 ta’ Lulju 2006

li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-xibka Ewropea [in-netwerk Ewropew] ta’ Amministrazzjoni [għall-Ġestjoni] tat-Traffiku ta’ l-Ajru (ir-Regolament ta’ l-interoperabbiltà) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta’ qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tħaddim ta’ l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru jeħtieġ mekkaniżmi sikuri u effiċjenti bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għan-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet. Il-provvediment ta’ dawn il-mekkaniżmi fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta’ l-Ajru jeħtieġ l-iskambju awtomatiku ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn is-sistemi ta’ l-ipproċessar tat-tagħrif dwar it-titjiriet. Stħarriġ tas-sitwazzjoni attwali fil-Komunità żvela li f’xi Stati Membri dawk il-mekkaniżmi għadhom ma laħqux livell sodisfaċenti, u jeħtieġu aktar titjib. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stipulati r-rekwiżiti għas-sistemi ta’ l-ipproċessar tat-tagħrif dwar it-titjiriet fir-rigward ta' l-interoperabbiltà, l-eżekuzzjoni u l-kwalità tas-servizz tal-funzjonijiet tagħhom għall-iskambju tat-tagħrif dwar it-titjiriet.

(2)

Il-Eurocontrol ingħatat il-mandat, skond l-artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ qafas, biex tiżviluppa rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet. Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq ir-rapport ta' mandat tal-31 ta’ Marzu 2005 li rriżulta minnu.

(3)

L-istandard tal-Eurocontrol għall-iskambju ta’ tagħrif onlajn ġie anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082/2000 tas-6 ta’ Settembru 2000 li jadotta l-istandards ta’ l-Eurocontrol u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/15/KE, li tadotta l-istandards ta’ l-Eurocontrol u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE (3), u jagħmel l-użu tiegħu obbligatorju fil-Komunità f’każ ta’ akkwist ta’ sistemi ġodda ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet. Billi r-Regolament (KE) Nru 2082/2000 ġie rrevokat b’seħħ mill-20 ta’ Ottubru 2005, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi aġġornata, biex b’hekk tiġi aċċertata l-konsistenza tad-dispożizzjonijiet regolatorji rilevanti.

(4)

Dan ir-regolament ma jkoprix l-operat u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jistipula l-qafas għall-ħolqien ta’ ajru uniku Ewropew

(5)

L-Istati Membri kkommettew ruħhom, fi stqarrija dwar kwistjonijiet militari marbuta ma’ Ajru Uniku Ewropew (4), li jikkooperaw ma’ xulxin, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti militari nazzjonali, sabiex il-kunċett ta’ l-użu flessibbli ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jkun applikat b'mod sħiħ u uniformi fl-Istati Membri kollha minn kull min juża l-ispazju ta’ l-ajru.

(6)

L-applikazzjoni tal-kunċett ta’ l-użu flessibbli ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, teħtieġ it-twaqqif ta' sistemi għall-iskambju f’waqtu ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċentri tal-kontroll militari.

(7)

Proċessi awtomatizzati marbuta man-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni inizjali għandhom jiġu implimentati miċ-ċentri tal-kontroll reġjonali biex tiġi pprovduta informazzjoni konsistenti dwar titjiriet kemm liċ-ċentri li jittrasferixxu u kemm lil dawk li jirċievu u biex jirfdu l-koordinazzjoni tat-trasferiment ippjanat ta’ titjiriet. Dawn kienu parti mill-istandards stipulati bir-Regolament (KE) Nru 980/2002 u għandhom għalhekk jiġu applikati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(8)

L-informazzjoni dwar titjira trażmessa waqt il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tinżamm aġġornata. Għalhekk il-proċessi awtomatizzati għandhom jiġu implimentati progressivament biex jippermettu r-reviżjoni ta’ l-informazzjoni marbuta ma’ titjiriet li preċedentement kienet soġġetta għal proċess ta’ koordinazzjoni inizjali jew abrogazzjoni tal-koordinazzjoni meta ċ-ċentru li jassumi l-kontroll ma jibqax interessat fit-titjira.

(9)

Iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għajr iċ-ċentri tal-kontroll reġjonali jistgħu jibbenefikaw mill-implimentazzjoni ta’ proċessi awtomatizzati ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni inizjali, reviżjoni tal-koordinazzjoni u abrogazzjoni tal-koordinazzjoni tat-titjiriet. Jekk jagħżlu li jagħmlu dan, ħtieġa għall-interoperabbiltà tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru titlob minnhom li japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għaċ-ċentri tal-kontroll reġjonali.

(10)

L-iskambju f’waqtu ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari għandu jissejjes fuq l-implimentazzjoni progressiva ta’ proċessi awtomatizzati. L-ewwel pass għandu jkun l-introduzzjoni tat-trażmissjoni ta’ tagħrif bażiku dwar it-titjiriet bejn dawn iċ-ċentri ċivili u militari, flimkien mal-possibbiltà li jiġu aġġornati skond il-ħtieġa.

(11)

Ġew identifikati proċessi awtomatizzati addizzjonali li jsaħħu aktar il-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru jew bejn iċ-ċentri tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari. Jekk huma jagħżlu li japplikaw proċessi awtomatizzati addizzjonali, il-ħtieġa għall-interoperabbiltà tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru jitlob minnhom l-applikazzjoni ta' rekwiżiti armonizzati għal dawn il-proċessi.

(12)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tippermetti tagħti lok għal aktar żviluppi biex jintlaħqu livelli ogħla ta’ interoperabbiltà.

(13)

L-applikazzjoni sikura ta’ dan ir-Regolament u s-sikurezza ġenerali ta’ l-operat ikunu jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ proċessi ta’ identifikazzjoni ta’ perikli, u ta' valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji, kif iddefiniti fis-sezzjoni 3.2 ta’ l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru …/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-provvediment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi fis-sistemi koperti b’dan ir-Regolament teħtieġ li jiġu identifikati rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi għall-ħtiġijiet obbligatorji kollha ta' l-interoperabbiltà, il-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz.

(14)

Skond l-Artikolu 3(3)d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-interoperabbiltà għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idonjetà għall-użu tal-kostitwenti kif ukoll il-verifika tas-sistemi.

(15)

Skond l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, id-dati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali jistgħu jkunu speċifikati mir-regoli rilevanti ta’ l-implimentazzjoni dwar l-interoperabbiltà.

(16)

Il-manifatturi u l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jingħataw perjodu ta’ żmien biex jiżviluppaw kostitwenti u sistemi ġodda konformi mar-rekwiżiti tekniċi l-ġodda.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Uniku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għanijiet u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-iskambju awtomatiku ta’ tagħrif dwar titjiriet għal skopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u għal skopijiet ta’ koordinazzjoni ċivili-militari.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

sistemi ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet li bihom jinqdew iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jipprovdu servizzi lit-traffiku ta’ l-ajru ġenerali;

(b)

sistemi ta’ skambju ta’ tagħrif dwar titjiriet li jirfdu l-proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari.

3.   Madankollu, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-iskambju ta’ tagħrif dwar titjiriet bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jużaw sistemi ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet identifikati fil-paragrafu 2 li dwarhom it-tagħrif dwar it-titjiriet kopert b’dan ir-Regolament huma ssinkronizzat permezz ta’ sistema komuni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-għan ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 549/2004 għandhom japplikaw.

2.   Minbarra d-definizzjonijiet rilevanti mogħtija f’paragrafu 1għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“notifikazzjoni” tfisser it-trażmissjoni miċ-ċentru li jittrasferixxi t-tagħrif biex jaġġorna s-sistema taċ-ċentru li jirċevih bi tħejjija għall-koordinazzjoni;

(2)

“koordinazzjoni” tfisser il-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru tal-passaġġ ippjanat għat-titjiriet li jaqsmu l-konfini komuni, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tat-titjiriet;

(3)

“ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru” (minn hawn ’il quddiem “ċentru ATC”) tfisser b’mod divers ċentru reġjonali tal-kontroll, ċentru tal-kontroll ta’ l-avviċinament jew torri tal-kontroll ta’ l-ajruport;

(4)

“koordinazzjoni ċivili-militari” tfisser il-koordinazzjoni bejn partijiet ċivili u militari awtorizzati li jieħdu deċiżjonijiet u jiftiehmu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed;

(5)

“sistema ta’ pproċessar ta’ tagħrif dwar titjiriet” tfisser il-parti ta’ sistema ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru li tirċievi, tipproċessa awtomatikament u tiddistribwixxi liċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru pożizzjonijiet ta' l-lantijiet tax-xogħol, tagħrif tal-pjan tat-titjira u messaġġi assoċjati;

(6)

“ċentru ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru” (minn hawn ’il quddiem ċentru “ATS”) ifisser ċentru, ċivili jew militari, responsabbli għall-provvista ta' servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru;

(7)

“ċentru tal-kontroll militari” ifisser kull ċentru militari fiss jew mobbli li jimmaniġġa traffiku ta’ l-ajru militari u/jew li jkun involut f’attivitajiet oħra li minħabba n-natura speċifika tagħhom jistgħu jeħtieġu riservar jew restrizzjoni ta’ l-ispazju ta’ l-ajru;

(8)

“ċentru li jittrasferixxi” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jkun fil-proċess li jittrasferixxi r-responsabbiltà tal-provvista tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil ajruplan lejn iċ-ċentru ATC li jkun imiss tul ir-rotta tat-titjira;

(9)

“ċentru li jirċievi” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jirċievi t-tagħrif

(10)

“konfini” tfisser pjanura laterali jew vertikali li tiddelinja l-ispazju ta’ l-ajru li fih ċentru ATC ikun qed jipprovdi servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru;

(11)

“ċentru reġjonali tal-kontroll” (minn hawn ’il quddiem “ACC”) ifisser ċentru stabbilit biex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil titjiriet ikkontrollati fiż-żoni ta’ kontroll taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

(12)

“lant tax-xogħol” ifisser l-għamara u t-tagħmir tekniku li permezz tagħhom membru tal-persunal li jipprovdi servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru iwettaq il-ħidma marbuta max-xogħol tiegħu

(13)

“pjan tat-titjira” ifisser informazzjoni speċifika pprovduta liċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru, relatata ma’ titjira jew parti minn titjira maħsuba ta’ ajruplan;

(14)

“twissija” tfisser messaġġ li jintwera fuq il-lant tax-xogħol meta jfalli l-proċess awtomatizzat ta’ koordinazzjoni;

(15)

“estimi” tfisser il-punt ta’ koordinazzjoni, il-ħin mistenni ta’ ajruplan u l-altitudni tat-titjira fil-punt ta’ koordinazzjoni;

(16)

“radar sekondarju ta’ sorveljanza” (minn hawn ’il quddiem “SSR”) ifisser sistema ta’ sorveljanza bir-radar li tuża trażmettituri jew riċevituri u transponders;

(17)

“ittra ta’ ftehim” tfisser ftehim bejn żewġ ċentri ATC li jmissu ma' xulxin li jispeċifika kif ir-responsabbiltajiet ta' ATC rispettivi tagħhom għandhom jiġu kkoordinati;

(18)

“trasferiment ta' punt ta’ kontroll” ifisser punt fil-perkors tat-titjira ta’ ajruplan, li fih ir-responsabbiltà tal-provvista tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru lill-ajruplan tiġi ttrasferita minn ċentru ATC għaċ-ċentru suċċessiv;

(19)

“tagħrif ta’ koordinazzjoni” ifisser tagħrif ta’ interess għall-persunal operattiv b’rabta mal-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u mal-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari

(20)

“altitudni ta' trasferiment tat-titjira” tfisser l-altitudni miftiehma tat-titjira matul il-koordinazzjoni jekk it-titjira tkun fl-altitudni tagħha, jew l-altitudni awtorizzata tat-titjira li lejha qed tipproċedi waqt it-tlugħ lejn il-punt ta’ koordinazzjoni jew l-inżul minnu;

(21)

“iċ-ċentru li jirċievi l-kontroll” ifisser iċ-ċentru tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jkun imissu jieħu l-kontroll ta’ ajruplan;

(22)

“punt ta’ koordinazzjoni” (minn hawn ’il quddiem “COP”) ifisser il-punt użat miċ-ċentri ATC fuq il-konfini jew imiss magħhom, u dak imsemmi fil-proċessi ta’ koordinazzjoni;

(23)

“ċentru nnotifikat” ifisser iċ-ċentru ATC li jkun irċieva l-informazzjoni ta’ notifika;

(24)

“korrelazzjoni” tfisser il-proċess tar-rabta tat-tagħrif tal-pjan tat-titjira mal-perkors tar-radar ta’ l-istess titjira;

(25)

“rilaxx” ifisser l-awtorizzazzjoni mill-kontrollur li jkun qed jittrasferixxi ajruplan ta' kontrollur fiċ-ċentru li jirċievi l-kontroll biex joħroġ struzzjonijiet ta’ kontroll lill-ajruplan qabel ma jagħmel it-trasferiment tal-punt tal-kontroll;

(26)

“disponibbiltà” tfisser kemm sistema jew komponent ikunu operattivi jew aċċessibbli meta jkunu meħtieġa għall-użu;

(27)

“affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li installazzjoni fl-art taħdem fil-limiti ta' tolleranzi speċifiċi.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) li jaqdu ACC, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li fl-ittra tal-ftehim tagħhom ikunu speċifikaw li se jimplimentaw in-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni inizjali, ir-reviżjoni ta’ koordinazzjoni, l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, il-proċessi ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet jew ta’ bdil f’tagħrif bażiku dwar titjiriet bejn ċentri ATC oħrajn barra dawk ACC, għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2), jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.

3.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li fl-ittra tal-ftehim tagħhom ikunu speċifikaw li se jimplimentaw in-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq, il-bdil tal-frekwenza jew ta’ l-assunzjoni manwali tal-proċessi ta’ komunikazzjoni, għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u C.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u B, fir-rigward tat-tagħrif bażiku dwar titjiriet u l-proċessi ta’ bdil f’tagħrif bażiku dwar titjiriet.

5.   Meta ċ-ċentri ta’ servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru u ċ-ċentri tal-kontroll militari jkunu implimentaw bejn is-sistemi tagħhom imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) in-notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar, it-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar, il-proċessi ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar jew il-kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni speċifikati fl-Anness I, il-Partijiet A u C.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-kwalità tas-servizz

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizz, speċifikati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizz, speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 5

Proċeduri assoċjati

1.   Għal titjira soġġetta għal koordinazzjoni inizjali, il-kundizzjonijiet tat-trasferiment miftiehma għandhom jorbtu mil-lat operattiv liż-żewġ ċentri ATC jekk il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew riveduta.

2.   Għal titjira soġġetta għal reviżjoni tal-koordinazzjoni, il-kundizzjonijiet tat-trasferiment miftiehma għandhom jorbtu mil-lat operattiv liż-żewġ ċentri ATC jekk il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew il-kundizzjonijiet jiġu riveduti ulterjorment

3.   F’każ ta’ falliment tar-reviżjoni tal-koordinazzjoni u l-abrogazzjoni tal-proċessi ta’ koordinazzjoni, biex jikkonferma t-tlestija fil-limiti tar-rekwiżiti tal-kwalità ta' servizz applikabbli, iċ-ċentru li jittrasferixxi għandu jagħti bidu għal koordinazzjoni verbali.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ sikurezza

L-Istati Membri għandhom, sabiex iżommu jew itejbu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza, jiżguraw li, fil-kuntest tal-proċess ta’ l-immaniġġar tas-sikurezza, qabel l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, issir valutazzjoni tas-sikurezza li tkun tinkludi l-identifikazzjoni ta’ perikli, u l-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji.

Matul din il-valutazzjoni tas-sikurezza, ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fl-Anness III għandhom jitqiesu bħala minimu.

Artikolu 7

Il-konformità tal-kostitwenti jew kemm huma adattati għall-użu

Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adattati għall-użu, il-manifatturi tal-kostitwenti tas-sistemi msemmija fil-punt (a) u (b) ta’ l-Artikolu 1(2) għandhom jivvalutaw il-konformità ta’ dawn il-kostitwenti jew kemm huma adattati għall-użu b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, il-Parti A.

Artikolu 8

Sistemi ta’ verifika

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li jkunu jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness V għandhom jagħmlu verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2) b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B.

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru li ma jkunux jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness V għandhom jagħtu b’sottokuntratt lil korp innotifikat il-verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(2). Din il-verifika għandha ssir b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti C.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifika tas-sistemi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) għandha tkun prova tal-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u eżekuzzjoni, tal-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Il-konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Arranġamenti tranżizzjonali

1.   Għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali ta’ l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2), id-data rilevanti hija d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 11(1) fir-rigward tal-proċessi tan-notifikazzjoni u ta’ koordinazzjoni inizjali, u d-data ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) fir-rigward tar-reviżjoni tal-proċessi tal-koordinazzjoni, ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, tat-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet u tal-bdil fit-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet.

2.   Għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tranżizzjonali ta’ l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2), id-data rilevanti hija d-data ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għat-tnedija tas-servizzi tas-sistemi ta’ l-EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2) fir-rigward tar-reviżjoni tal-proċessi ta’ koordinazzjoni, ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, tat-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet u tal-bdil fit-tagħrif bażiku dwar it-titjiriet.

Huwa għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012 għas-sistemi ta’ l-EATMN kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) li jkunu bdew jitħaddmu sa dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 254, 9.10.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 9.


ANNESS I

Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u eżekuzzjoni

(referred to in Article 3)

PARTI A:   REKWIŻITI ĠENERALI

1.   REKWIŻITI TAS-SISTEMA

1.1.

Is-sistema għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-kompilazzjoni ta’ l-informazzjoni mis-sistema skambjata fil-proċessi speċifikati.

1.2.

Is-sistema għandha tkun kapaċi tirċievi, taħżen, tipproċessa, tislet u twassal għall-preżentazzjoni, u tittrażmetti awtomatikament informazzjoni rilevanti dwar titjiriet għan-notifikazzjoni, il-koordinazzjoni u t-trasferiment u għal proċessi ta’ koordinazzjoni ċivili-militari.

1.3.

Is-sistema għandha toħroġ twissija meta tiltaqa' ma fallimenti jew anomalijiet fil-faċilità ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni.

1.4.

Is-sistema għandu jkollha l-potenzjal li tipprovdi twissijiet relatati ma’ l-iskambju ta’ informazzjoni mis-sistema lil-lantijiet tax-xogħol rilevanti.

1.5.

Is-sistema għandha tipprovdi lill-persunal tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru l-mezzi biex jimmodifikaw l-informazzjoni dwar titjiriet rilevanti għall-proċessi.

1.6.

Is-sistema għandha tkun kapaċi tipprovdi lill-persunal tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru l-informazzjoni dwar l-istatus tal-proċessi ta’ skambju ta’ informazzjoni rilevanti mis-sistema.

2.   IRREKORDJAR TA’ TAGĦRIF DWAR SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA

2.1.

It-tagħrif dwar skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandu jiġi rrekordjat mill-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru b’mod li jkun jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni tat-tagħrif irrekordjat.

PARTI B:   REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI OBBLIGATORJI MIRFUDA BI SKAMBJI TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA

1.   NOTIFIKAZZJONI

1.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

1.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifikazzjoni għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR (jekk ikunu disponibbli);

l-ajruport tat-tluq;

l-estimi;

l-ajruport tad-destinazzjoni;

in-numru u t-tip ta’ ajruplan;

it-tip tat-titjira;

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

1.1.2.

Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi minimi ta’ separazzjoni vertikali ridotta (minn hawn ’il quddiem “RVSM”) u kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu.

1.1.3.

L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” jista’ jkun fiha tagħrif ieħor skond l-ittri tal-ftehim.

1.2.   Regoli ta’ l-applikazzjoni

1.2.1.

Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jitwettaq ta’ l-anqas darba għal kull titjira ppjanata eliġibbli li taqsam il-konfini għajr jekk it-titjira tkun soġġetta għal proċess ta’ notifikazzjoni u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq.

1.2.2.

Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għan-notifikazzjoni transkonfini ta’ titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim.

1.2.3.

Fejn il-proċess ta’ notifikazzjoni ma jkunx jista’ jitwettaq fiż-żmien miftiehem bilateralment qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali dan għandu jiġi inkluż fil-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali.

1.2.4.

Meta jitwettaq, il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jsir qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali.

1.2.5.

Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali f’xi tagħrif minn dan li ġej:

COP;

il-kodiċi ta’ l-SSR mistenni fil-punt tat-trasferiment tal-kontroll;

l-ajruport tad-destinazzjoni;

it-tip ta’ ajruplan;

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

1.2.6.

Jekk tiġi identifikata xi diskrepanza bejn it-tagħrif trażmess u t-tagħrif korrispondenti fis-sistema li tkun irċivietu, jew ebda informazzjoni bħal din ma tkun disponibbli, li jwassal għall-bżonn ta’ azzjoni korrettiva malli jidħol it-tagħrif ta’ koordinazzjoni inizjali sussegwenti, id-diskrepanza għandha tiġi riferita lill-pożizzjoni xieraq għal soluzzjoni.

1.3.   Il-kriterji tal-ħin għall-bidu tal-proċess ta’ notifikazzjoni

1.3.1.

Il-proċess ta’ notifikazzjoni għandu jinbeda numru parametriku ta’ minuti qabel il-ħin mistenni tas-COP.

1.3.2.

Il-parametr(u/i) tan-notifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-ittri tal-ftehim ta’ bejn iċ-ċentri ATC ikkonċernati.

1.3.3.

Il-parametr(u/i) tan-notifikazzjoni jistgħu jkunu ddefiniti separatament għal kull wieħed mill-punti ta’ koordinazzjoni.

2.   KOORDINAZZJONI INIZJALI

2.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

2.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR;

l-ajruport tat-tluq;

l-estimi;

l-ajruport tad-destinazzjoni;

in-numru u t-tip ta’ ajruplan;

it-tip tat-titjira;

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

2.1.2.

Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi RVSM u kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu.

2.1.3.

L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista' tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment fl-ittri tal-ftehim.

2.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

2.2.1.

Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jitwettaq għal kull titjira eliġibbli ppjanata li taqsam il-konfini.

2.2.2.

Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għall-koordinazzjoni inizjali ta’ titjiriet li jaqsmu l-konfini għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim.

2.2.3.

Jekk ma jkunx ġa nbeda manwalment, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jinbeda awtomatikament:

fit-temp ta’ ħin parametriku miftiehem bilateralment qabel il-ħin mistenni fil-punt ta’ koordinazzjoni; jew

fil-ħin li fih it-titjira tkun tinsab fid-distanza miftiehma bilateralment mill-punt ta’ koordinazzjoni,

skond l-ittri tal-ftehim.

2.2.4.

Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għal titjira għandu jitwettaq darba biss sakemm ma jkunx inbeda l-proċess ta’ l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni.

2.2.5.

Wara proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali jista’ jinbeda mill-ġdid ma’ l-istess ċentru.

2.2.6.

It-tlestija tal-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jittrasferixxi — imbagħad it-titjira titqies bħala “kkoordinata”.

2.2.7.

In-nuqqas tal-proċess tal-koordinazzjoni inizjali li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

2.2.8.

L-informazzjoni dwar il-koordinazzjoni inizjali għandha tkun disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi.

3.   REVIŻJONI TAL-KOORDINAZZJONI

3.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

3.1.1.

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-proċess ta' koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira kkoordinata preċedentement.

3.1.2.

Reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja dwar it-titjira jekk tkun inbidlet:

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR

il-ħin mistenni u l-altitudni tat-titjira;

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

3.1.3.

Jekk ikun miftiehem bilateralment, ir-reviżjoni ta’ tagħrif ta’ koordinazzjoni għandha tipprovdi dawn li ġejjin jekk ikunu nbidlu:

il-punt ta’ koordinazzjoni

ir-rotta

3.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

3.2.1.

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni jista’ jsir darba jew aktar minn darba maċ-ċentru li miegħu t-titjira tkun ikkoordinata dak il-ħin.

3.2.2.

Għandu jitwettaq proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni meta:

il-ħin mistenni fil-punt ta’ koordinazzjoni jkun ivarja minn dak mogħti preċedentement b’aktar minn valur miftiehem bilateralment,

l-altitudni(jiet), il-kodiċi ta’ l-SSR jew il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir ikunu differenti minn dawk mogħtija preċedentement.

3.2.3.

Fejn ikun miftiehem bilateralment, għandu jitwettaq proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni meta jkun hemm bdil f’dawn li ġejjin:

il-punt ta’ koordinazzjoni;

ir-rotta.

3.2.4.

It-tlestija tal-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

3.2.5.

In-nuqqas tal-proċess tal-koordinazzjoni li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

3.2.6.

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwettaq immedjatament wara l-input jew aġġornament rilevanti.

3.2.7.

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwaqqaf wara li t-titjira tkun f’ħin/distanza miftiehma bilateralment ’il bogħod mill-punt tat-trasferiment tal-kontroll skond l-ittri tal-ftehim.

3.2.8.

L-informazzjoni dwar reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi.

4.   L-ABROGAZZJONI TAL-KOORDINAZZJONI

4.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

4.1.1.

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni jew koordinazzjoni preċedenti li jkun qed jiġi kkanċellat.

4.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

4.2.1.

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwettaq ma’ ċentru għal titjira kkoordinata meta:

iċ-ċentru ma jibqax iċ-ċentru li jkun imiss fis-sekwenza ta’ koordinazzjoni;

il-pjan tat-titjira jiġi kkanċellat fiċ-ċentru mittent u l-koordinazzjoni ma tibqax rilevanti;

tidħol informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni miċ-ċentru preċedenti fir-rigward tat-titjira.

4.2.2.

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni ma’ ċentru għal titjira nnotifikata jista' jitwettaq meta:

iċ-ċentru ma jibqax iċ-ċentru li jkun imiss fis-sekwenza ta’ koordinazzjoni;

il-pjan tat-titjira jiġi kkanċellat fiċ-ċentru mittent u l-koordinazzjoni ma tibqax rilevanti;

tidħol abrogazzjoni tal-koordinazzjoni miċ-ċentru preċedenti fir-rigward tat-titjira;

it-titjira tiġi ttardjata fit-triq u ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat estimu rivedut awtomatikament.

4.2.3.

It-tlestija tal-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

4.2.4.

In-nuqqas tal-proċess ta' abrogazzjoni tal-koordinazzjoni li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

4.2.5.

L-informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat jew fiċ-ċentru li miegħu tkun ġiet ikkanċellata l-koordinazzjoni.

5.   TAGĦRIF BAŻIKU DWAR TITJIRIET

5.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

5.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha tipprovdi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR.

5.1.2.

Kull informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha tkun soġġetta għal ftehim bilaterali.

5.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

5.2.1.

Il-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jitwettaq awtomatikament għal kull waħda mit-titjiriet eliġibbli.

5.2.2.

Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għal tagħrif bażiku dwar titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim.

5.2.3.

It-tlestija tal-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jissupplixxih.

5.2.4.

In-nuqqas tal-proċess ta' tagħrif bażiku dwar titjiriet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jissupplixxih.

6.   BDIL FIT-TAGĦRIF BAŻIKU DWAR TITJIRIET

6.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

6.1.1.

Il-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira li kienet preċedentement soġġetta għall-proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet.

6.1.2.

Kull informazzjoni oħra soġġetta għall-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet u l-kriterji assoċjati mal-provvista tagħha għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bilaterali.

6.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

6.2.1.

Proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jitwettaq biss għal titjira li preċedentement tkun ġiet innotifikata bi proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet.

6.2.2.

Proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandu jinbeda awtomatikament skond il-kriterji miftiehma bilateralment.

6.2.3.

It-tlestija tal-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jkun qed jissupplixxih.

6.2.4.

In-nuqqas tal-proċess ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jkun qed jissupplixxih.

6.2.5.

L-informazzjoni dwar il-bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi.

PARTI C:   REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI FAKULTATTIVI MEGĦJUNA BI SKAMBJI TA’ INFORMAZZJONI MIS-SISTEMA

1.   NOTIFIKAZZJONI U KOORDINAZZJONI TA’ QABEL IT-TLUQ

1.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

1.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR (jekk ikunu disponibbli);

l-ajruport tat-tluq;

il-ħin mistenni tat-tluq jew it-tagħrif ikkalkulat, skond kif miftiehem bilateralment;

l-ajruport tad-destinazzjoni;

in-numru u t-tip ta’ ajruplan.

1.1.2.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq minn ċentru tal-kontroll taż-żona ta’ kontroll f’terminal (TMA) jew minn ACC għandha tinkludi dawn li ġejjin:

it-tip ta’ titjira;

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

1.1.3.

Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi l-RVSM u l-kapaċità ta’ 8,33 KHz bħala minimu.

1.1.4.

L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista' tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment fl-ittri tal-ftehim.

1.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

1.2.1.

Il-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jitwettaq darba jew aktar għal kull waħda mit-titjiriet eliġibbli ppjanata li taqsam il-konfini fejn il-ħin tat-titjira mit-tluq sal-punt ta’ koordinazzjoni ma jippermettix ħin biżżejjed biex jitwettqu l-proċessi tal-koordinazzjoni inizjali jew tan-notifikazzjoni.

1.2.2.

Il-kriterji ta’ l-eliġibilità għan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni transkonfinali ta’ qabel it-tluq tat-titjiriet għandhom ikunu skond l-ittri tal-ftehim.

1.2.3.

Il-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla f’xi tagħrif li qabel it-tluq kien soġġett għall-proċess preċedenti ta’ notifikazzjoni u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq.

1.2.4.

It-tlestija tal-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

1.2.5.

In-nuqqas tal-proċess tan-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol responsabbli għan-notifikazzjoni/il-koordinazzjoni tat-titjira fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

1.2.6.

L-informazzjoni dwar in-notifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat.

2.   BDIL TA’ FREKWENZA

2.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

2.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan.

2.1.2.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandha tinkludi dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:

indikazzjoni tar-rilaxx;

l-altitudni awtorizzata tat-titjira;

id-direzzjoni/rotta assenjata jew awtorizzazzjoni diretta;

il-veloċità assenjata;

ir-rata ta’ tlugħ/inżul assenjata.

2.1.3.

Jekk ikun miftiehem bilateralment, it-tagħrif dwar bdil ta’ frekwenza għandu jinkludi dawn li ġejjin:

il-pożizzjoni attwali tar-rotta;

frekwenza ordnata.

2.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

2.2.1.

Il-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur li jittrasferixxi.

2.2.2.

It-tlestija tal-proċess ta’ bdil ta’ frekwenza inkluża l-konferma miċ-ċentru li jjirċievi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru ATC li jittrasferixxi.

2.2.3.

In-nuqqas tal-proċess ta' bdil ta’ frekwenza li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru ATC li jittrasferixxi.

2.2.4.

L-informazzjoni ta’ bdil ta’ frekwenza għandha ssir disponibbli mingħajr dewmien għall-kontrollur li jkun qed jassumi l-kontroll.

3.   ASSUNZJONI MANWALI TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET

3.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

3.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tinkludi bħala minimu l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan.

3.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

3.2.1.

Il-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandu jinbeda miċ-ċentru li jkun qed jieħu l-kontroll meta tiġi stabbilita l-komunikazzjoni.

3.2.2.

It-tlestija tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet inkluża l-konferma miċ-ċentru li jittrasferixxi għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru ATC li jkun qed jieħu l-kontroll.

3.2.3.

In-nuqqas tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru ATC li jkun qed jieħu l-kontroll.

3.2.4.

L-informazzjoni dwar l-assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-kontrollur fiċ-ċentru li jittrasferixxi.

4.   NOTIFIKAZZJONI TA’ L-INTENZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR

4.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

4.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR;

in-numru u t-tip ta’ ajruplan;

l-identifikatur tas-settur inkarigat;

rotta ta’ l-ittraversar inklużi l-ħinijiet mistennija u l-altitudnijiet tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

4.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

4.2.1.

Il-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur, jew awtomatikament kif deskritt fl-ittri tal-ftehim.

4.2.2.

It-tlestija tal-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru nnotifikat għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru notifikatur.

4.2.3.

In-nuqqas tal-proċess ta' notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fiċ-ċentru notifikatur.

4.2.4.

L-informazzjani dwar in-notifikazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat.

5.   TALBA GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR

5.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

5.1.1.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

il-modalità u l-kodiċi ta’ l-SSR;

in-numru u t-tip ta’ ajruplan;

l-identifikatur tas-settur inkarigat.

ir-rotta ta’ l-ittraversar inklużi l-ħinijiet mistennija u l-altitudnijiet tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

5.1.2.

Jekk ikun miftiehem bilateralment, talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinkludi l-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

5.1.3.

Il-kontenut ta’ l-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” għandu jinkludi l-kapaċità RVSM bħala minimu.

5.1.4.

L-informazzjoni dwar il-“kapaċità u l-istatus tat-tagħmir” tista’ tinkludi tagħrif ieħor skond kif miftiehem bilateralment.

5.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

5.2.1.

It-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha tinbeda fid-diskrezzjoni tal-kontrollur, skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-ittri tal-ftehim.

5.2.2.

It-tlestija tal-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru li jirċievi t-talba għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jagħmel it-talba.

5.2.3.

In-nuqqas tal-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba.

5.2.4.

L-informazzjoni dwar talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jirċievi t-talba.

5.3.   Tweġiba operattiva

5.3.1.

Għandu jkun hemm tweġiba għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ittraversar permezz ta':

aċċettazzjoni tad-dettalji ta’ l-ittraversar tar-rotta/ta’ l-ispazju ta’ l-ajru proposti, jew;

kontroproposta li tinkludi dettalji ta’ l-ittraversar tar-rotta/ta’ l-ispazju ta’ l-ajru differenti kif speċifikat fis-sezzjoni 6 hawn taħt, jew;

ċaħda tad-dettalji ta’ l-ittraversar tar-rotta/ta’ l-ispazju ta’ l-ajru proposti.

5.3.2.

Jekk tweġiba operattiva ma tasalx f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment għandha tinħareġ twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba.

6.   KONTROPROPOSTA TA’ L-ITTRAVERSAR

6.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

6.1.1.

Il-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mat-titjira li preċedentement kienet soġġetta għall-koordinazzjoni.

6.1.2.

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:

l-identifikazzjoni ta’ l-ajruplan;

ir-rotta ta’ l-ittraversar inklużi l-ħinijiet mistennija u l-altitudnijiet tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

6.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

6.2.1.

Il-kontroproposta għandha tinkludi altitudni u/jew rotta ġdida proposta għat-titjira.

6.2.2.

It-tlestija tal-proċess ta’ kontroproposta ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta.

6.2.3.

In-nuqqas tal-proċess ta' kontroproposta ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta.

6.2.4.

L-informazzjoni dwar il-kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali.

6.3.   Tweġiba operattiva

6.3.1.

Il-konferma ta’ l-ipproċessar b’suċċess ta’ l-informazzjoni dwar kontroproposta ta’ l-ittraversar fiċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali għandha tiġi segwita bi tweġiba operattiva miċ-ċentru li jagħmel it-talba oriġinali.

6.3.2.

It-tweġiba operattiva għal kontroproposta ta’ l-ittraversar għandha tkun aċċettazzjoni jew ċaħda skond il-każ.

6.3.3.

Jekk tweġiba operattiva ma tasalx f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment għandha tinħareġ twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jagħmel il-kontroproposta.

7.   KANĊELLAZZJONI TA’ L-ITTRAVERSAR

7.1.   Informazzjoni dwar it-titjira kkonċernata

7.1.1.

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni jew koordinazzjoni preċedenti li tiġi kkanċellata.

7.2.   Regoli ta’ applikazzjoni

7.2.1.

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jinbeda miċ-ċentru responsabbli għat-titjira meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

it-titjira nnotifikata preċedentement bi proċess ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet ma tkunx aktar dieħla fl-ispazju ta’ l-ajru taċ-ċentru nnotifikat jew ma tkunx aktar ta' interess għaċ-ċentru nnotifikat;

l-ittraversar ma jkunx se jsir fuq ir-rotta speċifikata fl-informazzjoni tan-notifikazzjoni ta’ l-ittraversar;

l-ittraversar ma jkunx se jsir skond il-kundizzjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati jew skond il-kundizzjonijiet miftiehma wara d-djalogu dwar l-ittraversar ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.

7.2.2.

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandu jiġi attivat awtomatikament jew manwalment bl-input tal-kontrollur skond l-ittri tal-ftehim.

7.2.3.

It-tlestija tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru nnotifikat/mitlub għandha tiġi pprovduta fiċ-ċentru li jikkanċellah.

7.2.4.

In-nuqqas tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, skond ir-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru li jikkanċellah.

7.2.5.

L-informazzjoni dwar kanċellazzjoni ta’ l-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-lant tax-xogħol approprjat fiċ-ċentru nnotifikat/mitlub.


ANNESS II

Rekwiżiti dwar il-kwalità tas-servizz

(referred to in Article 4)

1.   Disponibbiltà, affidabilità, sigurtà tat-tagħrif u integrità tat-tagħrif

1.1.

Il-faċilitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandhom ikunu disponibbli matul il-ħinijiet operattivi taċ-ċentru.

1.2.

Kull perjodu ta’ waqfien skedat għandu jkun miftiehem bilateralment bejn iż-żewġ ċentri kkonċernati.

1.3.

L-affidabilità tal-konnessjoni għal skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandha tkun ta’ l-anqas 99,86 %.

1.4.

L-integrità u s-sigurtà ta’ informazzjoni skambjata bl-użu ta’ faċilitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mis-sistema għandhom ikunu assigurati f’livell xieraq skond il-prassi rikonoxxuta.

2.   Ħinijiet tal-proċess

2.1.

Il-ħinijiet tal-proċess għandhom jirrappreżentaw l-intervall bejn il-bidu tal-proċess u l-ħin li fih il-konferma meħtieġa ssir disponibbli fiċ-ċentru li jkun ta bidu għalih.

2.2.

Il-ħinijiet tal-proċess m’għandhomx jinkludu t-tweġibiet operattiva fejn dawn ikunu meħtieġa.

2.3.

Il-ħin massimu tal-proċess qabel tiġi ġġenerata twissija għandu jkun miftiehem bilateralment.


ANNESS III

Rekwiżiti tas-sikurezza

(referred to in Article 6)

1.

L-implimentazzjoni ta’ skambji ta’ informazzjoni mis-sistema u l-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-art għall-art għandhom jeskludu l-possibbiltà ta’ falliment simultanju safejn dan ikun raġonevolment prattiku.

2.

Ir-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni speċifikati fil-paragrafi 3.2.4, 3.2.5, 4.2.3, 4.2.4, 5.2.3, 5.2.4, 6.2.3 u 6.2.4 ta’ l-Anness I, Parti B għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza.

3.

Għal reviżjoni ta’ koordinazzjoni, abrogazzjoni ta’ koordinazzjoni, proċessi ta’ tagħrif bażiku dwar titjiriet u ta’ bdil fit-tagħrif bażiku dwar titjiriet, ir-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizz speċifikati fl-Anness II għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza.


ANNESS IV

PARTI A:   REKWIŻITI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ JEW IDONJETÀ TA’ KOSTITWENTI GĦALL-UŻU IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

1.

L-attivitajiet tal-verifika għandhom juru l-konformità tal-kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament jew kemm huma adattati għall-użu tagħhom waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent ta' prova.

2.

Il-manifattur għandu jikkontrolla l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità u għandu b’mod partikolari:

jiddetermina l-ambjent ta' prova addattat;

jivverifika li l-pjan tal-prova jiddefinixxi l-kostitwenti fl-ambjent ta' prova;

jivverifika li l-pjan tal-prova jipprovdi kopertura sħiħa għar-rekwiżiti applikabbli;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-prova;

jippjana l-organizzazzjoni tal-provi, il-persunal, l-istallazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-prova;

iwettaq l-ispezzjonijiet u l-provi kif speċifikat fil-pjan tal-prova;

jikteb ir-rapport li juri r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet u l-provi.

3.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-kostitwenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati fl-ambjent ta' prova jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

4.

Wara li jissodisfa t-tlestija tal-verifika tal-konformità jew ta’ kemm huma adattati għall-użu, il-manifattur għandu fir-responsabbiltà tiegħu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adattati għall-użu, fejn jispeċifika speċjalment ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew issodisfati mill-kostitwent u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ l-użu tiegħu skond l-Anness III (3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà.

PARTI B:   REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TAS-SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1)

1.

Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent simulat li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha titwettaq skond il-prassi ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuta.

3.

L-għodod ta’ l-ittestjar li jintużaw għall-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa.

4.

Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-Anness IV(3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà flimkien ma’ l-elementi li ġejjin:

rendikont ta’ l-implimentazzjoni;

ir-rapport ta’ l-ispezzjonijiet u l-provi mwettqa qabel it-tqegħid tas-sistema fis-servizz.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:

jiddetermina l-ambjent operattiv u tekniku simulat xieraq li jirrifletti l-ambjent operattiv;

jivverifika li l-pjan tal-prova jiddeskrivi l-integrazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari fis-sistema ttestjata f’ambjent operattiv u tekniku simulat;

jivverifika li l-pjan tal-prova jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-prova;

jippjana l-organizzazzjoni tal-provi, il-persunal, l-istallazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-prova;

iwettaq l-ispezzjonijiet u l-provi kif speċifikat fil-pjan tal-prova;

jikteb rapport li juri r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet u l-provi.

6.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati f'sistemi mħaddma f’ambjent operattiv simulat tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

7.

Wara li jissodisfaw it-tlestija tal-verifika tal-konformità, il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jissottomettuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà.

PARTI C:   REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TAS-SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

1.

Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent simulat li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha titwettaq skond il-prassi ta’ ttestjar xierqa u rikonoxxuta.

3.

L-għodod ta’ l-ittestjar li jintużaw fil-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandu jkollhom il-funzjonalitajiet xierqa.

4.

Il-verifika tas-sistemi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub fl-Anness IV(3) tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà, flimkien ma’ l-elementi li ġejjin:

rendikont ta’ l-implimentazzjoni

ir-rapport ta’ l-ispezzjonijiet u l-provi li jkunu saru qabel it-tqegħid tas-sistema fis-servizz.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiddetermina l-ambjent operattiv u tekniku simulat xieraq li jirrifletti l-ambjent operattiv u għandu jħalli attivitajiet ta' verifika jitwettqu minn korp innotifikat.

6.

Il-korp innotifikat għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:

jivverifika li l-pjan tal-prova jiddeskrivi l-integrazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari fis-sistema ttestjata f’ambjent operattiv u tekniku simulat;

jivverifika li l-pjan tal-prova jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-prova;

jippjana l-organizzazzjoni tal-prova, il-persunal, l-istallazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-prova;

iwettaq l-ispezzjonijiet u l-provi kif speċifikat fil-pjan tal-prova;

jikteb ir-rapport li juri r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet u l-provi.

7.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-implimentazzjoni ta’ l-iskambji ta’ l-informazzjoni li jirfdu l-proċess ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u l-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari, integrati fis-sistemi mħaddma f’ambjent operattiv simulat tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-interoperabbiltà u l-eżekuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

8.

Wara li jissodisfa t-tlestija tax-xogħol tal-verifika, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità relatat max-xogħol li jkun wettaq.

9.

Imbagħad, il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jissottomettiha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-interoperabbiltà.


ANNESS V

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8

1.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jkun qed iħaddem metodi ta’ rrapportar fl-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-konklużjonijiet relatati ma’ l-attivitajiet tal-verifika.

2.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, jwettqu l-verifiki bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-aqwa kompetenza teknika possibbli u jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ xorta finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-konklużjonijiet jew ir-riżultati tal-verifiki tagħhom, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-verifiki.

3.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom aċċess għat-tagħmir li jippermettilhom li jwettqu sew il-verifiki meħtieġa.

4.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom taħriġ tekniku u vokazzjonali sħiħ, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jkunu mistennija jwettqu, esperjenza adegwata ta’ ħidmiet bħal dawn, u l-ħila meħtieġa biex ifasslu dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru t-twettiq tal-verifiki.

5.

Il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, ikunu kapaċi jwettqu l-verifiki tagħhom b’imparzjalità. Il-ħlas tagħhom m’għandux jiddependi fuq l-għadd ta’ verifiki li jwettqu, jew fuq ir-riżultati ta’ tali verifiki.


Top