Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1013

Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart

OJ L 190, 12.7.2006, p. 1–98 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 016 P. 172 - 270
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 016 P. 172 - 270
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 016 P. 86 - 183

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1013/oj

12.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 1013/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta' Ġunju 2006

dwar vjeġġi ta' skart

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-għan u l-komponent ewlieni u predominanti ta' dan ir-Regolament huwa l-protezzjoni ta' l-ambjent, filwaqt li l-effetti tiegħu fuq il-kummerċ internazzjonali huma biss inċidentali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (3) diġà ġie sinifikattivament emendat kemm-il darba u jeħtieġ li jiġi emendat iżjed. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi nkorporat f'dak ir-Regolament il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE ta' l-24 ta' Novembru 1994 dwar in-nota normali ta' konsenja msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 (4) u l-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/412/KE tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar kwestjonarju fuq l-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond l-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 (5). Ir-Regolament (KEE) Nru. 259/93 għandu għalhekk jiġi sostitwit fl-interessi taċ-ċarezza.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE (6) ikkonċernat il-konklużjoni, għan-nom tal-Komunità, tal-Konvenzjoni ta' Basel tat-22 ta' Marzu 1989 dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu (7), li għaliha l-Komunità ilha Parti mill-1994. Permezz ta' l-adattoment tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, il-Kunsill stabbilixxa regoli sabiex inaqqas u jikkontrolla tali movimenti mfassla, inter alia, sabiex is-sistema Komunitarja eżistenti għas-superviżjoni u l-kontroll ta' movimenti ta' skart tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta' Basel.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/640/KE (8) ikkonċernat l-approvazzjoni, għan-nom tal-Komunità, ta' l-emenda għall-Konvenzjoni ta' Basel, kif stabbilita fid-Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet. B'dik l-emenda, l-esportazzjonijet kollha ta' skart perikoluż destinat għar-rimi minn pajjiżi elenkati fl-Anness VII mal-Konvenzjoni lejn pajjiżi mhux elenkati fih ġew ipprojbiti, kif kienu, b'effett mill-1 ta' Jannar 1998, l-esportazzjonijiet kollha ta' l-iskart perikoluż msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni u destinat għall-irkupru. Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ġie emendat kif meħtieġ bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 120/97 (9).

(5)

Minħabba l-fatt li l-Komunità approvat id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill ta' l-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru (id-Deċiżjoni ta' l-OECD), sabiex il-listi ta' skart jiġu armonizzati mal-Konvenzjoni ta' Basel u sabiex jiġu riveduti ċerti rekwiżiti oħra, huwa meħtieġ li l-kontenut ta' dik id-Deċiżjoni jiġi nkorporat fil-leġislazzjoni Komunitarja.

(6)

Il-Komunità iffirmat il-Konvenzjoni ta' Stokkolma tat-22 ta' Mejju 2001 dwar inkwinanti organiċi persistenti.

(7)

Huwa importanti li jiġu organizzati u regolati s-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart b'mod li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati, protetti u mtejba l-kwalità ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u b'mod li jippromovi applikazzjoni aktar uniformi tar-Regolament fil-Komunità kollha.

(8)

Huwa wkoll importanti li jittieħed kont tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(2)(d) tal-Konvenzjoni ta' Basel li l-vjeġġi ta' skart perikoluż għandhom jitnaqqsu għal minimu konsistenti ma' l-immaniġġar ambjentali san u effikaċi ta' tali skart.

(9)

Barra minn hekk, huwa importanti li jittieħed kont tad-dritt ta' kull Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel, skond l-Artikolu 4(1) tagħha li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart perikoluż elenkat fl-Anness II ma' dik il-Konvenzjoni.

(10)

Il-vjeġġi ta' skart ġenerat minn forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta' għajnuna għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament meta importati lejn il-Komunità f'ċerti sitwazzjonijiet (inkluż it-transitu fil-Komunità meta l-iskart jidħol fil-Komunità). Ir-rekwiżiti ta' dritt internazzjonali u ta' ftehim internazzjonali għandhom jiġu rispettati fir-rigward ta' tali vjeġġi. F'każijiet bħal dawn, kwalunkwe awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn il-ġarr ser jgħaddi u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunita' għandhom jiġu infurmat minn qabel dwar il-ġarr u d-destinazzjoni tiegħu.

(11)

Huwa meħtieġ li tiġi evitata duplikazzjoni mar-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (10), li diġà fih dispożizzjonijiet li jkopru l-kunsinna b'mod ġenerali, id-direzzjoni u l-moviment (il-ġbir, it-trasport, l-immaniġġar, l-ipproċessar, l-użu, l-irkupru jew ir-rimi, iż-żamma ta' records, id-dokumenti ta' akkumpanjament u t-traċċabbiltà) ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali fi, lejn u mill-Komunità.

(12)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament dwar ir-relazzjoni bejn il-leġislazzjoni settorali eżistenti dwar is-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandha tippreżenta sa dik id-data kwalunkwe proposti meħtieġa sabiex tali leġislazzjoni ssir konformi ma' dan ir-Regolament sabiex jintlaħaq livell ekwivalenti ta' kontroll.

(13)

Għalkemm is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi Stat Membru huma kwistjonijiet għal dak l-Istat Membru, is-sistemi nazzjonali li jikkonċernaw vjeġġi ta' skart għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa għal koerenza mas-sistema Komunitarja sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

(14)

Fil-każ ta' vjeġġi ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rimi u skart mhux elenkat fl-Anness III, IIIA jew IIIB destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru, huwa xieraq li jiġu żgurati l-aqwa superviżjoni u kontroll billi jkun meħtieġ permess bil-miktub bil-quddiem għal tali vjeġġi. Tali proċedura għandha, imbagħad, tagħti lok għal notifika minn qabel, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jkunu informati bix-xieraq sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Għandha wkoll tippermetti lil dawk l-awtoritajiet iqajmu oġġezzjonijiet motivati għal tali vjeġġi.

(15)

Fil-każ ta' vjeġġi ta' skart elenkat fl-Anness III, IIIA jew IIIB destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru, huwa xieraq li jiġi żgurat livell minimu ta' superviżjoni u kontroll billi jinħtieġ li tali trasporti jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni.

(16)

Fid-dawl tal-bżonn ta' l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa meħtieġ fl-interess ta' l-effiċjenza li jiġi meħtieġ li n-notifiki jiġu proċessati mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

(17)

Huwa importanti wkoll li tiġi ċċarata s-sistema ta' garanziji finanzjarji jew ta' assigurazzjoni ekwivalenti.

(18)

Fid-dawl tar-responsabbiltà tal-produtturi ta' iskart għall-immaniġġar ta' skart b'mod ambjentalment san, id-dokumenti ta' notifika u moviment għal vjeġġi ta' skart għandhom, fejn ikun prattikabbli, jimtlew mill-produtturi ta' l-iskart.

(19)

Huwa meħtieġ li jiġu provduti salvagwardji proċedurali għal min jinnotifika, kemm fl-interess taċ-ċertezza legali kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(20)

Fil-każ ta' ġarr ta' skart għar-rimi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-viċinanza, tal-prijorità ta' l-irkupru u ta' l-awto-suffiċjenza fil-livelli Komunitarji u nazzjonali, skond id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (11), billi jieħdu miżuri skond it-Trattat sabiex jipprojbixxu b'mod ġenerali jew parzjali jew sabiex joġġezzjonaw b'mod sistematiku għal tali vjeġġi. Għandu jittieħed kont ukoll tar-rekwiżit stabbilit fid-Direttiva 2006/12/KE, li jobbliga l-Istati Membri jistabbilixxu rettikolat integrat u adegwat ta' stallazzjonijiet ta' rimi ta' l-iskart, sabiex il-Komunità fl-intier tagħha tkun tista' ssir awto-suffiċjenti fir-rimi ta' l-iskart u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jersqu lejn dak il-għan individwalment, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa għal stallazzjonijiet speċjalizzati għal ċerti tipi ta' skart. L-Istati Membri għandhom ikunu wkoll kapaċi jiżguraw li l-impjanti għall-immaniġġar ta' l-iskart koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (12) japplikaw l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti f'dik id-Direttiva u skond il-permess ta' l-impjant, u li l-iskart jiġi ttrattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali li jorbtu legalment stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rimi.

(21)

Fil-każ ta' vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru, għandhom jkunu Istati Membri li jiżguraw li l-faċilitajiet ta' l-immaniġġjar ta' skart koperti mid-Direttiva 96/61/KE japplikaw l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti f'dik id-Direttiva u skond il-permess ta' l-impjant. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali li jorbtu legalment stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rkupru u li, b'kont meħud ta' l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2006/12/KE, l-iskart jiġi trattat skond pjan ta' immaniġġar ta' skart stabbiliti skond dik id-Direttiva bl-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' obbligi ta' irkupru jew ta' riċiklaġġ li jorbtu legalment stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja.

(22)

L-iżvilupp ta' rekwiżiti obbligatorji għal impjanti ta' l-iskart u għat-trattament ta' materjali ta' skart speċifiku fil-livell Komunitarju, flimkien mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġi Komunitarja, jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent mal-Komunità kollha, jgħin fil-ħolqien ta' parità fil-kondizzjonijiet għar-riċiklaġġ u jgħin sabiex jiżgura li l-iżvilupp ta' suq intern ekonomikament vijabbli għar-riċiklaġġ ma jiġix imfixkel. Hemm bżonn għalhekk li tiġi żviluppata parità ta' kondizzjonijiet fil-Komunità għar-riċiklaġġ permezz ta' l-applikazzjoni ta' standards komuni f'ċerti oqsma, skond il-każ, u inkluż fir-rigward ta' materjali sekondarji, sabiex tittejjeb il-kwalità tar-riċiklaġġ. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, skond il-każ, malli jkun prattikabbli proposti għal tali standards għal ċertu skart u ċerti impjanti ta' riċiklaġġ ibbażati fuq eżami ulterjuri fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' l-iskart u b'kont meħud tal-liġi Komunitarja eżistenti u l-liġijiet fl-Istati Membri. Sadanittant, għandu jkun possibbli, taħt ċerti kondizzjonijiet, li ssir oġġezzjoni għal vjeġġi ppjanati fejn l-irkupru relattiv ma jkunx skond il-liġi nazzjonali konnessa ma' l-irkupru ta' l-iskart fil-pajjiż tad-dispaċċ. Sadanittant, il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà ta' vjeġġi ta' skart mhux mixtieqa lejn l-Istati Membri l-ġodda u, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti xierqa sabiex tali sitwazzjonijiet jiġu affrontati.

(23)

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jassiguraw skond il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tehid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, tal-25 ta' Ġunju 1998 (Konvenzjoni ta' Aarhus), li l-awtoritajiet kompetenti relevanti jagħtu aċċess pubbliku, b'mezzi adegwati, informazzjoni dwar in-notifiki dwar merkanziji, fejn tali informazzjoni ma tkunx konfidenzjali taħt il-liġi nazzjonali jew Komunitarja.

(24)

Għandu jiġi preskritt l-obbligu li dak l-iskart minn vjeġġ li ma jistax jiġi kkompletat kif maħsub għandu jittieħed lura lejn il-pajjiż tad-dispaċċ jew jiġi rkuprat jew jintrema b'mod alternattiv.

(25)

Għandu jsir obbligatorju wkoll għal dik il-persuna li l-azzjoni tagħha tkun il-kawża ta' vjeġġ illegali li tieħu lura l-iskart involut jew tagħmel arranġamenti alternattivi għall-irkupru jew għar-rimi tiegħu. Fin-nuqqas ta' dan, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, skond il-każ, għandhom jintervjenu huma stess.

(26)

Huwa meħtieġ, sabiex jiġi protett l-ambjent tal-pajjiżi konċernati, li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni stabbilita skond il-Konvenzjoni ta' Basel, ta' esportazzjonijiet mill-Komunità ta' kwalunkwe skart destinat għar-rimi f'pajjiż terz li ma jkunx pajjiż ta' l-EFTA (European Free Trade Association).

(27)

Il-pajjiżi li huma Partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jadottaw il-proċeduri ta' kontroll previsti għal vjeġġi fil-Komunità.

(28)

Huwa meħtieġ ukoll, sabiex jiġi protett l-ambjent tal-pajjiżi konċernati, li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni ta' esportazzjonijiet ta' skart perikoluż destinat għall-irkupru f'pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD, stabbilita ukoll skond il-Konvenzjoni ta' Basel. B'mod partikolari huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-lista ta' skart li għalih dik il-projbizzjoni tapplika u li jiġi żgurat li tinkludi wkoll l-iskart elenkat fl-Anness II mal-Konvenzjoni ta' Basel, jiġifieri skart miġbur mid-djar u residwi mill-ħruq ta' skart mid-djar.

(29)

Għandhom jinżammu arranġamenti speċifiċi għal esportazzjonijiet ta' skart mhux perikoluż destinat għall-irkupru f'pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u għandhom isiru provvedimenti għas-simplifikazzjoni ulterjuri tagħhom f'data aktar tard.

(30)

Għandhom ikunu permessi l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' skart għar-rimi fejn il-pajjiż esportatur huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel. Għandhom ikunu permessi l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' skart għall-irkupru fejn il-pajjiż esportatur huwa wieħed li għalih tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD jew huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel. F'każijiet oħra, madankollu, l-importazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss jekk il-pajjiż esportatur huwa marbut bi ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-liġi Komunitarja u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Basel, barra meta dan ma jkunx possibbli f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi, ta' żamma tal-paċi jew ta' gwerra.

(31)

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b'mod konformi mal-liġi internazzjonali marittima.

(32)

Dan ir-Regolament għandu jirrefletti r-regoli li jirrigwardaw l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta' skart lejn u minn pajjiżi u territorji barranin, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (id-“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (13).

(33)

Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li, b'konformità mad-Direttiva 2006/12/KE u leġislazzjoni Komunitarja oħra dwar l-iskart, skart trasportat fil-Komunità u skart importat fil-Komunità jiġi mmaniġġat, tul il-perjodu tal-vjeġġ u inkluż matul l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż ta' destinazzjoni, mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jkunu jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent. Fir-rigward ta' esportazzjonijiet mill-Komunità li mhumiex projbiti, għandu jsir sforz sabiex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġat b'mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjaġġ u inkluż matul l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż ta' destinazzjoni. L-impjant li jirċievi l-iskart għandu jkun operat skond standards ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja. Għandha tiġi stabbilita lista ta' linji gwida mhux obbligatorji li tipprovdi direzzjoni dwar immaniġġar ambjentalment san.

(34)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kemm permezz tar-rapporti preżentati lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel kif ukoll abbażi ta' kwestjonarju separat.

(35)

Jeħtieġ li jiġi żgurat l-immaniġġjar sikur u ambjentali taż-żarmar ta' vapuri sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Minbarra dan, ta' min jinnota li vapur jistà jsir skart skond kif definit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Basel u li fl-istess ħin jistà jiġi definit bħala vapur taħt regoli internazzjonali oħrajn. Huwa importanti li ma jintesiex ix-xogħol li għadu għaddej bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u s-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel, li jinvolvi l-koperazzjoni bejn dawn l-aġenziji, sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji fuq livell globali li jiggarantixxu soluzzjoni effiċjenti u effettiva għall-problema taż-żarmar ta' vapuri.

(36)

Koperazzjoni internazzjonali effiċjenti rigward il-kontroll ta' vjeġġi ta' skart hija strumentali sabiex jiġi żgurat li jkunu kontrollati l-vjeġġi ta' skart perikoluż. L-iskambju ta' informazzjoni, il-qsim tar-responsabbiltà u l-koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi għandhom jiġu promossi bil-ħsieb li jiġi żgurat immaniġġar san ta' l-iskart.

(37)

Ċerti Annessi ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal emendi għall-Annessi sabiex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku, ta' modifiki fil-leġislazzjoni rilevanti Komunitarja jew ta' avvenimenti marbuta mad-Deċiżjoni ta' l-OECD jew mal-Konvenzjoni ta' Basel u konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali oħra relatati.

(38)

Fit-tħejjija ta' l-istruzzjonijiet għat-tlestija tad-dokumenti ta' notifika u moviment li għandhom jiġu esposti fl-Anness IĊ, il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tad-Deċiżjoni ta' l-OECD u tal-Konvenzjoni ta' Basel, għandha tispeċifika, inter alia, li d-dokumenti ta' notifika u moviment għandhom, sakemm ikun possibbli, jikkonsistu f'żewġ paġni u tispeċifika ż-żmien preċiż għat-tlestija tad-dokumenti ta' notifika u moviment fl-Anness IA u IB, filwaqt li jittieħed kont ta' l-Anness II. Bara minn hekk, fil-każ ta' differenzi fit-terminoloġija u rekwiżiti bejn id-deċiżjoni ta' l-OECD jew il-Konvenzjoni ta' Basel u dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi għandhom jiġu ċċarati.

(39)

Fil-kunsiderazzjoni tat-taħlitiet ta' skart li għandhom jiġu miżjuda fl-Anness IIIA l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata, inter alia: il-proprjetajiet ta' l-iskart bħall-karatteristiċi perikolużi possibbli tiegħu, il-potenzjal tiegħu għal kontaminazzjoni u l-istat fiżiku tiegħu; l-aspetti ta' mmaniġġar bħall-kapaċità teknoloġika sabiex jiġi rkuprat l-iskart u l-benefiċċji ambjentali derivanti mill-operazzjoni ta' irkupru, inkluż jekk jistax jiġi imfixkel l-immaniġġar ambjentalment san ta' l-iskart. Il-Kummissjoni għandha tersaq lejn it-tlestija ta' dan l-Anness kemm jista' jkun qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tlesti dan il-kompitu mhux aktar tard minn sitt xhur wara dik id-data.

(40)

Għandhom jiġu adottati wkoll mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE miżuri addizzjonali relatati ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jinkludu metodu għall-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew ta' l-assigurazzjoni ekwivalenti li għandu jiġi mfassal mill-Kummissjoni, jekk possibbli, qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(41)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (14) .

(42)

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi żgurata l-protezzjoni ta' l-ambjent meta l-iskart jiġi trasportat, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta' kontroll għall-vjeġġi ta' l-iskart, skond l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjaġġ, it-tip ta' skart trasportat u t-tip ta' trattament li għandu jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vjeġġi ta' skart:

(a)

bejn l-Istati Membri, fil-Komunità jew bi transitu f'pajjiżi terzi;

(b)

importati fil-Komunità minn pajjiżi terzi;

(ċ)

esportati mill-Komunità lejn pajjiżi terzi;

(d)

fi transitu fil-Komunità, fi triqithom minn, u lejn, pajjiżi terzi.

3.   Dan li ġej għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)

il-ħatt għal fuq ix-xatt ta' skart, inkluż ilma skart u residwi, ġenerat mill-operazzjoni normali ta' bastimenti u ta' pjattaformi ta' fuq il-baħar bil-kundizzjoni li tali skart ikun suġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 relatat ma' dan (Marpol 73/78), jew strumenti internazzjonali li jorbtu oħrajn;

(b)

skart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sakemm l-imsemmi skart ikun skarikat sabiex ikun irkuprat jew jintrema;

(ċ)

vjeġġi ta' skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/3/Euratom tat-3 ta' Frar 1992 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' spedizzjonijiet ta' skart radjuattiv bejn l-Istati Membri u bejn u l'barra mill-Komunità (15);

(d)

vjeġġi li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' approvazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 1774/2002;

(e)

il-vjeġġi ta' skart imsemmi fil-punt 1(b) (ii), (iv) u (v) ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/12/KE, fejn dak il-vjeġġ ikun diġa' kopert minn leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li jkun fiha diżpożizzjonijiet simili;

(f)

vjeġġi ta' skart mill-Atlantiku lejn il-Komunità li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent tat-Trattat ta' l-Antartiku (1991);

(g)

importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' skart ġenerat minn forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta' għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi jew ta' żamma tal-paċi fejn tali skart jiġi trasportat, mill-forzi armati jew mill-organizzazzjonijiet umanitarji konċernati jew f'isimhom, direttament jew indirettament lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni. F'każijiet bħal dawn kwalunkwe awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-ġarr u d-destinazzjoni tiegħu.

4.   Vjeġġi ta' skart mill-Antartiku għal pajjiżi barra l-Komunità, li jittransitaw mill-Komunità, għandhom ikunu suġġetti għall-Artikoli 36 u 49.

5.   Vjeġġi ta' skart esklussivament fi Stat Membru għandhom ikunu suġġetti biss għall-Artikolu 33.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1)

“skart” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12/KE;

2)

“skart perikoluż” huwa kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (16);

3)

“taħlita ta' skart” tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonat jew mhux intenzjonat ta' żewġ tipi differenti jew aktar ta' skart u li għal liema taħlita ma teżistix entrata waħdanija fl-Annessi III, IIIB, IV u IVA. Skart trasportat fi vjeġġ wieħed ta' skart, li jikkonsisti f'żewġ tipi jew aktar ta' skart, fejn kull skart huwa separat, mhuwiex taħlita ta' skart;

4)

“rimi” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2006/12/KE;

5)

“rimi temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rimi D 13 sa D 15 kif definiti fl-Anness II A mad-Direttiva 2006/12/KE;

6)

“rkupru” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2006/12/KE;

7)

“rkupru temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rkupru R 12 u R 13 kif definiti fl-Anness IIB mad-Direttiva 2006/12/KE;

8)

“maniġġar ambjentalment san” tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart ikun maniġġat b'mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali skart;

9)

“produttur” huwa kwalunkwe persuna li l-attivitajiet tagħha jipproduċu l-iskart (produttur oriġinali) u/jew kwalunkwe persuna li tagħmel operazzjonijiet ta' proċessar preventiv, ta' taħlit jew operazzjonijiet oħrajn li jirriżultaw f'bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart (produttur ġdid) (kif definit fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2006/12/KE);

10)

“detentur” huwa l-produttur ta' l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-pussess tiegħu (u kif definit fl-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/12/KE);

11)

“kollettur” huwa kwalunkwe persuna li twettaq ġbir ta' skart kif definit fl-Artikolu 1(1)(g) tad-Direttiva 2006/12/KE;

12)

“negozjant” huwa kwalunkwe persuna li taġixxi fir-rwol ta' prinċipal sabiex tixtri u sussegwentement tbiegħ skart, inklużi tali negozjanti li ma jieħdux pussess fiżiku ta' l-iskart, u kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;

13)

“sensar” huwa kwalunkwe persuna li torganizza l-irkupru jew ir-rimi ta' skart f'isem ħaddieħor, inklużi dawk is-sensara li ma jieħdux pussess fiżiku ta' iskart, kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;

14)

“destinatarju” tfisser il-persuna jew l-impriża taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li lilhom jiġi trasportat l-iskart għall-irkupru jew għar-rimi;

15)

“notifikatur” tfisser:

(a)

fil-każ ta' vjeġġ li joriġina minn Stat Membru, kull persuna fiżika jew ġuridika taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru li jkollha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart u li lilha jiġi assenjat id-dover tan-notifika. In-notifikatur huwa waħda mill-persuni jew korpi elenkati hawn taħt, magħżul skond il-grad stabbilit f'din il-lista:

(i)

il-produttur oriġinali; jew

(ii)

il-produttur liċenzjat ġdid li jwettaq operazzjonijiet qabel il-vjeġġ; jew

(iii)

kollettur liċenzjat li, minn kwantitajiet żgħar varji ta' l-istess tip ta' skart miġbur minn varjetà ta' fonti, ġabar il-vjeġġ li għandu jibda minn lok wieħed notifikat; jew:

(iv)

negozjant reġistrat, li ġie awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew l-kollettur liċenzjat speċikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;

(v)

sensar reġistrat awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;

(vi)

fejn il-persuni kollha speċifikati fil-punti (i), (ii), (iii), (iv) u (v) jekk applikabbli, mhumiex magħrufa jew huma insolventi, id-detentur.

Jekk notifikatur speċifikat fil-punti (iv) jew (v) jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta' teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 sa 25, il-produttur oriġinali jew il-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) jew (iii) rispettivament li awtorizza dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' l-imsemmija obbligi ta' teħid lura. F'cirkustanzi ta' vjeġġi illegali notifikati minn negozjant jew sensar speċifikat fil-punti (iv) jew (v), il-persuna speċifikata fil-punti (i), (ii) jew (iii) li awtorizzat dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'isimha għandha titqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(b)

fil-każ ta' importazzjoni bejn il-Komunità jew ta' transitu mill-Komunità ta' skart li ma joriġinax fi Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minn dawn li ġejjin, taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak il-pajjiż tad-dispaċċ li għandha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart jew li qabbdet lil min wettaq vjeġġ ta' skart, li tkun:

(i)

il-persuna nominata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ, jew; fl-assenza ta' tali nomina,

(ii)

id-detentur fiż-żmien li saret l-esportazzjoni;

16)

“Konvenzjoni ta' Basel” tfisser il-Konvenzjoni ta' Basel tat-22 ta' Marzu 1989 dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu;

17)

“Deċiżjoni ta' l-OECD” tfisser id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill ta' l-OECD li tikkonċerna d-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru;

18)

“awtorità kompetenti” tfisser:

(a)

fil-każ ta' Stati Membri, il-korp nominat mill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 53; jew

(b)

fil-każ ta' Stat mhux Membru, li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel, il-korp nominat minn dak il-pajjiż bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dik il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 5 tagħha; jew

(ċ)

fil-każ ta' kwalunkwe pajjiż mhux imsemmi f'(a) jew (b), il-korp li jkun nominat bħala l-awtorità kompetenti mill-pajjiż jew ir-reġjun konċernat jew, fl-assenza ta' tali nominazzjoni, l-awtorità regolatorja għal dak il-pajjiż jew reġjun, skond il-każ, li għandha ġurisdizzjoni fuq vjeġġi ta' skart għal irkupru jew rimi jew transitu, skond kif ikun il-każ;

19)

“awtorità kompetenti tad-dispaċċ” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li minnha jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ;

20)

“awtorità kompetenti tad-destinazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li fiha jasal jew huwa ppjanat li jasal il-vjeġġ, jew li fiha l-iskart jitgħabba qabel l-irkupru jew ir-rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiż;

21)

“awtorità kompetenti ta' transitu” tfisser l-aworità kompetenti ta' kwalunkwe pajjiż barra dak ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni li minnha jgħaddi jew huwa ippjanat li jgħaddi l-vjeġġ;

22)

“pajjiż tad-dispaċċ” tfisser kwalunkwe pajjiż li minnu jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ ta' skart.

23)

“pajjiż tad-destinazzjoni” tfisser kwalunkwe pajjiż li fih jasal jew ikun ippjanat li jasal vjeġġ ta' skart għall-irkupru jew għar-rimi hemmhekk, jew għall-iskop ta' tagħbija qabel irkupru jew rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiz;

24)

“pajjiż ta' transitu” tfisser kwalunkwe pajjiż, barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew destinazzjoni, li minnu jgħaddi jew huwa ppjanat li jgħaddi vjeġġ ta' skart;

25)

“żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' pajjiż” tfisser kwalunkwe art jew żona tal-baħar li fiha Stat jeżerċita responsabbiltà amministrattiva u regolatorja skond il-liġi internazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta' l-ambjent;

26)

“pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u territorji barranin kif elenkati fl-Anness 1A mad-Deċiżjoni 2001/822/KE;

27)

“uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 161(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (17);

28)

“uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (18);

29)

“uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali fejn l-iskart miġjub fit-territorju doganali tal-Komunità jittieħed skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92;

30)

“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' skart fil-Komunità iżda eskluż it-transitu mill- Komunità;

31)

“esportazzjoni” tfisser l-azzjoni tat-tluq ta' skart mill-Komunità iżda eskluż it-transitu fil-Komunità;

32)

“transitu” tfisser vjeġġ ta' skart jew vjeġġ ippjanat ta' skart minn pajjiżi wieħed jew aktar barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni;

33)

“trasport” tfisser il-ġarr ta' skart bit-triq, ferrovija, ajru, baħar jew kanali interni;

34)

“vjeġġ” tfisser it-trasport ta' skart destinat għal irkupru jew rimi li huwa ppjanat jew li jseħħ:

(a)

bejn pajjiż u pajjiż ieħor; jew

(b)

bejn xi pajjiż u pajjiżi u territorji barranin jew żoni oħrajn, taħt il-protezzjoni ta' dan ta' dak il-pajjiż; jew

(ċ)

bejn xi pajjiż u kwalunkwe żona ta' art li mhijiex parti ta' xi pajjiż skond il-liġi internazzjonali; jew

(d)

bejn xi pajjiż u l-Antartiku; jew

(e)

minn xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-żoni msemmija hawn fuq; jew

(f)

f'xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-ż-żoni msemmija hawn fuq u li jibda u jispiċċa fl-istess pajjiż; jew

(g)

minn xi żona ġeografika li mhijiex taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi pajjiż, lejn pajjiz;

35)

“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ ta' skart li jittwettaq:

(a)

mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew

(b)

mingħajr il-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew

(ċ)

bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti konċernati permezz ta' falsifikazzjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew frodi; jew

(d)

b'mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta' notifika jew ta' moviment; jew

(e)

b'mod li jirriżulta f'irkupru jew f'rimi b'kontravenzjoni ta' regoli Komunitarji jew internazzjonali; jew

(f)

kuntrarju għall-Artikoli 34, 36, 39, 40, 41 u 43: jew

(g)

li, in konnessjoni ma vjeġġi ta' skart kif imsemmija fl-Artikoli 3(2) u (4), irriżulta minħabba li:

(i)

l-iskart instab li mhuwiex elenkat fl-Annessi III, III A jew IIIB; jew

(ii)

ma kienx hemm konformità ma' l-Artikolu 3(4);

(iii)

il-vjeġġ twettaq b'mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII.

TITOLU II

VJEĠĠI FIL-KOMUNITÀ BI JEW MINGĦAJR TRANSITU MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 3

Qafas proċedurali ġenerali

1.   Il-vjeġġi tat-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif stabbilit bid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu:

(a)

jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta' rimi:

kull skart;

(b)

jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta' rkupru:

(i)

l-iskart imsemmi fl-Annessa IV, li jinkludi, inter alia, skart elenkat fl-Annessi II u VIII mal-Konvenzjoni ta' Basel;

(ii)

skart elenkat fl-Anness IV A;

(iii)

skart li mhux klassifikat taħt entrata waħdanija f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA;

(iv)

taħlit ta' skart mhux klassifikat taħt entrata f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA.

2.   Il-vjeġġi tat-tipi ta' skart li ġejjin destinati għall-irkupru għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, jekk l-ammont ta' skart imbarkat ikun akbar minn 20 kg:

(a)

skart elenkat fl-Anness III jew IIIB.

(b)

taħlitiet, mhux klassifikati taħt entrata waħda fl-Anness III, ta' żewġ tipi jew aktar ta' skart elenkati fl-Anness III kemm-il darba l-kompożizzjoni ta' dawn it-taħlitiet ma tfixkilx l-irkupru ambjentalment san tagħhom u sakemm tali taħlitiet huma elenkati fl-Anness IIIA, skond l-Artikolu 58.

3.   Għal skart elenkat fl-Anness III, f'każijiet eċċezzjonali, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom japplikaw daqs li kieku kienu elenkati fl-Anness IV, jekk juru kwalunkwe mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE. Dawn il-każijiet għandhom jiġu trattati skond l-Artikolu 58.

4.   Vjeġġi ta' skart espliċitament destinati għal analiżi fil-laboratorju sabiex jiġu evalwati l-karatteristici fiżiċi jew kimiċi ta' l-iskart jew sabiex tiġi determinata l-identità tiegħu għal operazzjonijiet ta' rkupru jew ta' rimi ma għandhomx ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif deskritta fil-paragrafu 1. Minflok għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali ta' Artikolu 18. L-ammont ta' tali skart eżentat meta jkun espliċitament destinat għal analiżi fil-laboratorju għandu jiġi determinat mill-kwantità minima raġonevolment meħtieġa sabiex issir l-analiżi b'mod adegwat f'kull każ partikulari, u ma għandux jaqbeż il-25 kg.

5.   Vjeġġi ta' skart muniċipali mħallat (entrata ta' klassifikazzjoni ta' skart 20 03 01) miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll tali skart mingħand produtturi oħrajn, destinati għal impjanti ta' rkupru jew ta' rimi għandhom, skond dan ir-Regolament, ikunu suġġetti għall-istess dispożizzjonijiet bħal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi.

KAPITOLU 1

Notifika u kunsens bil-miktub minn qabel

Artikolu 4

Notifika

Fejn in-notifikatur għandu l-intenzjoni li jittrasporta skart kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) jew (b), huwa għandu jippreżenta minn qabel notifika bil-miktub lil u permezz ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, jekk jippreżenta notifika ġenerali, jikkonforma ma' l-Artikolu 13.

Meta tiġi preżentata notifika, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

Dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifika għandha ssir permezz tad-dokumenti li ġejjin:

(a)

id-dokument ta' notifika espost fl-Anness I A; u

(b)

id-dokument ta' moviment espost fl-Anness I B.

Meta jippreżenta notifika, in-notifikatur għandu jimla d-dokument ta' notifika u, fejn rilevanti, id-dokument ta' moviment.

Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur oriġinali skond il-punt 15(a)(i) ta' l-Artikolu 2, in-notifikatur għandu jiżgura li dan il-produttur jew wieħed mill-persuni indikati fil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, fejn dan ikun prattiku, jiffirma wkoll id-dokument ta' notifika espost fl-Anness IA.

Id-dokument ta' notifika u d-dokument tal-moviment għandhom jiġu rilaxxati lin-notifikatur mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

(2)

Informazzjoni u dokumentazzjoni fid-dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' notifika jew jannetti miegħu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Parti 1. In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' moviment, jew jannetti miegħu, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness II, Parti 2 sa fejn huwa possibli fiż-żmien tan-notifika.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija kif jixraq meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment jintlew skond l-ewwel subparagrafu.

(3)

Informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali:

Jekk mitlub minn xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, in-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali. Lista ta' informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tista' tintalab tinsab fl-Anness II, Parti 3.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija korrettament meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni hija sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment imtlew u li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Part 1 u 2, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba skond dan il-paragrafu u kif elenkati fl-Anness II, Parti 3, ingħataw min-notifikatur.

(4)

Konklużjoni ta' kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju:

In-notifikatur għandu jikkonkludi kuntratt kif deskritt fl-Artikolu 5 mad-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi ta' l-iskart notifikat.

Għandha tiġi provduta prova ta' dan il-kuntratt jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu skond Anness IA lill-awtoritajiet kompetenti involuti fiż-żmien tan-notifika. Għandha tiġi provduta kopja tal-kuntratt jew prova tiegħu għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti involuta min-notifikatur jew destinatarju fuq talba ta' l-awtorità kompetenti.

(5)

Stabbiliment ta' garanzija finanzjarja jew ta' assigurazzjoni ekwivalenti:

Għandha tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif deskritt fl-Artikolu 6. Għandha ssir dikjarazzjoni għal dan il-għan min-notifikatur bil-mili tal-parti adatta tad-dokument tan-notifika espost fl-Anness 1A.

Il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti (jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, prova ta' dik il-garanzija jew assigurazzjoni jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-ezistenza tagħha) għandha tiġi provduta bħala parti mid-dokument ta' notifika fiż-żmien tan-notifika jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, skond il-liġi nazzjonali, f'tali żmien qabel il-bidu tal-vjeġġ.

(6)

Kopertura tan-notifika:

Notifika għandha tkopri l-vjeġġ ta' l-iskart mill-post tad-dispaċċ inizjali u inkluż l-irkupru jew r-rimi temporanju u mhux temporanju tiegħu.

Jekk sussegwentement isiru xi operazzjonijiet temporanji jew mhux temporanji f'pajjiż li mhuwiex l-ewwel pajjiż tad-destinazzjoni, l-operazzjoni mhux temporanja u d-destinazzjoni tagħha għandhom jiġu indikati fin-notifika u għandu japplika l-Artikolu 15(f).

Għal kull notifika għandu jiġi kopert kodiċi wieħed biss ta' identifikazzjoni ta' skart, ħlief għal:

(a)

skart li mhuwiex klassifikat taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA. F'dan il-każ, tip wieħed biss ta' skart għandu jiġi speċifikat;

(b)

taħlitiet ta' tipi ta' skart mhux klassifikati taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA. F'dan il-każ, il-kodiċi għal kull frazzjoni ta' l-iskart għandu jiġi speċifikat f'ordni ta' importanza.

Artikolu 5

Kuntratt

1.   Il-vjeġġi kollha ta' skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta' kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi ta' skart notifikat.

2.   Il-kuntratt għandu jiġi konkluż u effettiv fiż-żmien tan-notifika u għad-dewmien tal-vjeġġ sakemm jinħareġ ċertifikat skond l-Artikolu 15e, l-Artikolu 16(e) jew, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 15(d).

3.   Il-kuntratt għandu jinkludi obbligi:

(a)

fuq in-notifikatur li jieħu l-iskart lura jekk il-vjeġġ jew l-irkupru jew r-rimi ma ġiex kompletat kif maħsub jew jekk ikun sar bħala vjeġġ illegali, skond Artikolu 22 u l-Artikolu 24(2);

(b)

fuq id-destinatur li jivvaluta jew jelimina l-iskart meta hu l-oġġett ta' trasferiment illiċitu, konformi ma' l-Artikolu 24(3);

(ċ)

fuq l-impjant li jipprovdi, skond Artikoli 16(e), ċertifikat li l-iskart ġie rkuprat jew mormi skond in-notifika u l-kondizzjonijiet speċifikati fiha u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.   Jekk l-iskart trasportat huwa destinat għal operazzjoniijiet ta' rkupru jew rimi temporanji, il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligi addizzjonali li ġejjin:

(a)

l-obbligu fuq l-impjant tad-destinazzjoni li jipprovdi, skond l-Artikoli 15(d) u, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 15(e), iċ-ċertifikati li l-iskart ġie rkuprat jew mormi skond in-notifika u l-kondizzjonijiet speċifikati fiha u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; u

(b)

l-obbligu fuq id-destinarju li jippreżenta, fejn applikabbli, notifika lill-awtorità inizjali kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ skond l-Artikolu 15(f)(ii).

5.   Jekk il-vjeġġ jiġi trasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll ta' l-istess entità legali, il-kuntratt jista' jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni mill-entità in kwistjoni li timpenja ruħa li tirkupra jew tarmi l-iskart notifikat.

Artikolu 6

Garanzija finanzjarja

1.   Il-vjeġġi kollha ta' skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri:

(a)

l-ispejjeż tat-trasport;

(b)

l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi, inklużi dawk ta' kwalunkwe operazzjoni temporanja meħtieġa; u

(ċ)

l-ispejjeż tad-depożitu għal 90 jum.

2.   Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti hija ntiża sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jsiru fil-kuntest ta':

(a)

każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ma jistax jiġi kompletat kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22; u

(b)

każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi jkunu illegali kif imsemmi fl-Artikolu 24.

3.   Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi stabbilita min-notifikatur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'isimha u għandha tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk l-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti hekk tippermetti, sa mhux aktar tard miż-żmien tat-tluq tal-vjeġġ, u għandha tapplika għall-vjeġġ notifikat sa mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ.

4.   L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, inklużi il-forma, it-test u l-ammont tal-kopertura.

Madanakollu, f'każijiet ta' importazzjoni lejn il-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandha tirrivedi l-ammont tal-kopertura u, jekk meħtieġ, tapprova garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti addizzjonali.

5.   Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkun valida għal, u tkopri, vjeġġ notifikat u t-tlestija ta' l-irkupru jew tar-rimi ta' l-iskart notifikat.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi terminata meta l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(e) u, fejn ikun il-każ, fl-Artikolu 15(e) fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi temporanju.

6.   B'deroga mill-paragrafu 5, jekk l-iskart trasportat ikun destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju u ssir operazzjoni ulterjuri ta' rkupru jew ta' rimi fil-pajjiz tad-destinazzjoni, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tista' tiġi terminata meta l-skart jitlaq mill-impjant temporanju l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d). F'dan il-każ, kwalunkwe vjeġġ addizzjonali lejn impjant ta' rkupru jew rimi għandu jkun kopert b'garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida ħlief jekk l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun sodisfatta li tali garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti mhijiex meħtieġa. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligi li jinħolqu f'każ ta' vjeġġ illegali jew għat-teħid lura meta l-vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ulterjuri ma jistgħux jiġu kompletati kif maħsub.

7.   L-awtorità kompetenti fil-Komunità li tkun approvat il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha jkollha aċċess għaliha u għandha tagħmel użu mill-fondi, inkluż għall-iskop ta' ħlasijiet lil awtoritajiet oħrajn konċernati, bil-għan li jiġu sodisfatti l-obbligi li jinħolqu skond Artikoli 23 u 25.

8.   Fil-każ ta' notifika ġenerali skond l-Artikolu 13, tista' tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri partijiet tan-notifika ġenerali, minflok waħda li tkopri n-notifika ġenerali sħiħa. F'tali kazijiet, il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ notifikat kopert biha.

Il-garanzija finanazjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tibda meta l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(e) jew, fejn xieraq, fl-Artikolu 15(e) fir-rigward ta' operazzjonijiet interim ta' rkupru jew operazzjonijiet ta' rimi għall-iskart relevanti. Għandu japplika, mutatis mutandis, il-paragrafu 6.

9.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skond dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ

1.   Mar-riċezzjoni ta' notifika mimlija kif xieraq kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha żżomm kopja tan-notifika u tittrasmetti n-notifika lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni b'kopji mibgħuta lil kull awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu u għandha tinforma lin-notifikatur bit-trażmissjoni. Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni tan-notifika.

2.   Jekk in-notifika ma tkunx mimlija kif xieraq, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni min-notifikatur skond it-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4.

Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni tan-notifika.

F'tali kazijiet l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha jkollha tlett ijiem ta' xogħol wara r-riċezzjoni ta' l-informazzjoni u/jew dokumentazzjoni mitluba sabiex tikkonforma mal-paragrafu 1.

3.   L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tiddeċiedi fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni ta' notifika korrettament mimlija kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4, li ma tipproċedix bin-notifika jekk hija jkollha oġġezzjonijiet kontra l-vjeġġ skond l-Artikoli 11 u 12.

Hija għandha tinforma minnufih lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħha u b'dawn l-oġġezzjonijiet.

4.   Jekk, fi żmien tletin jum mir-riċezzjoni tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx trasmettiet in-notifika kif meħtieġ taħt il-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi n-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba tiegħu/tagħha. Dan ma japplikax meta t-talba għall-informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 2, ma tkunx ġiet soddisfatta.

Artikolu 8

Talbiet għall-informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti konċernati u rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni

1.   Wara t-trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, jekk xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tikkunsidra li xi informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali hija meħtieġa kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3 ta' l-Artikolu 4, hija għandha titlob tali informazzjoni jew dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur u għandha tinforma l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b'tali talba. Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni tan-notifika. F'tali każijiet l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom ikollhom tlett ijiem ta' xogħol wara r-riċezzjoni ta' l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba sabiex jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tikkunsidra li n-notifika ġiet mimlija korrettament, kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-punt 3 ta' l-Artikolu 4, hija għandha tibgħat rikonoxximent lin-notifikatur u kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra. Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni tan-notifika mimlija kif xieraq.

3.   Jekk, fi żmien tletin jum mir-riċezzjoni tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ma tkunx ir-rikonoxxiet in-notifika kif meħtieġ mill-paragrafu 2, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur, fuq talba tiegħu/tagħha, bi spjegazzjoni motivata.

Artikolu 9

L-għoti tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu u l-perjodi ta' żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi

1.   L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu għandhom ikollhom tletin jum wara d-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8 sabiex jieħdu waħda mid-deċiżjoni li ġejjin, debitament motivati bil-miktub, fir-rigward tal-vjeġġ notifikat:

(a)

jagħtu kunsens mingħajr kondizzjoni;

(b)

jagħtu kunsens b'kondizzjonijiet skond l-Artikolu 10; jew

(ċ)

iqajmu oġġezzjoni skond l-Artikoli 11 u 12.

Il-kunsens taċitu ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu jista' jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu għandhom jittrasmettu d-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha lin-notifikatur bil-miktub fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, u għandhom jintbagħtu kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu għandhom jindikaw il-kunsens bil-miktub tagħhom billi jittimbraw, jiffirmaw u jiddataw kif meħtieġ id-dokument ta' notifika jew il-kopji tiegħu.

4.   Il-kunsens bil-miktub għal vjeġġ ippjanat għandu jiskadi sena kalendarja wara li jkun ingħata jew f'data aktar tard kif indikat fid-dokument tan-notifika. Minkejja dan, dan ma għandux japplika jekk jiġi indikat perjodu iqsar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

5.   Il-kunsens taċitu għal vjeġġ ippjanat għandu jiskadi sena kalendarja wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1.

6.   Il-vjeġġ ippjanat jista' jsir biss wara li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' Artikolu 16(a) u (b) u matul il-perjodu ta' validità tal-kunsensi taċiti jew bil-miktub ta' l-awtoritajiet kompetenti kollha.

7.   L-irkupru jew ir-rimi ta' skart in konnessjoni ma' vjeġġ ippjanat għandu jitlesta mhux aktar tard minn sena kalendarja ta' l-iskart mill-impjant, sakemm ma jiġix indikat żmien iqsar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

8.   L- awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jirtiraw il-kunsens tagħhom meta jkollhom tagħrif li:

(a)

l-kompożizzjoni ta' l-iskart mhijiex kif ġie notifikat; jew

(b)

il-kondizzjonijiet imposti fuq il-vjeġġ ma ġewx rispettati; jew

(ċ)

l-iskart ma ġiex irkuprat jew mormi skond il-permess ta' l-impjant li wettaq dik l-operazzjoni; jew

(d)

l-iskart sejjer jiġi jew ġie trasportat, irkuprat jew mormi b'mod li mhuwiex skond l-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti ta' notifika u moviment jew annessa miegħu.

9.   Kwalunkwe irtirar ta' kunsens għandu jiġi komunikat permezz ta' notifika uffiċjali lin-notifikatur b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet konċernati oħra u lid-destinatarju.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet għal vjeġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent ta' l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-artikolu 8, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet in konnessjoni mal-kunsens tagħhom għal vjeġġ notifikat. Tali kondizzjonijiet jistgħu jkunu ibbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu wkoll, fil-limitu taż-żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet in konnessjoni mat-trasport ta' l-iskart fil-ġurisdizjoni tagħħom. Tali kondizzjonijiet ta' trasport ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-rigward ta' vjeġġi simili li jsiru interament fil-ġurisdizzjoni tagħhom u għandhom jieħdu l-kont dovut ta' il-ftehim eżistenti, partikolarment ta' ftehim internazzjonali rilevanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu wkoll, fil-limitu taż-żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, jistabbilixxu l-kondizzjoniji li l-kunsens tagħhom għandu jiġi kunsidrat bħala irtirat jekk il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ma tkunx applikabbli l-aktar tard meta jibda l-vjeġġ notifikat, kif meħtieġ skond l-Artikolu 6(3).

4.   Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu komunikati lin-notifikatur bil-miktub mill-awtorità li tistabbilixxihom, li għandhom jintbgħatu kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu mogħtija fid-dokument ta' notifika jew annessi miegħu mill-awtorità kompetenti rilevanti.

5.   L-awtorita' kompetenti tad-destinazzjoni tista' wkoll, fil-limiti taż-żmien ta' 30 ġurnata msemmi fil-paragrafu 1, timponi kundizzjoni li l-impjant li jirċievi l-iskart jżomm reġistru regolari għad-dħul, għall-ħruġ u/jew għal l-bilanċ ta' skart kif ukoll ta' l-operazzjonijiet marbuta tagħhom ta' rkupru jew ta' rimi, kif imsemmija fin-notifika, u għall-perjodu ta' validità tan-notifika. Dawn ir-records reġistrati għandhom ikunu ffirmati minn persuna legalment responsabbli għall-impjant u għandhom jiġu mibgħuta lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fi żmien ta' mhux aktar minn xahar wara t-tlestija ta' l-operazzjoni notifikata ta' rkupru jew ta' skart.

Artikolu 11

Oġġezzjonjiet għal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi

1.   Fejn tiġi preżentata notifika dwar vjeġġ ippjanat ta' skart destinat għar-rimi, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8, iqajmu oġġezzjonijiet motivati bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin u skond it-Trattat:

(a)

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mal-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' prossimità, ta' prijorità għall-irkupru u ta' awtosuffiċjenza fil-livelli Komunitarji u nazzjonali skond id-Direttiva 75/442/KEE, sabiex jipprojbixxu ġeneralment u parzjalment jew sabiex joġġezzjonaw sistematikament għal vjeġġi ta' skart; jew

(b)

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, l-ordni pubbliku jew il-protezzjoni tas-saħħa fir-rigward ta' azzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu fil-pajjiż li joġġezzjona; jew

(ċ)

li n-notifikatur jew id-destinatarju preċedentement instab ħati ta' vjeġġ illegali jew ta' xi att ieħor illegali in konnessjoni mal-protezzjoni ta' l-ambjent. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jirrifjutaw il-vjeġġi kollha li jinvolvu l-persuna in kwistjoni skond il-liġi nazzjonali; jew

(d)

li n-notifikatur jew l-impjant ripetutament naqas milli jikkonforma ma' l-Artikoli 15 u 16 in konnessjoni ma' vjeġġi preċedenti; jew

(e)

li l-Istat Membru jixtieq jeżerċita d-dritt tiegħu skond Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta' Basel li jipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart perikoluż jew ta' skart elenkat fl-Anness II ma' dik il-Konvenzjoni; jew

(f)

li l-vjeġġ jew ir-rimi ppjanatimur kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konkluzi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati jew mill-Komunità; jew

(g)

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mad-Direttiva 2006/12/KE, partikolarment l-Artikoli 5 u 7 tagħha, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa għal installazzjonijiet speċjalizzati għal ċerti tipi ta' skart:

(i)

sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta' awtosuffiċjenza fil-livelli ta' Komunità nazzjonali; jew

(ii)

f'każijiet fejn l-installazzjoni speċjalizzata jkollha tiddisponi minn skart ta' derivazzjoni eqreb u l-awtorità kompetenti tat prijorità lil dan l-iskart; jew

(iii)

bil-għan li jiżguraw li l-vjeġġi jikkonformaw mal-pjanijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart; jew

(h)

li l-iskart sejjer jiġi trattat f'impjant li jkun kopert mid-Direttiva 96/61/KE iżda li ma japplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva skond il-permess ta' l-impjant; jew

(i)

li l-iskart ikun skart muniċipali, imħallat, miġbur minn djar privati (titlu ta' skart 20 03 01); jew

(j)

li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali li jorbtu legalment in konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' rimi stabbiliti fil-liġi Komunitarja wkoll f'każijiet fejn jingħataw derogi temporanji.

2.   L-awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu tista'/jistgħu, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, tagħmel/jagħmlu oġġezzjonijiet motivati bbażati biss fuq il-paragrafu 1(b), (ċ), (d) and (f).

3.   Fil-każ ta' skart perikoluż prodott fi Stat Membru ta' dispaċċ fi kwantità, b'kollox, hekk żgħira kull sena li ma jkunx ekonomiku l-provvediment ta' installazzjonijiet ta' rimi ġodda speċjalizzati f'dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tikkopera ma' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ li tikkunsidra li għandu japplika dan il-paragrafu u mhux il-paragrafu 1(a), bil-għan li l-kwistjoni tiġi risolta bilateralment.

Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni sodisfaċenti, kwalunkwe mill-Istati Membri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha imbagħad tiddetermina l-kwistjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

4.   Jekk, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafi 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom ġew risolti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur bil-miktub, u għandhom jintbgħatu kopji lid-destinatarju u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.

5.   Jekk il-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet ma jiġux risolti fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, in-notifika ma għandhiex tibqa' valida. Fil-każijiet li n-notifikatur jibqa' bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida sakemm l-awtoritajiet kompetenti u kkonċernati kollha jiftiehmu mod ieħor.

6.   Dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1(a), sabiex jipprojbixxu ġeneralment jew parzjalment jew sabiex joġġezzjonaw sistematikament għal vjeġġi ta' skart destinati għar-rimi, jew skond il-paragrafu 1(e), għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 12

Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru

1.   Fejn tiġi preżentata notifika dwar vjeġġ ta' skart ippjanat destinat għall-irkupru, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8, jagħmlu oġġezzjonijiet motivati bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet imsemmija hawn taħt u skond it-Trattat:

(a)

li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond id-Direttiva 2006/12/KE, partikolarment l-Artikoli 3, 4, 7 u 10 tagħha; jew

(b)

li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali relattiva għall-protezzjoni ta' l-ambjent, għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż li joġġezzjona; jew

(ċ)

li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ relattiva għall-irkupru ta' skart, inkluż fejn il-vjeġġ ippjanat jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f'impjant li jżomm ma' standards ta' trattament għall-iskart partikolari li huma aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern;

Dan ma għandux japplika jekk:

(i)

teżisti liġi korrispondenti Komunitarja, partikolarment konnessa ma' l-iskart, u jekk ġew introdotti fil-liġi nazzjonali li tittrasponi tali liġi Komunitarja rekwiżiti li huma għallinqas stretti daqs dawk imposti fil-liġi Komunitarja;

(ii)

l-operazzjoni ta' rkupru fil-pajjiż tad-destinazzjoni ssir taħt kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;

(iii)

il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, barra dik koperta mill-punt (i), ma ġietx notifikata skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi konnessi mas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (19), fejn meħtieġ minn dik id-Direttiva; jew

(d)

li n-notifikatur jew id-destinatarju kien preċedentement misjub ħati ta' vjeġġ illegali jew ta' xi atti illegali oħra in konnessjoni mal-protezzjoni ta' l-ambjent. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jirrifjutaw kull vjeġġ li jinvolvi l-persuna in kwistjoni skond il-liġi nazzjonali; jew

(e)

li n-notifikatur jew l-impjant ripetutament ma kkonformax ma' l-Artikoli 15 u 16 in konnessjoni ma' vjeġġi preċedenti;

(f)

li l-vjeġġ jew rkupru ippjanat imur kontra l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati u l-Komunità; jew

(g)

li l-proporzjon ta' l-iskart rikuperabbli u mhux rikuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment sejrin jiġu rkuprati jew l-ispiża ta' l-irkupru u l-ispiża tar-rimi tal-frazzjoni mhux rikuperabbli ma jiġġustifikawx l-irkupru, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi u/jew ambjentali; jew

(h)

li l-iskart trasportat huwa destinat għar-rimi u mhux ghall-irkupru; jew

(i)

li l-iskart sejjer jiġi trattat f'impjant li huwa kopert mid-Direttiva 96/61/KE, iżda li ma japplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva skond il-permess ta' l-impjant; jew

(j)

li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali legalment obbligatorji in konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' rkupru, jew skond obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja (ukoll f'każijiet fejn jingħataw derogi temporanji); jew

(k)

li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond pjanijiet ta' mmaniġġar ta' l-iskart imfassla skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/12/KE bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

2.   L-awtorita(jiet) kompetenti ta' transitu tista'/jistgħu, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, tagħmel/jagħmlu oġġezzjonijiet motivati għall-vjeġġ ippjanat ibbażati biss fuq il-paragrafu 1(b), (d),(e) u (f).

3.   Jekk, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom ġew risolti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur bil-miktub, b'kopji mibgħuta lid-destinatarju u lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn involuti.

4.   Jekk il-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet ma jiġux solvuti fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafi 1, in-notifika ma għandhiex tibqa' valida. Fil-każijiet li n-notifikatur jibqa' bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha jiftiehemu mod ieħor.

5.   L-oġġezzjonijiet magħmula minn awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 1(ċ) għandhom jiġu rrappurtati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 51.

6.   L-Istat Membru tad-dispaċċ għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-liġi nazzjonali li fuqha jistgħu jiġu bbażati l-oġġezzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 1(ċ), u għandu jindika għal liema skart u operazzjonijiet ta' rkupru ta' skart dawk l-oġġezzjonijiet japplikaw, qabel tali liġi tiġi invokata sabiex isiru oġġezzjonijiet motivati.

Artikolu 13

Notifika ġenerali

1.   In-notifikatur jista' jippreżenta notifika ġenerali li tkopri diversi vjeġġi jekk, fil-każ ta' kull vjeġġ:

(a)

l-iskart għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi essenzjalment simili; u

(b)

l-iskart jiġi trasportat lill-istess destinatarju u lill-istess impjant; u

(ċ)

ir-rotta tal-vjeġġ kif indikata fid-dokument ta' notifika hija l-istess.

2.   Jekk, minħabba ċirkustanzi imprevedibbli, l-istess rotta ma tkunx tista' tiġi segwita, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti konċernati malajr kemm jista jkun, u jekk prattikament possibbli, qabel ma jibda l-vjeġġ jekk tkun diġà magħrufa l-ħtieġa għal modifika.

Meta l-modifika tar-rotta tkun magħrufa qabel il-bidu tal-vjeġġ u tinvolvi awtoritajiet kompetenti differenti minn dawk konċernati bin-notifika ġenerali, in-notifika ġenerali ma tistax tintuża u għandha tiġi preżentata notifika ġdida.

3.   L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jikkondizzjonaw il-qbil tagħhom għall-użu ta' notifika ġenerali suġġett għall-provvista sussegwenti ta' informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali, skond it-tieni subparagrafu tal-punti (2) u (3) ta' l-Artikolu 4.

Artikolu 14

Impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens

1.   L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni li għandhom ġurisidizzjoni fuq impjanti speċifiċi ta' rkupru jistgħu jiddeċiedu li joħorġu pre-kunsens lil tali impjanti.

Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu limitati għal perjodu speċifiku u jkunu revokabbli f'kull waqt.

2.   Fil-każ ta' notifika ġenerali preżentata skond l-Artikolu 13, il-perjodu ta' validità tal-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9(4) u (5) jista' jiġi estiż sa tliet snin mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni bi ftehim ma' awtoritajiet oħrajn involuti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li joħorġu pre-kunsens lil xi impjant skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lis-Segretarjat ta' l-OECD b'dawn li ġejjin:

(a)

l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-indirizz ta' l-impjant ta' rkupru;

(b)

id-deskrizzjoni tat-teknoloġiji użati, inkluż(i) kodiċi-R;

(ċ)

it-tipi ta' skart kif elenkati fl-Annessi IV u IVA jew it-tipi ta' skart li għalihom tapplika d-deċiżjoni;

(d)

il-kwantità totali li għaliha ngħata l-pre-kunsens;

(e)

il-perjodu ta' validità;

(f)

kull bidla fil-pre-kunsens;

(g)

kull bidla fl-informazzjoni notifikata; u

(h)

kull revoka tal-pre-kunsens.

Għal dan l-iskop għandha tintuża l-formola esposta fl-Anness VI.

4.   B'deroga mill-Artikoli 9, 10 u 12, il-kunsens mogħti skond l-Artikolu 9, il-kundizzjonijiet imposti skond l-Artikolu 10 jew l-oġġezzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 12 mill-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom ikunu suġġetti għal-limitu ta' żmien ta' 7 ijiem ta' xogħol mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tiddeċiedi li aktar żmien huwa meħtieġ sabiex tirċievi aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni min-notifikatur.

F'każijiet bħal dawn l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol, tinforma lin-notifikatur bil-miktub b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.

Iż-żmien totali meħtieġ ma għandux jeċċedi 30 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji

Vjeġġi ta' skart destinati għal operazzjonijiet temporanji ta' rkupru jew rimi għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

Fejn vjeġġ ta' skart huwa destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, l-impjanti kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru u rimi temporanju u kif ukoll mhux temporanju għandhom ikunu indikati fid-dokument ta' notifika flimkien ma' l-operazzjoni inizjali temporanja ta' rkupru jew rimi.

(b)

L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal vjeġġ ta' skart destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanja biss jekk ma jkunx hemm bazi għal oġġezzjoni, skond l-Artikoli 11 jew 12, għall-vjeġġ(i) ta' skart lejn l-impjanti li jagħmlu kwalunkwe operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju.

(ċ)

Fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant li jagħmel din l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, dak l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut.

Din il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta' moviment jew tiġi annessa miegħu. L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(d)

Mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju u mhux aktar tard minn sena kalendarja jew minn perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jwettaq din l-operazzjoni, għandu, bir-responsabbilità tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew rimi temporanju ġie kompletat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu.

L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(e)

Meta impjant ta' rkupru jew rimi li jwettaq operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju jikkunsinna l-iskart għal kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju, lil xi impjant li jinsab fil-pajjiż tad-destinazzjoni, huwa għandu jikseb malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn sena kalendarja mill-kunsinna ta' l-iskart, jew perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), ċertifikat minn dak l-impjant li l-operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi mhux temporanju ġiet kompletata.

L-imsemmi impjant li jagħmel l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju għandu minnufih jittrasmetti ċ-ċertifikat/i pertinenti lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u jiddentifika l-vjeġġ(i) li għalihom iċ-ċertifikat/i jappartjeni/u.

(f)

Meta ssir kunsinna kif deskritta fis-subparagrafu (e) lil impjant li jinsab rispettivament:

(i)

fil-pajjiż inizjali tad-dispaċċ jew fi Stat Membru ieħor, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu; jew

(ii)

f'pajjiż terz, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u addizzjonalment id-dispożizzjonijiet li jiggvernaw l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom japplikaw ukoll għall-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.

Artikolu 16

Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Wara li jingħata kunsens għal vjeġġ notifikat mill-awtoritajiet kompetenti involuti, l-intrapriżi kollha nvoluti għandhom jimlew id-dokument ta' moviment, jew fil-każ ta' notifika ġenerali d-dokumenti ta' moviment, fil-punti indikati, jiffirmawh jew jiffirmawhom u jżommu kopja jew kopji tagħhom. Għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-kompletamenti tad-dokument ta' moviment min-notifikatur: malli n-notifikatur jirċievi l-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni jew ta' transitu jew, in konnessjoni mal-awtorità kompetenti ta' transitu, jista' jassumi l-kunsens taċitu, huwa għandu jinserixxi d-data attwali tal-vjeġġ u jimla d-dokument ta' moviment sakemm huwa possibli.

(b)

Informazzjoni minn qabel dwar il-bidu attwali tal-vjeġġ: in-notifikatur għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment hekk mimli, kif deskritt fis-subparagrafu (a), lill-awtoritajiet kompetenti konċernati u lid-destinatarju mill-inqas tlett ijiem qabel ma jibda l-vjeġġ.

(ċ)

Dokomenti li għandhom jakkumpanjaw kull trasport: in-notifikatur għandu jżomm għalih kopja tad-dokument ta' moviment. Id-dokument ta' moviment u l-kopji tad-dokument ta' notifika bil-kunsensi bil-miktub u l-kondizzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha għandhom jakkumpanjaw kull vjeġġ. Id-dokument ta' moviment għandu jinżamm mill-impjant li jirċievi l-iskart.

(d)

Konferma bil-miktub tar-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant: fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut.

Din il-konferma għandha tkun fid-dokument ta' moviment jew annessa miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fihom din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(e)

Ċertifikat għall-irkupru jew rimi mhux temporanju mill-impjant: malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 30 jum mill-kompletament ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi mhux temporanju, u mhux aktar tard minn sena kalendarja, jew perjodu iqsar skond Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jagħmel l-operazzjoni għandu, bir-responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew ir-rimi mhux temporanju ġie kompletat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun kontenut fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fih dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Artikolu 17

Bdil fil-vjeġġ wara l-kunsens

1.   Jekk issir xi bidla essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kondizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit, inklużi bidliet fil-kwantità maħsuba, fir-rotta, fl-itinerarju, fid-data tal-vjeġġ jew fit-trasportatur, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti konċernati u lid-destinatarju minnufih u, fejn possibli, qabel jibda l-vjeġġ.

2.   F'każi bħal dawn għandha tiġi preżentata notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha ma jikkunsidrawx li l-bidliet proposti ma jirrikjedux notifika ġdida.

3.   Fejn tali bidliet jinvolvu awtoritajiet kompetenti oħrajn barra dawk konċernati bin-notifika oriġinali, għandha tiġi preżentata notifika ġdida.

KAPITOLU 2

Rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni

Artikolu 18

Ċerta informazzjoni rekwiżita ma' l-iskart

1.   Dak l-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u (4) li huwa previst se jiġi trasportat għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti proċedurali li ġejjin:

(a)

Bil-għan li tiġi faċilitata s-sorveljanza tal-progress fuq ir-rotta tal-vjeġġi ta' tali skart, il-persuna taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiz tad-dispaċċ li torganizza l-vjeġġ għandu jiżgura li l-iskart huwa akkumpanjat mid-dokument li jinsab fl-Anness VII.

(b)

Id-dokument li jinsab fl-Anness VII għandu jiġi ffirmat mill-persuna li torganizza l-vjeġġ qabel ma jsir l-vjeġġ u għandu jiġi ffirmat mill-impjant ta' rkupru jew mil-laboratorju u d-destinatarju meta l-iskart in kwistjoni ikun riċevut.

2.   Il-kuntratt imsemmi fl-Anness VII bejn il-persuna li torganizza il-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru ta' l-iskart għandu jkun effettiv meta jibda l-vjeġġ u għandu jinkludi l-obbligu, fejn il-vjeġġ ta' l-iskart jew l-irkupru tiegħu ma jistax jitkompla kif maħsub jew fejn dan ikun sar bħala vjeġġ illegali, tal-persuna li organizzat il-vjeġġ jew, fejn dik il-persuna mhijiex f'pożizzjoni li tkompli l-vjeġġ ta' l-iskart jew l-irkupru tiegħu (per eżempju hija falluta), tad-destinatarju, li:

(a)

jieħu lura l-iskart jew jiżgura l-irkupru tiegħu b'mod alternattiv, u

(b)

jipprovdi, jekk meħtieġ, għad-depożitu temporanju tiegħu.

Il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju għandhom jipprovdu kopja tal-kuntratt fuq talba ta' l-awtorità kompetenti konċernata.

3.   Għall-finijiet ta' spezzjoni, infurzar, ippjanar u statistika, l-Istati Membri jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, jitolbu l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar vjeġġi koperti minn dan l-Artikolu.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala konfidenzjali fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi tal-Komunità u nazzjonali.

KAPITOLU 3

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 19

Projbizzjoni ta' taħlit ta' skart matul il-vjeġġ

Mill-bidu tal-vjeġġ sar-riċezzjoni f'impjant ta' rkupru jew ta' rimi, l-iskart, kif speċifikat fid-dokument ta' notifika jew kif imsemmi fl-Artikolu 18, ma għandux jitħallat ma' skart ieħor.

Artikolu 20

Żamma ta' dokumenti u informazzjoni

1.   Id-dokumenti kollha mibgħuta lil jew mill-awtoritajiet kompetenti in konnessjoni ma' vjeġġ notifikat għandhom jinżammu fil-Komunità għal mhux inqas minn tliet snin, mid-data tal-bidu tal-vjeġġ, mill-awtoritajiet kompetenti, min-notifikatur u mid-destinatarju u mill-impjant li jirċievi l-iskart.

2.   L-informazzjoni mogħtija skond Artikolu 18(1) għandha tinżamm fil-Komunità għal mhux inqas minn tliet snin mid-data tal-bidu tal-vjeġġ, mill-persuna torganizza l-vjeġġ, mill-persuna li jirċievi l-iskart u mill-impjant li jirċievi l-iskart.

Artikolu 21

Aċċess pubbliku għan-notifiki

L-awtoritajiet kompetenti ta' dispaċċ jew destinazzjoni jistgħu jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi adatti, bħall-Internet, l-informazzjoni dwar notifiki ta' vjeġġi li għalihom ikunu taw il-kunsens tagħhom, meta tali informazzjoni ma tkunx konfidenzjali taħt il-liġi nazzjonali jew tal-Komunità.

KAPITOLU 4

Obbligi ta' teħid lura

Artikolu 22

Teħid lura meta l-vjeġġ ma jistax jitkompla kif intiż

1.   Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati ssir taf li xi vjeġġ ta' skart, inkluż l-irkupru jew rimi tiegħu, ma jistax jiġi kompletat kif intiż skond it-termini tad-dokumenti tan-notifika u tal-moviment u/jew tal-kuntratt imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 5, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ. Fejn xi impjant ta' rkupru jew ta' rimi ma jaċċettax vjeġġ riċevut, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, li l-iskart in kwistjoni jittieħed lura fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha jew f'xi lok ieħor fil-pajjiż tad-dispaċċ min-notifikatur kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk dan mhuwiex prattikament possibbli, minn dik l-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Dan għandu jsir fi żmien 90 jum, jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn il-awtoritajiet kompetenti konċernati, wara li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew tiġi avżata bil-miktub mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew ta' transitu li l-vjeġġ ta' skart kunsentit jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu ma setax jiġi kompletat u ġiet informata dwar ir-raġuni(jiet) ta' dan. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew ta' transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

3.   L-obbligu tat-tehid lura fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, ta' transitu u tad-destinazzjoni involuti fir-rimi jew fl-irkupru ta' l-iskart huma sodisfatti li l-iskart jista' jiġi rkuprat jew jintrema b'mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew x'imkien ieħor min-notifikatur jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

L-obbligi tat-teħid lura fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-iskart trasportat kien, waqt l-operazzjoni fl-impjant konċernat, ġie mħallat b'mod irriversibbli ma' skart ieħor qabel ma' xi awtorità kompetenti konċernata setgħet saret taf bil-fatt li l-vjeġġ notifikat ma setax jitkompla kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali taħlita għandha tiġi rkuprata jew tintrema' b'mod alternattiv skond l-ewwel subparagrafu.

4.   F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tiġi preżentata notifika ġdida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali.

Għandha tiġi preżentata notifika ġdida, fejn din tkun adatta, min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ li ma jistax jitkompla jew għall-operazzjoni relattiva ta' rkupru jew rimi.

5.   F'każijiet ta' arranġamenti alternattivi barra l-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandha tiġi preżentata notifika ġdida, meta din tkun rilevanti, min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Meta tali notifika ġdida tiġi preżentata min-notifikatur, din in-notifika għandha tiġi preżentata ukoll lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.

6.   F'każijiet ta' arranġamenti alternattivi fil-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 3, ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ġdida u għandha tkun biżżejjed talba debitament motivata. Għandha tiġi trasmessa tali talba debitament motivata, sabiex jintlaħaq qbil dwar l-arranġament alternattiv, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

7.   Jekk l-ebda notifika ġdida m'għandha tkun preżentata skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, għandu jimtela' dokument ta' moviment ġdid skond l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-destinazzjoni jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Jekk tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizzjali tad-dispaċċ skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5, ma għandhiex tkun rekwiżita garanzija finanzjarja ġdida jew assigurazzjoni ekwivalenti.

8.   L-obbligu tan-notifikatur u l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħdu l-iskart lura jew jirranġaw għal irkupru jew rimi alternattiv għandu jintemm hekk kif l-impjant joħroġ iċ-ċertifikat ta' l-irkupru jew tar-rimi mhux temporanju kif msemmi fl-Artikolu 16(e) jew, fejn ikun adatt, fl-Artikolu 15(e). F'każijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju msemmi fl-Artikolu 6(6), l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ għandu jintemm meta l-impjant joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d).

Jekk l-impjant joħroġ ċertifikat ta' l-irkupru jew tar-rimi b'tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konswegenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 25(2).

9.   Meta jiġi skopert, fi Stat Membru, skart minn vjeġġ li ma jistax jiġi kompletat, inkluż l-irkupru u r-rimi tiegħu, l-awtorità kompetenti b'ġurisdizzjoni fiż-żona fejn l-iskart kien skopert għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għad-depożitu protettiv ta' l-iskart sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew l-irkupru jew ir-rimi mhux temporanju tiegħu b'mod alternattiv.

Artikolu 23

L-ispejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ma jistax jiġi kompletat

1.   L-ispejjeż tat-teħid lura ta' skart minn vjeġġ li ma setax jitkompla, inklużi spejjeż tat-trasport, ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu skond l-Artikolu 22(2) jew (3) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li ma setax jitkompla vjeġġ ta' skart jew l-irkupu jew rimi tiegħu, l-ispejjeż tad-depożitu skond l-Artikolu 22(9) għandhom jiġu addebitati:

(a)

lin-notifikatur kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli,

(b)

lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn skond il-każ, jew jekk mhux prattikament possibbli,

(ċ)

lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, jew jekk mhux prattikament possibbli,

(d)

kif xorta oħra miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati.

2.   Dan l-Artikolu għandu japplika bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

Artikolu 24

Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali

1.   Fejn xi awtorità kompetenti tiskopri vjeġġ li hija tikkunsidra bħala vjeġġ illegali, hija għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn konċernati.

2.   Jekk ir-responsabbiltà ta' vjeġġ illegali tkun tan-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li l-iskart in kwistjoni jiġi:

(a)

meħud lura min-notifikatur de facto; jew, jekk ebda notifika ma tkun ġiet preżentata;

(b)

meħud lura min-notifikatur de iure; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(ċ)

meħud lura mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(d)

alternattivament irkuprat jew mormi fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew tad-dispaċċ mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(e)

alternattivament irkuprat jew mormi f'pajjiż ieħor mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha jekk l-awtoritajiet kompetenti kollha konċernati jaqblu.

Dan it-teħid lura, rimi jew irkupru għandu jseħħ fi żmien 30 jum, jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati, minn meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew kienet avżata bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu bil-vjeġġ illegali u tiġi informata bir-raġuni(jiet) għalih. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi f'(a), (b) u (ċ), għandha tiġi preżentata notifika ġdida, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

In-notifika ġdida għandha tiġi preżentata mill-persuna jew awtorità elenkata f'(a), (b) jew (ċ) u skond dik l-ordni gradata.

L-ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta' arranġamenti alternattivi kif imsemmija f'(d) u (e) mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha sakemm l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jaqblux li hija suffiċjenti talba debitament motivata minn dik l-awtorità.

3.   Jekk ir-responsabbiltà tal-vjeġġ illegali hija tad-destinatarju, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tiżgura li l-iskart in kwistjoni jiġi rkuprat jew mormi b'mod ambjentalment san:

(a)

mid-destinatarju; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(b)

mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Dan l-irkupru jew rimi għandu jsir fi żmien 30 jum jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati minn meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni issir taf jew tiġi mgħarrfa bil-miktub mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew tat-transitu bil-vjeġġ illegali u tiġi informata bir-raġunijiet għal dan. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jikkoperaw, kif meħtieġ, fl-irkupru jew rimi ta' l-iskart.

4.   Jekk m'għandha tkun preżentata l-ebda notifika ġdida, għandu jimtela' dokument ta' moviment ġdid skond l-Artikolu 15 jew 16 mill-persuna responsabbli għat-teħid lura jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

Jekk tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ, ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida.

5.   Partikolarment fil-każijiet fejn ir-responsabbiltà tal-vjeġġ illegali ma tistax tiġi imputata lin-notifikatur jew lid-destinatarju, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-iskart in kwistjoni jiġi rkuprat jew mormi.

6.   Fil-każijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju msemmija fl-Artikolu 6(6) fejn jiġi skopert vjeġġ illegali wara t-tlestija ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħu l-iskart lura jew jirranġa għall-irkupru jew għar-rimi alternattiv għandu jintemm meta l-impjant ikun ħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d).

Jekk l-impjant joħroġ ċertifikat ta' rkupru jew rimi b'tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-Artikolu 25(2).

7.   Fejn jiġi skopert skart ta' vjeġġ illegali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti b'ġurisdizzjoni fiż-żona fejn l-iskart kien skopert għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għad-depożitu protettiv ta' l-iskart sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew sa l-irkupru jew rimi mhux temporanju b'mod alternattiv.

8.   L-Artikoli 34 u 36 ma għandhomx japplikaw f'każijiet fejn vjeġġi illegali jiġu ritornati lejn il-pajjiż tad-dispaċċ u dak il-pajjiż tad-dispaċċ huwa pajjiz kopert mill-projbizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli.

9.   F'każ ta' vjeġġ illegali kif definit fil-punt 35(g) ta' l-Artikolu 2, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun suġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu bħan-notifikatur.

10.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

Artikolu 25

L-ispejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali

1.   L-ispejjeż li jsiru għat-teħid lura ta' skart ta' vjeġġ illegali inklużi spejjeż tat-trasport, ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu skond l-Artikolu 24(2) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ huwa illegali, l-ispejjeż tad-depożitu skond l-Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:

(a)

lin-notifikatar de facto, kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2; jew, jekk ma tkun ġiet preżentata ebda notifika,

(b)

lin-notifikatur de iure jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn skond il-każ; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(ċ)

lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

2.   L-ispejjeż li jsiru għall-irkupru jew għar-rimi skond l-Artikolu 24(3), inklużi l-ispejjeż eventwali tat-trasport u tad-depożitu skond l-Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:

(a)

lid-destinatarju; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(b)

lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

3.   L-ispejjeż li jsiru għall-irkupru jew għar-rimi skond l-Artikolu 24(5), inklużi l-ispejjeż eventwali tat-trasport u tad-depożitu skond Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:

(a)

lin-notifikatur, kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2 u/jew lid-destinatur skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti involuti; jew, jekk mhux prattikament possibili,

(b)

lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn skond il-każ; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(ċ)

lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni.

4.   Fil-każ ta' vjeġġ illegali kif definit fil-punt 35(g) ta' l-Artikolu 2, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun suġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu bħan-notifikatur.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

KAPITOLU 5

Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali

Artikolu 26

Format tal-komunikazzjonijiet

1.   L-informazzjoni u d-dokumenti elenkati hawn taħt jistgħu jiġu preżentati bil-posta:

(a)

notifika ta' vjeġġ ippjanat skond l-Artikoli 4 u 13;

(b)

talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni skond l-Artikoli 4, 7 u 8;

(ċ)

preżentazzjoni ta' informazzjoni u dokumentazzjoni skond l-Artikoli 4, 7 u 8;

(d)

kunsens bil-miktub għal vjeġġ notifikat skond l-Artikolu 9;

(e)

kondizzjonijiet għal vjeġġ skond l-Artikolu 10;

(f)

oġġezzjonijiet għal vjeġġ skond l-Artikoli 11 u 12;

(g)

informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-ħruġ ta' pre-kunsensi lil impjanti speċifiċi ta' rkupru skond l-Artikolu 14(3);

(h)

konferma bil-miktub tar-riċezzjoni ta' l-iskart skond l-Artikoli 15 u 16;

(i)

ċertifikat għall-irkupru jew għar-rimi ta' l-iskart skond l-Artikoli 15 u 16;

(j)

informazzjoni minn qabel dwar il-bidu fattwali tal-vjeġġ skond l-Artikolu 16;

(k)

informazzjoni dwar bidliet fil-vjeġġ wara l-għoti tal-kunsens skond l-Artikolu 17; u

(l)

kunsensi bil-miktub u dokumenti ta' moviment li għandhom jiġu trasmessi skond it-Titoli IV, V u VI.

2.   Suġġett għall-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u n-notifikatur, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu alternittavement jiġu preżentati bl-użu ta' xi wieħed mill-mezzi ta' komunikazzjoni li ġejjin:

(a)

bil-fax; jew

(b)

bil-fax u wara bil-posta; jew

(ċ)

bl-e-mail bil-firma diġitali. F'dan il-każ, kull timbru jew firma rekwiżita għandha tiġi sostitwita bil-firma diġitali; jew

(d)

bl-e-mail mingħajr firma diġitali u wara bil-posta.

3.   Id-dokumenti li jakkumpanjaw kull vjeġġ skond l-Artikolu 16(ċ) u l-Artikolu 18 jistgħu jkunu f'forma elettronika b'firem diġitali jekk ikunu jistgħu jinqraw f'kull ħin matul it-trasport u jekk dan huwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti konċernati.

4.   Suġġett għall-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u n-notifikatur, l-informazzjoni u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu preżentati u skambjati permezz ta' skambju tad-data elettronika bil-firma elettronika jew bl-awtentifikazzjoni elettronika skond id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (20), jew permezz ta' sistema komparabbli ta' awtentifikazzjoni elettronika li tipprovdi l-istess livell ta' sigurtà. F'tali kazijiet, jistgħu jsiru arranġamenti organizzativi dwar il-fluss ta' l-iskambju ta' data elettronika.

Artikolu 27

Lingwa

1.   Kwalunkwe notifika, informazzjoni, dokumentazzjoni jew komunikazzjoni oħra preżentata skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom isiru f'lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti konċernati.

2.   In-notifikatur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti konċernati bi traduzzjoni(jiet) awtorizzata/i f'lingwa li hija aċċettabbli għalihom, jekk dawn jitolbu hekk.

Artikolu 28

Nuqqas ta' ftehim dwar kwistjonijiet ta' klassifikazzjoni

1.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu dwar il-klassifikazzjoni fir-rigward tad-distinzjoni bejn dak li huwa skart u dak li mhuwiex skart, il-materja in kwistjoni għandha tiġi trattata bħallikieku kienet skart. Dan għandu jkun bla preġudizzju għad-dritt tal-pajjiż tad-destinazzjoni li jittratta l-materjal trasportat skond il-liġi nazzjonali tiegħu, wara l-wasla tal-materjal trasportat, u fejn tali liġi tikkonforma mal-liġi Komunitarja jew internazzjonali.

2.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta' l-iskart notifikat kif elenkat fl-Anness III, IIIA, IIIB jew IV, l-iskart għandu jitqies bħala elenkat fl-Anness IV.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta' l-operazzjoni notifikata ta' trattament ta' skart bħala waħda ta' rkupru jew ta' rimi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet interessati li jirrisolvu kull tilwima konnessa ma' dawn il-kwistjonijiet quddiem qorti jew tribunal.

Artikolu 29

Spejjeż amministrattivi

L-ispejjeż amministrattivi li huma xierqa u proporzjonati għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' notifika u superviżjoni u l-ispejjeż ordinarji ta' analiżi u spezzjonijiet xierqa jistgħu jiġu addebitati lin-notifikatur.

Artikolu 30

Ftehim relattivi għaż-żoni tal-fruntieri

1.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk is-sitwazzjoni ġeografika jew demografika speċifika tiġġustifika tali pass, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim bilaterali li jagħmlu l-kondizzjonijiet tal-proċedura tan-notifika għal vjeġġi ta' skart speċifiku anqas stretti fir-rigward ta' vjeġġi transkonfinali sa l-eqreb impjant addatt fiż-żona tal-fruntiera bejn iż-żewġ Stati Membri konċernati.

2.   Ftehim bilaterali bħal dawn jistgħu jiġu konklużi wkoll fejn jiġi trasportat skart mill-pajjiż tad-dispaċċ u trattat ukoll fil-pajjiż tad-dispaċċ iżda jittransita minn Stat Membru ieħor.

3.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkonkludu tali ftehim ma' pajjiżi li huma partijiet għall- Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

4.   Tali ftehim bħal dawn għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jkollhom effett.

KAPITOLU 6

Vjeġġi ġewwa l-Komunità bi transitu minn pajjiżi terzi

Artikolu 31

Vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi

Fejn vjeġġ ta' skart isir ġewwa l-Komunità, bi transitu minn pajjiż terz jew aktar u l-iskart ikun destinat għar-rimi, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha, addizzjonalment għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, issaqsi lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jekk tixtieqx tibgħat il-kunsens miktub tagħha għall-vjeġġ ippjanat:

(a)

fil-każ li l-pajjiżi huma Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel, fi żmien 60 jum, sakemm din ma rrinunzjatx għal dan id-dritt skond it-termini ta' dik il-Konvenzjoni, jew

(b)

fil-każ ta' pajjiżi mhux Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel, f'perjodu ta' żmien miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 32

Vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru

1.   Meta vjeġġ ta' skart isir ġewwa l-Komunità, bi transitu minn wieħed jew aktar pajjiż terzi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u l-iskart ikun destinat għall-irkupru, għandu japplika l-Artikolu 31.

2.   Meta vjeġġ ta' skart isir ġewwa l-Komunità, inklużi vjeġġi bejn lokalitajiet fl-istess Stat Membru, bi transitu minn wieħed jew aktar pajjiż terzi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD u l-iskart ikun destinat għall-irkupru, il-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9 jista' jiġi provdut taċitament, u jekk ma tiġi depożitata l-ebda oġġezzjoni jew ma jiġu speċifikati l-ebda kondizzjonijiet, il-vjeġġ jista' jibda 30 jum wara d-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent ta' l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.

TITOLU III

VJEĠĠI ESKLUSSIVAMENT ĠEWWA STATI MEMBRI

Artikolu 33

Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vjeġġi esklussivament ġewwa Stati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema adegwata għas-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart esklussivament ġewwa l-ġurisdizzjoni tagħhom. Din is-sistema għandha tieħu kont tal-ħtieġa għall-koerenza fis-sistema Komunitarja stabbilita permezz tat-Titoli II u VII.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bis-sistema tagħhom għas-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

3.   L-Istati Membri jistgħu, fil-ġurisdizzjoni tagħhom, japplikaw is-sistema prevista fit-Titoli II u VII.

TITOLU IV

ESPORTAZZJONIJIET MILL-KOMUNITà LEJN PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

Esportazzjonijiet ta' skart għal rimi

Artikolu 34

Esportazzjoni projbita ħlief għal pajjiżi ta' l-EFTA

1.   L-esportazzjonijiet ta' skart mill-Komunità destinati għar-rimi għandhom jiġu projbiti.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-esportazzjonijiet ta' skart destinati għar-rimi fil-pajjiżi ta' l-EFTA li huma wkoll Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel.

3.   Madankollu, għandhom ukoll ikunu projbiti esportazzjonijiet ta' skart għal rimi lejn pajjiżi ta' l-EFTA li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel:

(a)

fejn il-pajjiż ta' l-EFTA jipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart bħal dan; jew,

(b)

jekk l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni sabiex temmen li l-iskart ma jiġix immaniġġat b'mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 49, fil-pajjiż tad-destinazzjoni konċernat.

4.   Din id-dispożizzjoni għandha tapplika bla preġudizzju għall-obbligi ta' teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 u 24.

Artikolu 35

Proċeduri applikabbli fl-esportazzjoni lejn pajjiżi ta' l-EFTA

1.   Fejn jiġi esportat skart mill-Komunità u jiġi destinat għar-rimi f'pajjiżi ta' l-EFTA li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità għandha jkollha 60 jum wara d-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk l-pajjiż konċernat iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet l-oħrajn b'dan skond Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u

(b)

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tikkonsenta għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u fejn ikun il-każ il-kunsens taċitu jew bil-miktub ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tieħu d-deċiżjoni qabel għeluq il-limitu ta' 61 jum jekk għandha l-kunsens bil-miktub ta' l-awtoritajiet kompetenti oħra konċernati.

3.   Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjonijiet tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;

(ċ)

għandha tingħata kopja tad-dokument tal-moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;

(d)

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità bl-attestazzjoni fih li l-iskart ikun telaq mill-Komunità;

(e)

jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-impjant dwar ir-riċezzjoni ta' l-iskart, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni; u

(f)

il-kuntratt imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 għandu jistipula li:

(i)

jekk impjant joħroġ ċertifikat mhux korrett ta' rimi bil-konsegwenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu mill-obbligu tar-ritorn ta' l-iskart lejn iż-żona ta' ġurisdizzjoni ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu b'mod alternattiv u ambjentalment san;

(ii)

fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart għar-rimi, l-impjant għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment mimli, barra ċ-ċertifikat ta' rimi msemmi fis-subpunt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati; u

(iii)

malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tletin jum wara l-kompletament tar-rimi, u mhux aktar tard minn sena waħda kalendarja wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu, b'responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li r-rimi ġie kompletat u għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

4.   Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a)

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, tat-transitu barra l-Komunità u jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti ġew sodisfatti;

(b)

ġie konkluż kuntratt li jkun sar effettiv bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif rekwiżit fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 5;

(ċ)

ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkun saret effettiva kif rekwiżit fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 6; u

(d)

ġie żgurat l-immaniġġar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 49.

5.   Fejn jiġi esportat skart, dan għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet f'impjant li skond l-liġi nazzjonali applikabbli jopera jew huwa awtorizzat li jopera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

6.   Jekk uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu bla dewmien jinforma lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li għandu:

(a)

bla dewmien jinforma lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità, u

(b)

jiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u kkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

KAPITOLU 2

Esportazzjonijiet ta' skart għall-irkupru

Taqsima 1

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD

Artikolu 36

Esportazzjonijiet projbiti

1.   L-esportazzjonijiet mill-Komunità tat-tipi, li ġejjin hawn taħt, ta' skart destinat għall-irkupru f'pajjiżi fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD huma projbiti :

(a)

skart elenkat bħala perikoluż fl-Anness V;

(b)

skart elenkat fl-Anness V, parti 3;

(ċ)

skart perikoluż mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness V;

(d)

taħlitiet ta' skart perikoluż u taħlitiet ta' skart perikoluz ma' skart mhux perikoluż mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness V;

(e)

skart li l-pajjiż tad-destinazzjoni kien innotifika bħala perikoluż skond l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Basel;

(f)

skart li l-importazzjoni tiegħu ġie projbit fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew,

(g)

skart li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni sabiex temmen li ma jiġix immaniġġat b'mod ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49 fil-pajjiż tad-destinazzjoni konċernat.

2.   Din id-dispożizzjoni għandha tapplika bla preġudizzju għall-obbligi tat-teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 u 24.

3.   L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiddeterminaw, abbażi ta' prova dokumentata provduta b'mod adatt min-notifikatur, li tip speċifiku ta' skart perikoluż elenkat fl-Anness V ikun eskluż mill-projbizzjoni ta' esportazzjoni jekk ma jurix xi waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE, b'kont meħud, għar-rigward tal-proprjetajiet H3 sa H8, H10 u H11 definiti f'dak l-Anness, tal-valuri limitattivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (21).

4.   Il-fatt li skart ma jkunx elenkat bħala perikoluż fl-Anness V, jew li jkun elenkat fl-Anness V, Parti 1, Lista B, ma għandux jipprekludi, f'każijiet eċċezzjonali, id-deskrizzjoni ta' tali skart bħala perikoluż u għalhekk suġġett għall-projbizzjoni ta' esportazzjoni jekk huwa juri xi waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE, b'kont meħud, għar-rigward tal-proprjetajiet H3 sa H8, H10 u H11 definiti f'dak l-Anness, tal-valuri limitattivi elenkati fid-Deċiżjoni 2000/532/KE, kif previst fl-Artikolu 1(4), it-tieni inċiż, tad-Direttiva 91/689/KEE u fil-paragrafu introduttorju ta' l-Anness III ma' dan ir-Regolament.

5.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pajjiż tad-destinazzjoni previst qabel ma tittieħed deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każijiet bħal dawn lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel. Abbażi ta' l-informazzjoni provduta, il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti u, fejn ikun il-każ, tadatta l-Anness V skond l-Artikolu 58.

Artikolu 37

Proċeduri applikabbli fl- esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III jew IIIA

1.   Fil-każ ta'skart li huwa elenkat fl-Anness III jew IIIA u li l-esportazzjoni tiegħu mhijiex projbita taħt l-Artikolu 36, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tibgħat talba bil-miktub lil kull pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD, sabiex titlob:

(i)

konferma bil-miktub li l-iskart jista' jiġi esportat mill-Komunità għall-irkupru f'dak il-pajjiż; u

(ii)

titlob indikazzjoni dwar liema proċedura ta' kontroll, jekk hemm, tiġi segwita fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Kull pajjiz li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD għandu jingħata dawn l-għażliet:

(a)

projbizzjoni; jew

(b)

proċedura ta' notifika bil-miktub minn qabel u ta' kunsens kif deskritt fl-Artikolu 35; jew

(ċ)

ebda kontroll fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

2.   Qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament wara li tieħu kont tat-tweġibiet kollha li rċeviet skond il-paragrafu 1 u għandha tinforma l-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE.

Fil-każ li xi pajjiż ma jkunx ħareġ konferma kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew fil-każ li ma sar ebda kuntatt ma' xi pajjiż għal xi raġuni, għandu japplika l-paragrafu 1(b).

Il-Kummissjoni għandha taġġorna perjodikament ir-Regolament adottat.

3.   Jekk pajjiż jindika fit-tweġiba tiegħu li ċerti vjeġġi ta' skart mhumiex suġġetti għal xi kontroll, għal tali vjeġġi għandu japplika l-Artikolu 18 mutatis mutandis.

4.   Fejn jiġi esportat skart, huwa għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru f'impjant li, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, jopera jew huwa awtorizzat jopera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

5.   Fil-każ ta' vjeġġ ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III jew ta' vjeġġ ta' taħlitiet ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III jew IIIA jew ta' vjeġġ ta' skart klassifikat fl-Anness IIIB u sakemm l-esportazzjoni mhijiex projbita skond l-Artikolu 36, għandu japplika l-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu.

Taqsima 2

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD

Artikolu 38

Esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV u IVA

1.   Fejn skart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV u IV A, skart mhux klassifikat jew taħlitiet ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III, IV jew IVA jiġu esportati mill-Komunità u destinati għall-irkupru f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD bit-transitu jew le f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 5.

2.   L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

taħlitiet ta' skart elenkat fl-Anness III A destinati għal operazzjoni temporanja għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel jekk tkun se ssir operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju f'pajjiż fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD;

(b)

l-iskart elenkat fl-Anness IIIB għandu jkun suġġett għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel;

ċ)

il-kunsens kif meħtieġ skond l-Artikolu 9 jista' jiġi provdut fil-forma ta' kunsens taċitu ta' l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni barra l-Komunità.

3.   Fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' skart elenkat fl-Annessi IV u IVA, għandhom japplikaw id-disposizzjonjiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ittimbrata tad-deċiżjoni tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;

(b)

kopja tad-dokument tal-moviment għandha tingħata mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali ta' ħruġ mill-Komunità;

(ċ)

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali ta' ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità li fih jiddikjara li l-iskart kien telaq mill-Komunità;

(d)

jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità ma tkunx irċeviet informazzjoni mill-impjant dwar ir-riċezzjoni ta' l-iskart, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni; u:

(e)

il-kuntratt imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 għandu jistipula li:

(i)

jekk xi impjant joħroġ ċertifikat ta' rkupru mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi terminate l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju huwa għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu mid-dover tar-ritorn ta' l-iskart lejn iż-żona ta' ġurisidizzjoni ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu b'mod alternattiv u ambjentalment san;

(ii)

fi żmien tlett ijiem wara r-riċezzjoni ta' l-iskart għall-irkupru, l-impjant għandu jibgħat id-destinatarju għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' movement mimli, ħlief iċ-ċertifikat ta' l-irkupru msemmi fis-subpunt (iii), lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti konċernata; u

(iii)

malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tletin jum mill-kompletament ta' l-irkupru u mhux aktar tard minn sena waħda kalendarja wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu, b'responsabbilità tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru tlesta u għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument tal-moviment, li jinkludi din iċ-ċertifikazzjoni, lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

4.   Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a)

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u fejn ikun il-każ ta' transitu jew, jekk jingħata l-kunsens taċitu, jew jista' jiġi preżunt l-għoti ta' kunsens taċitu, mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta' transitu barra l-Komunità, u jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti jiġu sodisfatti;

(b)

l-Artikolu 35(4)(b), (ċ) u (d) jiġi osservati.

5.   Jekk xi esportazzjoni, kif deskritta fil-paragrafu 1, ta' skart elenkat fl-Annessi IV u IV A qiegħda fi transitu minn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD, għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' transitu li għaliha d-Deċiżjoni ta' l-OECD ma tapplikax għandha jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att tar-rikonoxximent tagħha tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż involut iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet oħra b'dan skond l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u

(b)

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tikkonsentixxi għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet il-kunsens taċitu jew bil-miktub minn dik l-awtorità kompetenti ta' transitu li għaliha ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u mhux qabel 61 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta'rikonoxximent mill-awtorità kompetenti ta' transitu. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tieħu d-deċiżjoni qabel il-konklużjoni ta' limitu ta' żmien ta' 61 jum jekk ikollha l-kunsens bil-miktub ta' l-awtoritajiet l-oħra konċernati.

6.   Fejn jiġi esportat skart, huwa għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru f'impjant li taħt liġi nazzjonali jopera jew huwa awtorizzat jopera fil-pajjiz tad-destinazzjoni.

7.   Jekk xi uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jew xi uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħajr dewmien jinforma lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali, liema awtorità għandha:

(a)

mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità; u

(b)

tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti, fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 39

Esportazzjonijiet lejn l-Antartiku

L-esportazzjoni ta' skart mill-Komunità lejn l-Antartiku għandha tkun projbita.

Artikolu 40

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi jew territorji barranin

1.   L-esportazzjoni mill-Komunità ta' skart destinat għar-rimi f'pajjiżi jew territorji barranin għandha tkun projbita.

2.   Fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' skart destinat għall-irkupru f'pajjiżi jew territorji barranin, għandha tapplika mutatis mutandis il-projbizzjoni stipulata fl-Artikou 36.

3.   Fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' skart destinat għall-irkupru f'pajjiżi jew territorji barranin mhux koperti mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II.

TITOLU V

IMPORTAZZJONIJIET LEJN IL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

Importazzjonijiet ta' skart għar-rimi

Artikolu 41

Projbizzjoni ta' l-importazzjoni ħlief minn xi pajjiż Part għall-Konvenzjoni ta' Basel jew taħt xi ftehim fis-seħħ jew minn żoni oħra f' sitwazzjonijiet ta' kriżi jew gwerra

1.   L-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' skart destinat għar-rimi għandhom ikunu projbiti ħlief dawk minn:

(a)

pajjiżi li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel; u

(b)

pajjiżi oħra li magħhom il-Komunità, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-liġi Komunitarja u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Basel; jew

(ċ)

pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali kkonkludew ftehim jew arranġamenti bilaterali skond il-paragrafu 2; jew

(d)

żoni oħra f'każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' l-istabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta' gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skond il-punti (b) jew (ċ) ma jista' jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx nominata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ.

2.   F'każijiet eċċezzjonali Stati Membri individwali jistgħu jikkonkludu ftehim u arranġamenti bilaterali għar-rimi ta' skart speċifiku f'dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx immaniġġat b'mod ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49 fil-pajjiż tad-dispaċċ.

Dawn il-ftehim u arranġamenti għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Basel.

Dawn il-ftehim u arranġamenti għandhom jiggarantixxu li l-operazzjonijiet tar-rimi jsiru f'impjant awtorizzat u josservaw ir-rekwiżiti ta' l-immaniġġar ambjentalment san.

Dawn il-ftehim u arranġamenti għandhom ukoll jiggarantixxu li l-iskart huwa prodott fil-pajjiż tad-dispaċċ u li r-rimi jsir esklussivament fl-Istat Membru li kien ikkonkluda l-ftehim jew arranġament.

Dawn il-ftehim u arranġamenti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ikunu konklużi. Iżda, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza huma jistgħu jiġu notifikati sa xahar wara l-konklużjoni tagħhom.

3.   Il-ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali miftehma skond il-paragrafu 1(b) u (ċ) għandhom ikunu bbażati fuq l-ħtiġijiet proċedurali ta' l-Artikolu 42.

4.   Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (ċ) għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw minn qabel talba motivata lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni fuq il-bażi li huma ma għandhomx u ma jistgħux raġjonevalment jakkwistaw il-kapaċità teknika u l-faċilitajiet meħtieġa sabiex jarmu l-iskart b'mod ambjentalment san.

Artikolu 42

Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra

1.   Fejn jiġi importat skart fil-Komunità u jiġi destinat għar-rimi minn pajjiżi Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II mutatis mutandis bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità għandha jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att tar-rikonoxximent tagħha tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż konċernat iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet l-oħrajn b'dan skond l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u

(b)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41(1)(d) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta' gwerra, il-kunsens ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.

3.   Dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali għandhom japplikaw:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur, b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjoni tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità;

(ċ)

kopja tad-dokument ta' moviment għandha tingħata mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità; u

(d)

wara li jagħmel il-formalitajiet doganali meħtieġa, l-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità għandu jibgħat kopja ittimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta' transitu fil-Komunità, bl-attestazzjoni li l-iskart daħal fil-Komunità.

4.   Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a)

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, ta' transitu u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti jiġu sodisfatti;

(b)

ġie konkluż kuntratt li jkun sar effettiv bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikoli 4 u fl-Artikolu 5;

(ċ)

ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, li tkun saret effettiva kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6; u

(d)

jiġi żgurat l-immaniġġar ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49.

5.   Jekk xi uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħar dewmien jinforma l-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali, liema awtorità għandha:

(a)

mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità li tinforma l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità; u

(b)

tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

KAPITOLU 2

Importazzjoni ta' skart għall-irkupru

Artikolu 43

Projbizzjoni ta' importazzjoni minn xi pajjiż li japplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD jew li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew taħt xi ftehim fis-seħħ jew minn żoni oħrajn f' sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra

1.   L-importazzjonijiet kollha mill-Komunità ta' skart destinat għall-irkupru għandhom ikunu projbiti ħlief dawk minn:

(a)

pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni OECD; jew

(b)

pajjiżi oħra li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel; jew

(ċ)

pajjiżi oħra li magħhom il-Komunità, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, kienu ikkonkludew ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilateri kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u li huma skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Basel; jew

(d)

pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali ikkonkludew ftehim jew arranġamenti bilaterali skond il-paragrafu 2; jew

(e)

żoni oħra f'każi fejn, għal raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta' krizi, ta' stabbiliment ta' paċi, taż-żamma ta' paċi jew ta' gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skond il-punti (b) jew (ċ) ma jistgħu jiġu konklużi jew fejn xi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ jew għadha ma ġietx maħtura jew ma tistax taġixxi.

2.   F'każijiet eċċezzjonali Stati Membri individwali jistgħu jikkonkludu ftehim u arranġamenti bilterali għall-irkupru ta' skart speċifiku f'dawk l-Istati Membri, meta skart bħal dan ma jkunx se jiġi immaniġġat b'mod ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49, fil-pajjiż tad-dispaċċ.

F'każi bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 41(2).

3.   Il-ftehim jew arranġamenti bilaterali u multilaterali miftehma skond il-paragrafu 1(ċ) u (d) għandhom ikunu ibbażati fuq ir-rekwiżiti proċedurali ta' Artikolu 42 safejn dan ikun pertinenti.

Artikolu 44

Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż li japplika d-deċiżjoni ta' l-OECD jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra

1.   Fejn skart iddestinat għall-irkupru jiġi importat fil-Komunità minn jew tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni OECD, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

il-kunsens kif meħtieġ skond Artikolu 9 jista' jkun provdut fil-forma ta' kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità;

(b)

notifika miktuba tista' tiġi preżentata minn qabel skond Artikolu 4 min-notifikatur; u

(ċ)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(1)(e) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal- paċi jew ta' gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.

3.   Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 42(3) (b), (ċ) u (d) għandhom jiġu osservati.

4.   Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a)

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, transitu jew jekk jingħata l-kunsens taċitu, jew jista' jiġi preżunt l-għoti ta' kunsens taċitu, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti jiġu milqugħa;

(b)

ġie konkluż kuntratt, li jkun sar effettiv, bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5;

(ċ)

ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkun saret effettiva kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6; u

(d)

jiġi żgurat l-immaniġġar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 49.

5.   Jekk xi uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħajr dewmien jinforma l-awtorità kompetenti tiegħu fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li għandha:

(a)

mingħajr dewmien tinforma l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità li għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità; u

(b)

tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u kkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

Artikolu 45

Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra

Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi importat fil-Komunità:

(a)

minn xi pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax; jew

(b)

minn kwalunkwe pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax u li huwa wkoll Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel,

l-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 46

Importazzjonijiet minn pajjiżi jew territorji barranin

1.   Fejn skart jiġi importat fil-Komunità minn pajjiżi jew territorji barranin, għandu japplika, mutatis mutandis, it-Titolu II.

2.   Wieħed jew aktar mill-pajjizi jew territorji barranin u l-Istat Membru li miegħu għandhom rabta jistgħu japplikaw proċeduri nazzjonali għal vjeġġi mill-pajjiżi jew territorji barranin lejn dak l-Istat Membru.

3.   Stati Membri li japplikaw il-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri nazzjonali applikati.

TITOLU VI

TRANSITU ĠEWWA L-KOMUNITÀ MINN U LEJN PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

Transitu ta' skart għar-rimi

Artikolu 47

Transitu ġewwa l-Komunità ta' skart destinat għal rimi

Fejn skart li huwa destinat għar-rimi jiġi trasportat transitament fl-Istati Membri minn u lejn pajjiżi terzi, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 42, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati hawn taħt:

(a)

l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha, fejn ikun il-każ, tibgħat kopja ittimbrata tad-deċiżjonijiet li jagħtu l-kunsens għall-vjeġġ jew, jew jekk ipprovdew kunsens taċitu, kopja tar-rikonoxximent skond l-Artikolu 42(3)(a) lill-uffiċċji doganali tad-dħul fil-Komunità, u tal-ħruġ mill-Komunità, rispettivament; u

(b)

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtoritajiet kompetenti ta' transitu fil-Komunità, li jgħid li l-iskart telaq mill-Komunità.

KAPITOLU 2

Transitu ta' skart għall-irkupru

Artikolu 48

Transitu fil-Komunità ta' skart destinat għall-irkupru

1.   Fejn skart destinat għal rkupru jigi trasportat transitament fl-Istati Membri minn u lejn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni OECD, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 47.

2.   Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi trasportat transitament fl-Istati Membri minn u lejn pajjiż li għalih tapplika d-deċiżjoni ta' l-OECD, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 44, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati hawn taħt:

(a)

l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandhom, skond il-każ, jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjonijiet li jagħtu l-kunsens lill-vjeġġ jew, jekk huma pprovdew il-kunsens taċitu, kopja tar-rikonoxximent skond Artikolu 42(3)(a) lill-uffiċċji doganali tad-dħul fil-Komunità, u tal-ħruġ mill-Komunità, rispettivament; u

(b)

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu fil-Komunità, kontenenti d-dikjarazzjoni li l-iskart telaq mill-Komunità.

3.   Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi trasportat transitament fl-Istati Membri minn pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD jew vice-versa, għandu japplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax u għandu japplika l-paragrafu 2 fir-rigward tal-pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD.

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

KAPITOLU 1

Obbligi addizzjonali

Artikolu 49

Protezzjoni ta' l-ambjent

1.   Il-produttur, in-notifikatur u impriżi oħrajn involuti fi vjeġġ ta' skart u/jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li kull skart li huma jittrasportaw jiġi mmaniġġat mingħajr periklu għas-saħħa umana u b'mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjeġġ u matul l-irkupru u r-rimi tiegħu. Partikolarment, meta l-vjeġġ isir fil-Komunità, għandhom ikunu rispettati r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE u ta' liġijiet oħra Komunitarji dwar l-iskart.

2.   Fil-kaz ta' esportazzjoni mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha:

(a)

tesiġi u tagħmel li tista' sabiex tiżgura li kwalunkwe skart esportat jiġi mmaniġġat b'mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjeġġ, inkluż l-irkupru kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 38 jew ir-rimi kif imsemmi fl-Artikolu 34, fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni;

(b)

tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' skart lejn pajjiżi terzi jekk ikollha raġuni taħseb li l-iskart ma jiġix immaniġġat skond ir-rekwiżiti tal-punt (a).

L-immaniġġar li jkun ambjentalment san jista' inter alia jiġi preżunt fir-rigward ta' l-operazzjoni konċernata ta' rkupru jew rimi ta' skart, jekk in-notifikatur jew l-awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni ikunu jistgħu juru li l-impjant li jirċievi l-iskart ikun operat skond standards ta' protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent li huma bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal standards stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

Dan il-presunzjoni, iżda, għandha tapplika bla preġudizzju għall-valutazzjoni ġenerali ta' l-immaniġġar ambjentalment san tul il-perjodu tal-vjeġġ u inkluż l-irkupru jew rimi fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

Għall-finijiet ta' gwida dwar l-immaniġġar ambjentalment san, jistgħu jiġu kunsidrati l-linji gwida fl-Anness VIII.

3.   Fil-każ ta' l-importazzjoni fil-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandha:

(a)

tirrikjedi u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li kull skart trasportat fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha jiġi mmaniġġat mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, u skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE u liġijiet oħra Komunitarji dwar l-iskart matul il-perjodu tal-vjeġġ, inkluż l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż tad-destinazzjoni;

(b)

tipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart minn pajjiżi terzi jekk ikollha raġuni taħseb li l-iskart ma jiġix immaniġġat skond ir-rekwiżiti tal-punt (a).

Artikolu 50

Infurzar fl-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-liġi nazzjonali dwar il-prevenzjoni u l-iskoperta ta' vjeġġi illegali u l-pieni għal vjeġġi bħal dawn.

2.   L-Istati Membri għandhom, permezz ta' miżuri għall-infurzar ta' dan ir-Regolament, jipprovdu, inter alia, għal spezzjonijiet ta' stabbilimenti u ta' impriżi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/12/KE, u għal kontrolli għal għarrieda ta' vjeġġi ta' skart jew ta' l-irkupru jew rimi relatat miegħu.

3.   Il-kontrolli ta' vjeġġi jistgħu jsiru b'mod partikolari:

(a)

fil-post ta' l-oriġini, magħmulin mal-produttur, id-detentur jew in-notifikatur;

(b)

fid-destinazzjoni, magħmulin mad-destinatarju jew ma' l-impjant;

(ċ)

fil-fruntieri tal-Komunità u/jew

(d)

matul il-vjeġġ fil-Komunità.

4.   Il-kontrolli fuq il-vjeġġi għandhom jinkludu l-ispezzjoni ta' dokumenti, il-konferma ta' l-identità u, fejn opportun, il-kontroll fiżiku ta' l-iskart.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkoperaw, bilateralment jew multilateralment, ma' xulxin bil-għan li jiġu faċilitati l-prevenzjoni u l-iskoperta ta' vjeġġi illegali.

6.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw dawk il-membri tal-persunal permanenti tagħhom li huma responsabbli għall-koperazzjoni l-imsemmija fil-paragrafu 5 u jidentifikaw il-punt(i) ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni li għandha tiddistribwixxi lista kompilata lill-korrispondenti msemmija fl-Artikolu 54.

7.   Fuq talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jieħu azzjoni ta' infurzar kontra persuni, preżenti f'dak l-Istat Membru, suspettati li jkunu mdaħħla fi vjeġġi ta' skart illegali.

Artikolu 51

Rapporti minn Stati Membri

1.   Qabel it-tmiem ta' kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja tar-rapport għas-sena kalendarja ta' qabel li, skond Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Basel, jkun għamel u ppreżenta lis-Segretarjat ta' dik il-Konvenzjoni.

2.   Qabel it-tmiem ta' kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jagħmlu wkoll rapport għas-sena ta' qabel ibbażat fuq il-kwestjonarju addizzjonali ta' rapportaġġ fl-Anness IX u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni.

3.   Ir-rapporti magħmulin mill-Istati Membri skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu preżentati lill-Kummissjoni f'forma elettronika.

4.   Il-Kummissjoni għandha, tistabblixxi kull tliet snin rapport, abbażi ta' dawn ir-rapporti, dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha.

Artikolu 52

Koperazzjoni internazzjonali

L-Istati Membri, fejn ikun possibbli u meħtieġ bil-koperazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom jikkoperaw ma' partijiet oħra għall-Konvenzjoni ta' Basel u organizzazzjonijiet inter-Statali, inter alia permezz ta' l-iskambju u/jew il-kondiviżjoni ta' informazzjoni, tal-promozzjoni ta' teknoloġiji kompatibbli ma' l-ambjent u ta' l-iżvilupp ta' kodiċi adegwati ta' prattika tajba.

Artikolu 53

Nomina ta' awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti waħda.

Artikolu 54

Nomina ta' korrispondenti

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom rispettivament jinnominaw korrispondent wieħed jew aktar responsabbli sabiex jinformaw u jagħtu pariri lil persuni jew intrapriżi li jitolbu informazzjoni. Il-korrispondent tal-Kummissjoni għandu jgħaddi lill-korrispondenti ta' l-Istati Membri kull mistoqsija magħmula lilu/ha li tinvolvi lil ta' l-aħħar, u vice versa.

Artikolu 55

Nomina ta' uffiċċji doganali ta' dħul fil-Komunità u tal-ħruġ mill-Komunità

L-Istati Membri jistgħu jinnominaw uffiċċji doganali speċifiċi ta' dħul fil-Komunità u tal-ħruġ mill-Komunità għall-vjeġġi ta' skart li jidħlu fil-Komunità u joħorġu mill-Komunità. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jinnominaw tali uffiċċji doganali, ebda vjeġġ ta' skart ma' għandu jitħalla juża xi post ta' qsim tal-fruntiera fi Stat Membru għall-finijiet ta' dħul fil-Komunità jew ħruġ mill-Komunità.

Artikolu 56

Notifika u informazzjoni dwar nomini

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-nomini ta':

(a)

awtoritajiet kompetenti, skond l-Artikolu 53;

(b)

korrispondenti, skond l-Artikolu 54 u

(ċ)

fejn applikabbli, uffiċċji doganali tad-dħul fil- Komunità u tal-ħruġ mill-Komunità, skond l-Artikolu 55.

2.   Fir-rigward ta' dawn in-nomini, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem/ismijiet;

(b)

indirizz(i) postali;

(ċ)

indirizz(i) ta' e-mail;

(d)

numru(i) tat-telefon;

(e)

numru(i) tal-fax; u

(f)

lingwi aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar xi tibdil f'din l-informazzjoni.

4.   Din l-informazzjoni kif ukoll xi tibdil fl-informazzjoni għandhom jiġu preżentati lill-Kummissjoni f'forma elettronika kif ukoll fuq il-karta jekk tkun hekk mitluba.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippublika fuq il-website tagħha listi ta' l-awtoritajiet competenti nominati, korrispondenti nominati u uffiċċji doganali nominati tad-dħul fil-Komunità u tal-ħruġ mill-Komunità, u għandha taġġorna dawn il-listi skond il-każ.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet oħrajn

Artikolu 57

Laqgħat tal-korrispondenti

Il-Kummissjoni għandha, jekk mitluba mill-Istati Membri jew kif xort'oħra ikun meħtieġ, perjodikament torganizza laqgħa tal-korrispondenti sabiex jiġu eżaminati l-kwistjonijiet imqajma bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-atturi rilevanti għandhom jiġu mistiedna għal dawn il-laqgħat jew għal partijiet minn dawn il-laqgħat fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu li dan huwa meħtieġ.

Artikolu 58

Emendi għall-Annessi

1.   L-Annessi jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni permezz ta' Regolamenti u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE, sabiex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. B'żjieda ma' dan :

(a)

l-Annessi I, II, III, IIIA, IV u V għandhom jiġu emendati sabiex jittieħed kont tal-bidliet miftehma skond il-Konvenzjoni ta' Basel u d-Deċiżjoni OECD; b'żjieda ma' dan, l-Anness I C dwar struzzjonijiet speċifiċi għall-mili tad-dokumenti ta' notifika u moviment għandu jitlesta mhux aktar tard sad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'kont meħud ta' l-istruzzjonijiet ta' l-OECD;

(b)

jistgħu jiġu miżjuda tipi ta' skart mhux klassifikat ma' l-Annessi IIIB, IV jew V fuq bażi provviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi rilevanti tal-Konvenzjoni ta' Basel jew id-Deċiżjoni OECD;

(ċ)

fuq il-preżentazzjoni ta' talba ta' xi Stat Membru, jistgħu jiġu kunsidrati taħlitiet ta' żewg tipi jew iżjed ta' skart elenkati fl-Anness III sabiex jiġu inklużi fl-Anness IIIA fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 3(2) fuq bażi provviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi pertinenti mal-Konvenzjoni ta' Basel jew mad-Deċiżjoni OECD. L-entrati inizjali għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għandhom jiġu inseriti, jekk prattikament possibbli, sad-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux aktar tard minn 6 xhur wara dik id-data. L-Anness IIIA jista' jinkludi l-kondizzjoni li xi entrata jew aktar ma għandhiex tapplika għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni OECD;

(d)

għandhom jiġu determinati l-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 3(3) u, fejn ikun meħtieġ, skart bħal dan għandu jiżdied ma' Annessi IVA u V u mħassra mill-Anness III;

(e)

l-Anness V għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-bidliet miftiehma dwar il-lista ta' skart perikoluż adottati skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

(f)

l-Anness VIII għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-konvenzjoni u l-ftehim internazzjonali pertinenti.

2.   Il-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi relatati ma' l-ambjent (22) għandu jkun assoċjat bis-sħiħ mad-deliberazzjonijiet meta jiġi emendat l-Anness IX.

3.   Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 3 xhur.

Artikolu 59

Miżuri addizzjonali

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri addizzjonali relatati ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:

(a)

metodu għall-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif maħsuba fl-Artikolu 6;

(b)

linji gwida għall-applikazzjoni ta' Artikolu 12(1)(g);

(ċ)

aktar kondizzjonijiet u rekwiżiti relatati ma' l-impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(d)

linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' Artikolu 15 relatati ma' l-identifikazzjoni u s-sorveljanza ta' skart sottopost għal bidliet sostanzjali fl-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju;

(e)

linji gwida għall-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' vjeġġi illegali kif imsemmija fl-Artikolu 24;

(f)

rekwiżiti teknici u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika ta' l-iskambju tad-data elettronika skond l-Artikolu 26(4);

(g)

aktar gwida dwar l-użu tal-lingwi kif imsemmi fl-Artikolu 27;

(h)

kjarifikazzjoni aktar tar-rekwiżiti proċedurali tat-Titolu II fir-rigward ta' l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu ta' l-iskart minn, lejn u ġewwa l-Komunità;

(i)

aktar gwida li tikkonċerna termini legali mhux definiti.

2.   Miżuri bħal dawn għandhom jiġu deċiżi skond l-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

3.   Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 3 xhur.

Artikolu 60

Reviżjoni

1.   Sal-15 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni għandha tlesti l-analiżi tagħha tar-relazzjoni bejn leġislazzjoni settorali eżistenti dwar is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika, inklużi vjeġġi ta' skart kopert mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ, din ir-reviżjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposti adatti bil-għan li jinkiseb livell ekwivalenti ta' reġim ta' proċeduri u kontroll għall-vjeġġi ta' skart bħal dan.

2.   Fi żmien ħames snin mit-12 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni ta' Artikolu 12(1)(ċ), inkluż l-effett tiegħu fuq l-protezzjoni ta' l-ambjent u l-funzjonament tas-suq intern. Jekk ikun meħtieġ, din ir-reviżjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposti adatti sabiex tiġi emendata din id-dispożizzjoni.

Artikolu 61

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 259/93, u d-Deċiżjoni 94/774/KE huma b'dan imħassar b'effett mit-12 ta' Lulju 2007.

2.   Kull riferiment magħmul lir-Regolament (KEE) Nru 259/93, imħassar, għandu jiġi meqjus bħala riferiment magħmul għal dan ir-Regolament.

3.   Id-Deċiżjoni 1999/412/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 62

Regoli transitorji

1.   Kull vjeġġ li ġie notifikat u li dwaru l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tat rikonoxximent qabel it-12 ta' Lulju 2007 għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 259/93.

2.   Kull vjeġġ li għalih l-awtoritajiet konċernati taw il-kunsens tagħhom skond ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandu jintemm sa mhux aktar tard minn sena mit-12 ta' Lulju 2007.

3.   Ir-rapportaġġ skond Artikolu 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 u l-Artikolu 51(4) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2007 għandu jkun ibbażat fuq il-kwestjonarju jinsab fid-Deċiżjoni 1999/412/KE.

Artikolu 63

Arranġamenti transitorji għal ċerti Stati Membri

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-vjeġġi kollha lejn il-Latvja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u l-vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2012, il-vjeġġi kollha lejn il-Polonja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2007, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom għal vjeġġi lejn il-Polonja għall-rkupru ta' l-iskart li ġej elenkat fl-Annessi III u IV skond ir-raġunijiet għal oġġezzjoni elenkati fl-Artikolu 11:

 

B2020 u GE020 (skart tal-ħġieġ)

 

B2070

 

B2080

 

B2100

 

B2120

 

B3010 u GH 013 (skart ta' plastik solidu)

 

B3020 (skart tal-karta)

 

B3140 (skart ta' tajers pnewmatiċi)

 

Y46

 

Y47

 

A1010 u A1030, (l-inċiżi biss li jirreferu għal arseniku u merkurju)

 

A1060

 

A1140

 

A2010

 

A2020

 

A2030

 

A2040

 

A3030

 

A3040

 

A3070

 

A3120

 

A3130

 

A3160

 

A3170

 

A3180 (applikabbli biss fir-rigward ta' naftaleni poliklorinati, PCN)

 

A4010

 

A4050

 

A4060

 

A4070

 

A4090

 

AB030

 

AB070

 

AB120

 

AB130

 

AB150

 

AC060

 

AC070

 

AC080

 

AC150

 

AC160

 

AC260

 

AD150

Bl-eċċezzjoni ta' skart tal-ħġieġ, skart tal-karta u skart ta' tyres pnewmatiċi, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet konformement mar-raġunijiet ta' oġġezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 għal vjeġġi lejn il-Polonja ta':

(a)

l-iskart għall-irkupru li ġej elenkat fl-Anness IV:

 

A2050

 

A3030

 

A3180, barra naftalaleni poliklorinati (PCN)

 

A3190

 

A4110

 

A4120

 

RB020

u ta'

(b)

skart għall-irkupru mhux elenkat fl-Annessi.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

3.   Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-vjeġġi kollha lejn l-Islovakkja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 94/67/KE (23) u 96/61/KE, tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart (24), u tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta' ċertu tniġġiż fl-atmosfera minn faċilitajiet kbar ta' kombussjoni (25) matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

4.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-vjeġġi kollha ta' skart lejn il-Bulgarija għall-irkupru msemmija fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw għall-vjeġġi ta' skart għall-irkupru lejn il-Bulgarija ta' l-skart imsemmi hawn taħt elenkat fl-Annessi III u IV konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11:

 

B2070

 

B2080

 

B2100

 

B2120

 

Y46

 

Y47

 

A1010 u A1030 (dawk l-inċiżi biss li jirreferu għall-arseniku u għall-merkurju)

 

A1060

 

A1140

 

A2010

 

A2020

 

A2030

 

A2040

 

A3030

 

A3040

 

A3070

 

A3120

 

A3130

 

A3160

 

A3170

 

A3180 (japplika biss fir-rigward tan-naftalini poliklorinati (PCN))

 

A4010

 

A4050

 

A4060

 

A4070

 

A4090

 

AB030

 

AB070

 

AB120

 

AB130

 

AB150

 

AC060

 

AC070

 

AC080

 

AC150

 

AC160

 

AC260

 

AD150

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw konformement mar-raġunijiet għal oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 għal vjeġġi lejn il-Bulgarija ta':

(a)

l-iskart, li ġej hawn taħt, għall-irkupru elenkat fl-Anness IV:

 

A2050

 

A3030

 

A3180, barra n-naftalini poliklorinati (PCN)

 

A3190

 

A4110

 

A4120

 

RB020

u ta'

(b)

skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE jew tad-Direttiva 2001/80/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tiġi applikata għall-impjant tad-destinazzjoni.

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-vjeġġi kollha ta' skart għall-irkupru lejn ir-Rumanija elenkati fl-Anness III għandhom jkunu suġġetti għall-proċeduri ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni jistgħu joġġezzjonaw għall-vjeġġi ta' skart għall-irkupru lejn ir-Rumanija ta' l-skart msemmi hawn taħt elenkat fl-Annessi III u IV konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11:

 

B2070

 

B2100, barra skart ta' alumina

 

B2120

 

B4030

 

Y46

 

Y47

 

A1010 u A1030 (dawk l-inċiżi biss li jirreferu għall-arseniku, għall-merkurju u għat-tallju)

 

A1060

 

A1140

 

A2010

 

A2020

 

A2030

 

A3030

 

A3040

 

A3050

 

A3060

 

A3070

 

A3120

 

A3130

 

A3140

 

A3150

 

A3160

 

A3170

 

A3180 (japplika biss fir-rigward tan-naftalini poliklorinati (PCN))

 

A4010

 

A4030

 

A4040

 

A4050

 

A4080

 

A4090

 

A4100

 

A4160

 

AA060

 

AB030

 

AB120

 

AC060

 

AC070

 

AC080

 

AC150

 

AC160

 

AC260

 

AC270

 

AD120

 

AD150

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni jistgħu joġġezzjonaw konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 għal vjeġġi ta' skart lejn ir-Rumanija ta':

(a)

l-iskart, li ġej hawn taħt, għall-irkupru elenkat fl-Anness IV:

 

A2050

 

A3030

 

A3180, barra n-naftalini poliklorinati (PCN)

 

A3190

 

A4110

 

A4120

 

RB020

u ta'

(b)

skart għall-irkupru mhux elenkat fl-Annessi.

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 konformement mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2006/12/KE.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkati fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkati f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE, tad-Direttiva 2000/76/KE jew tad-Direttiva 2001/80/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tiġi applikata għall-impjant tad-destinazzjoni.

6.   Meta jsir riferiment f'dan l-Artikolu għal Titolu II fir-rigward ta' skart elenkat fl-Anness III, ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3(2), it-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u l-Artikoli 6, 11, 22, 23, 24, 25 u 31.

Artikolu 64

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mit-12 ta' Lulju 2007.

2.   Jekk id-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija tkun aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-Artikolu 63(4) u (5)) għandu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplika mid-data ta' l-adeżjoni.

3.   Suġġett għall-ftehim bejn l-Istati Membri konċernati, l-Artikolu 26(4) jista' jiġi applikat qabel it-12 Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Ġunju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsilll

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 108, 30.4.2004, p. 58.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2003 (ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 281), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 2005 (ĠU C , 206 E, 23.8.2005, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2006.

(3)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(4)  ĠU L 310, 3.12.1994, p. 70.

(5)  ĠU L 156, 23.6.1999, p. 37.

(6)  ĠU L 39, 16.2.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.

(8)  ĠU L 272, 4.10.1997, p. 45.

(9)  ĠU L 22, 24.1.1997, p. 14.

(10)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).

(11)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(12)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru.166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(13)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(14)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(15)  ĠU L 35, 12.2.1992, p. 24.

(16)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

(17)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(18)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 215/2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11).

(19)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(20)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(21)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 18).

(22)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284,31.10.2003, p. 1).

(23)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 34.

(24)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

(25)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.


ANNESS IA

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS IB

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS IĊ

ISTRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-MILI TAD-DOKUMENTI TA' NOTIFIKA U TA' MOVIMENT


ANNESS II

INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA

Parti 1   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FID-DOKUMENT TAN-NOTIFIKA JEW LI GĦANDHA TIĠI MEHMUŻA MIEGĦU:

1.

In-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor aċċettat tad-dokument tan-notifika u n-numru totali previst ta' vjeġġi.

2.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-notifikatur u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu.

3.

Jekk in-notifikatur mhuwiex il-produttur: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-produttur u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu.

4.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozjant jew is-sensar(a) u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu/f'isimhom, fejn in-notifikatur ta l-awtorizzazzjoni tiegħu skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2.

5.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-impjant tar-rimi jew ta' l-irkupru, u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu, it-teknoloġiji wżati u l-istatus eventwali skond il-pre-kunsens mogħti skond l-Artikolu 14.

Jekk l-iskart ikun ddestinat għal operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi temporanju, għandha tiġi indikata informazzjoni simili dwar l-impjanti kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet susseguenti, ta' rimi jew ta' rkupru temporanji jew mhux temporanji.

Jekk l-impjant tar-rimi jew irkupru jkun elenkat fl-Anness I, Kategorija 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tingħata prova (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza) ta' permess validu maħruġ skond l-Artikolu 4 u 5 ta' dik id-Direttiva.

6.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru ta' reġistrazzjoni tad-destinatarju u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu.

7.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) previst(i) u/jew ta' l-aġenti tagħhom, u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu/f'isimhom.

8.

Pajjiż tad-dispaċċ u l-awtorità kompetenti relevanti.

9.

Pajjiżi tat-transitu u l-awtoritajiet kompetenti relevanti.

10.

Il-Pajjiż ta' destinazzjoni u l-awtorità kompetenti relevanti.

11.

Notifika waħda jew notifika ġenerali. Jekk notifika ġenerali, il-perjodu ta' validità mitlub.

12.

Data(i) prevista(i) għall-bidu tal-vjeġġ(i).

13.

Mezzi tat-trasport previsti.

14.

Rotot previsti (il-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż konċernat u l-punt tad-dħul f'kull pajjiż konċernat, inklużi l-uffiċċji doganali tad-dħul u/jew ħruġ u/jew esportazzjoni mill-Komunità) u rotta prevista (ir-rotta bejn il-punti ta' ħruġ u ta' dħul), inklużi alternattivi possibli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti.

15.

Prova tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport ta' l-iskart (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha).

16.

Indikazzjoni tat-tip ta' l-iskart fuq il-lista pertinenti, il-font(i), deskrizzjoni, kompożizzjoni u kwalunkwe karatteristiċi perikolużi. Fil-każ ta' skart minn diversi fonti, inventarju dettaljat ta' l-iskart ukoll.

17.

Kwantitajiet massimi u minimi stimati.

18.

Tip ta' ippakkjar previst.

19.

Speċifikazzjoni ta' l-operazzjoni(jiet) ta' rkupru jew ta' rimi kif imsemmija fl-Anness IIA u l-Anness IIB tad-Direttiva 2006/12/KE.

20.

Jekk l-iskart ikun destinat għall-irkupru:

(a)

il-metodu pjanat għar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli wara l-irkupru;

(b)

l-ammont ta' materjal irkuprat fir-rigward ta' skart li ma jistax jiġi rkuprat;

(ċ)

 il-valur stimat tal-materjal irkuprat;

(d)

l-ispiża ta' l-irkupru u l-ispiża tar-rimi tal- frazzjoni li mhijiex rekuperabbli.

21.

Prova ta' l-assikurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal danni lil terzi persuni (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha).

22.

Prova ta' kuntratt (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew għar-rimi ta' l-iskart li ġie konkluż u li jkun effettiv fiż-żmien tan-notifika, kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikoli 4 u fl-Artikolu 5.

23.

Kopja tal-kuntratt jew prova tal-kuntratt (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) bejn il-produttur, il-produttur il-ġdid jew il-kollettur u s-sensar jew in-negozjant, fil-każ li s-sensar jew in-negozjant jaġixxi bħala notifikatur.

24.

Prova ta' garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha jekk l-awtorità kompetenti tippermetti hekk) li ġiet stabbilita u li tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk ikun permess mill-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti, mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ, kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6.

25.

Ċertifikazzjoni min-notifikatur li, sa fejn jaf huwa, l-informazzjoni hija kompleta u korretta.

26.

Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur skond il-punt 15(a)(i) ta' l-Artikolu 2, in-notifikatur għandu jiżgura li l-produttur jew wieħed mill-persuni ndikatifil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, fejn ikun prattikabbli, jiffirma wkoll id-dokument tan-notifika esposti fl-Anness IA.

Parti 2   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FID-DOKUMENT TAN-NOTIFIKA JEW LI GĦANDHA TIĠI ANNESSA MIEGĦU:

Ipprovdi l-informazzjoni kollha mniżżla fl-parti 1 aġġornata skond il-punti imniżżla hawn taħt, u l-informazzjoni addizzjonali oħra speċifikata:

1.

Numru tas-serje u n-numru totali ta' vjeġġi.

2.

Data meta beda l-vjeġġ.

3.

Mezzi tat-trasport.

4.

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email tat-trasportatur(i).

5.

Rotot (il-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż konċernat u l-punt tad-dħul f'kull pajjiż konċernat, inklużi l-uffiċċji doganali tad-dħul u/jew ħruġ u/jew esportazzjoni mill-Komunità) u r-rotta (ir-rotta bejn il-punti ta' ħruġ u ta' dħul), inklużi alternattivi possibli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti.

6.

Kwantitajiet.

7.

Tip ta' ppakkjar.

8.

Kwalunkwe prekawzjoni speċjali li għandha tittieħed mit-trasportatur(i).

9.

Dikjarazzjoni min-notifikatur li ġew riċevuti l-kunsensi meħtieġa kollha mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi konċernati. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi iffirmata min-notifikatur.

10.

Il-firem li jkun hemm bżonn għal kull trasferiment tal-kustodja.

Parti 3   INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI ADDIZZJONALI LI JISTGĦU JINTALBU MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI:

1.

It-tip u t-tul ta' żmien ta' l-awtorizzazzjoni li taħtha jaħdem l-impjant ta' rkupru jew ta' rimi.

2.

Kopja tal-permess maħruġ skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 96/61/KE.

3.

L-informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sigurtà fit-trasport.

4.

Id-distanza(i) fit-trasport bejn in-notifikatur u l-impjant, inklużi rotot alternattivi possibbli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti u, fil-każ ta' trasport intermodali, il-post fejn ser isir it-trasferiment.

5.

Informazzjoni dwar l-ispejjez tat-trasport bejn in-notifikatur u l-impjant.

6.

Kopja tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport ta' l-iskart.

7.

Analiżi kimika tal-kompożizzjoni ta' l-iskart.

8.

Deskrizzjoni tal-proċess ta' produzzjoni ta' l-iskart.

9.

Deskrizzjoni tal-proċess ta' trattament ta' l-impjant li jirċievi l-iskart.

10.

Il-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti jew kopja tagħha.

11.

Informazzjoni dwar il-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6.

12.

Kopja tal-kuntratti msemmija fil-punti 22 u 23 tal-Parti 1.

13.

Kopja tal-polza ta' l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal danni lil terzi persuni.

14.

Kwalunkwe informazzjoni oħra li hija relevanti għall-istima tan-notifika skond dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali.


ANNESS III

LISTA TA' SKART SUĠĠETT GĦAR-REKWIŻIT ĠENERALI TA' INFORMAZZJONI STIPULAT FL-ARTIKOLU 18

(SKART ELENKAT BĦALA “AĦDAR”) (1)

Irrispettivament mill-inklużjoni jew nuqqas ta' inklużjoni ta' tipi ta' skart f'din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali li jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni jekk ikunu kontaminat b'materjali oħra sal-punt li

(a)

jiżdiedu r-riskji assoċjati ma' l-iskart b'mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta' kontroll tan-notifika u l-kunsens bil-miktub minn qabel, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE; jew

(b)

jiġi impedit l-irkupru ta' l-iskart b'mod ambjentalment san.

Parti I

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali ta' informazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 18:

Skart elenkat fl-Anness IX mal-Konvenzjoni ta' Basel (2).

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

Kwalunkwe riferiment għall-lista A fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta' Basel għandu jinftiehem bħala riferiment għall-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

(b)

Fl-entrata B1020 tal-klassifikazzjoni ta' Basel it-terminu “forma massiċċa lesta” tinkludi l-forom kollha metalliċi li ma jixterdux (3) tar-ruttam hemm elenkat.

(ċ)

Il-parti ta' l-entrata B1100 tal-klassifikazzjoni ta' Basel li tirreferi għall-“Fdalijiet minn metall imdewweb mill-ipproċessar tar-ram” eċċ ma tapplikax u tapplika minflok l-entrata (ta' l-OECD) GB040 fil-Parti II.

(d)

L-entrata B1110 tal-klassifikazzjoni ta' Basel ma tapplikax u minflok japplikaw l-entrati (ta' l-OECD) GC010 u GC020 fil-Parti II.

(e)

L-entrata B2050 tal-klassifikazzjoni ta' Basel ma tapplikax u tapplika minflok l- entrata (ta' l-OECD) GG040 fil-Parti II.

(f)

Ir-riferiment fl-entrata B3010 tal-klassifikazzjoni ta' Basel għall-iskart tal-flworin miżjud bil-polimer għandu jitqies li jinkludi polimers u co-polimers bl-etilene miżjuda bil-flworin (PTFE).

Parti II:

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ukoll ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali ta' informazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 18:

Skart bil-Metall li jiġi mit-Tisħin u t-Tidwib ta' Minerali sabiex jinkiseb minnu l-Metall li jkun fih u r-Raffinazzjoni ta' Metalli

GB040

7112

262030

262090

Fdalijiet minn metall prezzjuż imdewweb u ipproċċessar tar-ram għal aktar raffinazzjoni

Skart ieħor li Fih Metalli

GC010

 

Muntaturi elettriċi li jikkonsistu biss f'metalli jew ligi

GC020

 

Ruttam ta' l-elettronika (e.ż. bord taċ-ċirkuwitu stampati, komponenti elettroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi li jerġgħu jinġabru adattati għall-bażi u ġbir mill-ġdid ta' metall prezzjuż

GC030

ex ex 890800

Bastimenti u strutturi oħra li jżommu fil-wiċċ sabiex jiġu żarmati, żvujtati minn kwalunkwe tgħabbija jew materjal ieħor li jiġu mill-operazzjoni tal-bastiment li jistgħu jkunu jiġu kklasifikati bħala sustanzi perikolużi jew skart

GC050

 

katalizzaturi eżawriti likwidi ta' cracking (FCC) katalittiku (e.ż.: ossidu ta' l-aluminju, żeoliti)

Skart tal-Ħġieġ f'forma mhux dispersibbli

GE020

ex ex 7001

ex ex 701939

Skart tal-fibri tal-ħġieġ

Skart taċ-ċeramika f'forma mhux dispersibbli

GF010

 

Skart taċ-ċeramika li jinħaraq wara li jingħata l-forma, inkluż kontenituri taċ-ċeramika (qabel u/jew wara użu)

Skart Ieħor li fil-Biċċa l-Kbira jkun jikkonsisti f'Kostitwenti mhux Organiċi, li jista' jkun fihom Metalli u Materjal Organiċi

GG030

ex ex 2621

Irmied tal-qiegħ u fdal minn metall imdewweb minn xi strument minn impjanti li jitħaddmu bil-faħam

GG040

ex ex 2621

Irmied li jtir minn impjanti li jitħaddmu bil-faħam

Solid Plastik Skart

GH013

391530

ex ex 390410 —40

Polimeri tal-kloru ta' vinil

Skart li jiġi mill-kunżatura u operazzjonijiet ta' Negozju fil-ġlud ta' l-annimali u l-użu ta' Ġilda

GN010

ex ex 050200

Skart tal-lanżiti tal-ħnieżer, tal-hogs jew tal-ħnieżer slavaġġ, jew xagħar tal-baġer u xagħar ieħor li minnhom isiru l-broxkijiet

GN020

ex ex 050300

Skart tax-xagħar taż-żiemel, kemm jekk jitpoġġa f'saffa kemm bi jew mingħajr materjal ieħor li jirfdu

GN030

ex ex 050590

Skart ta' ġlud u partijiet oħra ta' l-agħsafar, bi jew mingħajr ir-rix tagħhom u partijiet mir-rix (kemm jekk ikollhom it-truf maqtugħ) u l-isfel, mhux aktar imħaddma milli mnaddfa, diżinfettati u trattati għall-preservazzjoni


(1)  Din il-lista toriġina mid-Deċiżjoni ta' l-OECD, Appendiċi 3.

(2)  L-Anness IX tal-Konvenzjoni ta' Basel jinsab f'dan ir-Regolament fl-Anness V, Parti 1, Lista B.

(3)  “Oġġetti li ma jixterdux” ma jinkludix kwalunkwe skart fil-forma ta' trab, tajn oħxon mibdul, trab ieħor jew oġġetti solidi li jkun fihom skart ta' likwidi perikoluż.

ANNESS IIIA

TAĦLITIET TA' ŻEWĠ TIPI JEW AKTAR TA' SKART ELENKATI FL-ANNESS III U MHUX KLASSIFIKATI TAĦT ENTRATA WAĦDA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)

ANNESS IIIB

SKART ADDIZZJONALI ELENKAT BĦALA AĦDAR LI JISTENNA LI JIĠI INKLUŻ FL- ANNESSI RELEVANTI MAL-KONVENZJONI TA' BASEL JEW MAD-DEĊIŻJONI TA' L-OECD KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 58(1)(B)


ANNESS IV

LISTA TA' TIPI TA' SKART SUĠĠETTI GĦALL-PROĊEDURA TA' NOTIFIKA U TA' KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (SKART ELENKAT BĦALA “AMBRU”) (1)

Parti I:

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel:

It-tipi ta' skart elenkati fl-Annessi II u VIII tal-Konvenzjoni ta' Basel (2).

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

Kwalunkwe riferiment għall-lista B fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta' Basel għandu jinftiehem bħala riferiment għall-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(b)

Fl-entrata A1010 tal-klassifikazzjoni ta' Basel, l-espressjoni “barra dak l-iskart speċifikament imniżżel fil-lista B (Anness IX)” hija riferiment kemm għall-entrata B1020 tal-klassifikazzjoni ta' Basel kif ukoll għan-nota dwar l-entrata B1020 fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, Parti I (b).

(ċ)

L-entrati A1180 u B2060 tal-klassifikazzjoni ta' Basel ma japplikawx u minflok japplikaw l-entrati ta' l-OECD GC010, GC020 u GG040 fl-Anness III, it-II Parti fejn ikun xieraq.

(d)

L-entrata A4050 tal-klassifikazzjoni ta' Basel tinkludi potlinings eżawriti mit-tisħin u t-tidwib ta' minerali sabiex jinkiseb minnu l-aluminju għaliex dawn fihom ċjanur mhux organiku Y33. Jekk iċ-ċjanur ikun inqered, potlinings eżawriti jiġu assenjati għall-entrata AB120 tal-Parti II għaliex ikun fihom Y32, taħlitiet tal-flworin mhux organiċi minbarra flworidu ta' kalċju.

PartI II:

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom wkoll ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel:

Skart li fih il-metall

AA010

261900

Ħmieġ tal-metalli, scalings u skart ieħor mill-manifatura tal-ħadid u l-ażżar (3)

AA060

262050

Irmied u fdalijiet tal-vanadju (3)

AA190

810420 ex ex 810430

L-iskart tal-manjesju u ruttam li jieħu n-nar, piroforiku jew li jitfa', meta jmiss ma' l-ilma, gassijiet li jieħdu n-nar fi kwantitajiet perikolużi

Skart li fih prinċipalment kostitwenti inorganiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali organiċi

AB030

 

Skart minn sistemi mhux ibbażati fuq ċjanur oriġinat mit-trattament tal-wiċċ tal-metalli

AB070

 

Ramel użat f'operazzjonijiet ta' funderija

AB120

ex ex 281290 ex ex 3824

Taħlitiet ta' alid mhux organiċi, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor

AB130

 

Frak ta' l-ibblastjar eżawrit

AB150

ex ex 382490

Sulfit ta' kalċju mhux raffinat u sulfat ta' kalċju oriġinati mill-proċess ta' flue gas desulphurisation (FGD)

Skart li fih prinċipalment kostitwenti organiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali inorganiċi

AC060

ex ex 381900

Fluwidi Idrawliċi

AC070

ex ex 381900

Fluwidi tal-Brejkijiet

AC080

ex ex 382000

Fluwidi anti-konġelanti

AC150

 

Chlorofluorocarbons

AC160

 

kull wieħed mis-sustanzi imżewqa gassużi tal-karbonju, bromin u aloġeni oħra użati għat-tifi tan-nar

AC170

ex ex 440310

Skart tas-sufra ttratat u ta' l-injam

AC250

 

Elementi attivi tal-wiċċ (surfactants)

AC260

ex ex 3101

Demel likwidu tal-ħnieżer; ħmieġ

AC270

 

Tajn tad-drenaġġ

Skart li jista' jkun fih kostitwenti organiċi jew inorganiċi

AD090

ex ex 382490

Skart mill-produzzjoni, formulazzjoni u użu ta' kimiċi reprografiċi u fotografiċi u materjal mhux imniżżel jew inkluż x'imkien ieħor

AD100

 

Skart minn sistemi mhux ibbażati fuq iċ-ċjanur li jitilgħu minn trattament tal-wiċċ tal-plastik

AD120

ex ex 391400 ex ex 3915

Raża li jbiddlu l-jone

AD150

 

Materjal organiku li jsir b'mod naturali użat bħala mezz ta' filtru (bħall bio-filtri)

Skart li fih prinċipalment kostitwenti inorganiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali organiċi

RB020

ex ex 6815

Fibri b'bażi taċ-ċeramika b'karatteristiċi fiżiko kimiċi simili għal dawk ta' l-asbestos


(1)  Din il-lista toriġina mid-Deċiżjoni ta' l-OECD, Appendiċi 4.

(2)  L-Anness VIII mal-Konvenzjoni ta' Basel huwa mniżżel f'dan ir-Regolament fl-Anness V, Parti I, Lista A. L-Anness II mal-Konvenzjoni ta' Basel fih dawn l-entrati li ġejjin:

Skart Y 46 miġbur mid-djar ħlief jekk ikun ikklasifikat kif jixraq taħt entrata waħda fl-Anness III.

Fdalijiet Y 47 ġejjin minn ħruq ta' skart ta' djar residenzjali.

(3)  Din il-lista tinkludi l-iskart f'forma ta' irmied, residwi, fdal li jibqa' minn metall imdewweb, ħmieġ tal-metalli, fdalijiet oħra, scaling, trab, tajn oħxon mibdul u magħqud, ħlief jekk xi materjal ikun espressament elenkat x'imkien ieħor.

ANNESS IVA

SKART ELENKAT FL-ANNESS III IŻDA SUĠĠETT GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (ARTIKOLU 3(3))


ANNESS V

SKART SUĠĠETT GĦALL-PROJBIZZJONI TA' ESPORTAZZJONI FL-ARTIKOLU 36

NOTI TA' INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 91/689/KEE u 2006/12/KE.

2.

Dan l-Anness jikkonsisti fi tliet partijiet, li l-partijiet 2 u 3 tiegħu japplikaw biss meta l-Parti 1 ma tapplikax. Konsegwentament, sabiex jiġi determinat jekk skart speċifiku huwiex elenkat f'dan l-Anness, għandu jsir kontroll inizjali sabiex jiġi żgurat jekk l-iskart huwiex elenkat fil-parti 1 ta' dan l-Anness, u jekk dan ma jkunx il-każ, jekk huwiex elenkat fil-parti 2, u jekk dan mhux il-każ, jekk huwiex elenkat fil-parti 3.

Il-parti 1 hija maqsuma f'żewġ sub taqsimiet: tipi ta' skart tal-Lista A li huma klassifikati bħala perikolużi mill-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni ta' Basel, u għaldaqstant jaqaw taħt il-projbizzjoni ta' esportazzjoni, u tipi ta' skart tal-Lista B li ma jaqawx taħt l-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni ta' Basel u għaldaqstant ma jaqawx taħt il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni.

Għaldaqstant, jekk xi skart ikun elenkat fil-parti 1, għandu jsir kontroll sabiex jiġi determinat jekk huwiex elenkat fil-Lista A jew fil-Lista B. Huwa biss meta skart ma jkunx elenkat fil-Lista A jew fil-Lista B tal-parti 1 li għandu jsir kontroll sabiex jiġi determinat jekk huwiex elenkat fost l-iskart perikoluż elenkat fil-parti 2 (i.e. tipi ta' skart immarkati b'asterisk) jew fil-parti 3, u jekk dan ikun il-każ, ikun jaqa' taħt il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni.

3.

Tipi ta' skart elenkati fil-Lista B tal-parti 1 jew li jkunu fost it-tipi ta' skart li mhumiex perikoluż elenkati fil-parti 2 (i.e. tipi ta' skart mhux immarkati b'asterisk) jaqgħu taħt il-projbizzjoni ta' esportazzjoni jekk ikunu kontaminati b'materjal ieħor sal-punt li

(a)

jiżdiedu r-riskji assoċjati ma' l-iskart b'mod biżżejjed li jkun xieraq li jiġi sottopost għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi perikolużi mniżżla fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE; jew

(b)

li jiġi impedit l-irkupru ta' l-iskart b'mod ambjentalment san.

PARTI 1 (1)

Lista A (Anness VIII mal-Konvenzjoni ta' Basel)

A1   METALL U SKART LI FIH IL-METALL

A1010

Skart ta' metall u skart li jikkonsisti f'ligi ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Antimonju

Arseniku

Berillju

Kadmju

Ċomb

Merkurju

Selenju

Tellurju

Tallju

iżda esklużi dawk it-tipi ta' iskart speċifikament elenkati fil-lista B.

A1020

Skart li għandu bħala kostitwenti jew kontaminanti, barra skart ta' metall f'forma massiva, xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Antimonju; komposti ta'Antimonju

Berillju; komposti ta' Berillju

Kadmju; komposti ta' Kadmju

Ċomb; komposti ta' Ċomb

Selenju; komposti ta' Selenju

Tellurju; komposti ta' Tellurju

A1030

Skart li għandu bħala kostitwenti jew kontaminanti xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Arseniku; komposti ta' Arseniku

Merkurju; komposti ta' Merkurju

Tallju; komposti ta' Tallju

A1040

Karbonilli ta' metall

komposti ta'

kromju eżavalenti

A1050

Tjajn galvaniku

A1060

Skart ta' sustanzi maħlula mit-tindif tal-metalli bl-aċidu

A1070

Fdalijiet li għaddew mill-ipproċessar taż-żingu, trab u tajn bħal ġarosite, hematite, eċċ.

A1080

Skart tal-fdalijiet taż-żingu mhux inklużi fil-lista B, li jkun fihom ċomb u kadmju f'konċentrazzjonijiet biżżejjed sabiex juri l-karatteristiċi msemmija fl-Anness III

A1090

Irmid mill-ħruq ta' wajer tar-ram inżulat

A1100

Trab u fdalijiet minn sistemi ta' tindif tal-gass ta' funderiji tar-ram

A1110

Soluzzjonijiet elettroliktiċi moħbija minn elettroraffinar tar-ram u operazzjonijiet ta' electrowinning

A1120

Tajn skart, minbarra tajn anodiċi, minn sistemi ta' purifikazzjoni ta' elettroliti fl-elettroraffinar ta' ram u operazzjonijiet ta' electrowinning

A1130

Soluzzjonijiet ta' inċiżjoni eżawriti li jkun fihom ram maħlul

A1140

Katalizzaturi wżati ta' kloru kupriku u ram ċjanur

A1150

Irmied ta' metall prezzjuż mill-ħruq ta' bordijiet ta' ċirkuwiti stampati mhux imdaħħla fil-lista B 1 (2)

A1160

Batteriji skart bl-aċidu u ċ-ċomb, sħaħ jew mgħaffġa

A1170

Batteriji skart u mhux magħżula minbarra taħlitiet ta' batteriji fil-lista B. Batteriji skart mhux speċifikati fil-lista B li fihom kostitwenti ta' l-Anness I sal-punt li jagħmilhom perikolużi.

A1180

Armar elettriku u elettroniku skart jew ruttam (3) li jkun fih komponenti bħall-akkumulaturi u batteriji oħra mdaħħla fil-lista A, swiċċijet tal-merkurju, ħġieġ minn cathode-ray tubes u ħġieġ attivat ieħor u kapaċitaturi ta' PCB, jew kontaminati bil-kostitwenti fl-Anness I (e.ż. kadmju, merkurju, ċomb, bifenil poliklorinat) sal-punt li jkun fihom kwalunkwe karatteristiċi msemmija fl-Anness III (ara l-entrata fil-lista B, B1110) (4)

A1190

Fili tal-metall għar-rimi, miksija jew insulati bil-plastiku, li jkollhom fihom jew li jkunu mniġġsa bil-qatran tal-faħam, bil-PCB (5), biċ-ċomb, bil-kadmju, b'komposti organo-aloġeni oħra jew b'kostitwenti oħra ta' l-Anness I, sal-punt li jkunu jesibixxu karatteristiċi ta' l-Anness III.

A2   SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI INORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIHOM METALLI U MATERJALI ORGANIĊI

A2010

Ħġieġ skart minn cathode-ray tubes u ħġejjeġ attivati oħra

A2020

Skart ta' komposti inorganiċi ta' flworin f'forma ta' likwidi jew tajn imma mhux dak l-iskart imsemmi fil-lista B

A2030

Katalizzaturi wżati imma mhux dak l-iskart speċifikat fil-lista B

A2040

Ġibs skart li jiġi minn proċessi kimiċi industrijali, meta jkun fih il-kostitwenti msemmija fl-Anness I sal-punt li juri l-karatteristiċi perikolużi msemmija fl-Anness III (ara l-entrata relatata fil-lista B, B2080)

A2060

Irmied li jtir minn impjanti li jitħaddmu bin-nar tal-faħam li jkun fihom is-sustanzi imsemmija fl-Anness I f'konċentrazzjonijiet biżżejjed sabiex juru l-karatteristiċi imsemmija fl-Anness III (ara l-entrata relatata fil-lista B, B2050)

A2050

Asbestos skart (trab u fibri)

A3   SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI ORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIHOM METALLI U MATERJALI INORGANIĊI

A3010

Skart mill-produzzjoni u l-ipproċessar ta' kokk ta' żejt mhux raffinat u qatran

A3020

Żjut minerali mormija li ma jkunux adattati għall-użu intiż oriġinarjament tagħhom

A3030

Skart li jkun fih, jikkonsisti fi jew li huwa kkontaminat bit-tajn imħallat bl-anti-knock biċ-ċomb

A3040

Skart ta' Fluwidi termali (trasferiment ta' l-isħana)

A3050

Skart mill-produzzjoni, l-formulazzjoni u l-użu ta'raża, lattiċe, sustanzi sabiex taħdem il-plastik, kolla/sustanzi li jwaħħlu minbarra dak l-iskart imsemmi fil-lista B (ara l-entrata fil-lista B, B4020)

A3060

Skart ta' nitroċellulose

A3070

Aċidu karboliku u komposti ta' aċidu karboliku skart li jinkludi aċidu karboliku fil-forma ta' likwidi jew tajn

A3080

Skart ta' eteri li ma jinkludix dawk speċifikati fil-lista B

A3090

Trab tal-ġilda, irmied, tajn u trab irqieq skart meta jkun fihom komposti ta' kromju eżavalenti jew bioċidi (ara l-entrata relatata fil-lista B, B3100)

A3100

Skart ta' bċejjeċ maqtugħin u skart ieħor li ġej mill-ġilda jew minn kompożizzjoni tal-ġilda mhux adattat għall-immanifaturar ta' oġġetti tal-ġilda li jkun fihom komposti ta' kromju eżavalenti jew bioċidi (Ara l-entrata relatata fil-lista B, B3090)

A3110

Skart tan-negozju fil-ġlud ta' l-annimali li jkun fih komposti ta' kromju eżavalenti jew bioċidi jew sustanzi infettivi (Ara l-entrata relatata fil-lista B, B3110)

A3120

Tentix – frazzjoni ħafifa mit-tħakkik

A3130

Skart ta' komposti ta' fosfru organiku

A3140

Skart ta' solventi organiċi mhux aloġenati imma jeskludu dak l-iskart speċifikat fil-lista B

A3150

Solventi aloġenati organiċi eżawriti

A3160

Skart ta' fdalijiet ta' distillazzjoni mhux maħlula aloġenati jew mhux aloġenati li jiġu minn operazzjonijiet ta' ġbir mill-ġdid ta' solventi organiċi

A3170

Skart li jiġi mill-produzzjoni ta' idrokarboni aloġenat alifatiku (bħal klorometanu, dikloro-etanu, kloru ta' vinil, kloru ta' vinilidene, kloru ta' allyl u epichlorhydrin)

A3180

Skart, sustanzi u oġġetti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li huwa kkontaminati bil-bifenil (BPK), terfenil poliklorinat (TPK), naftalina poliklorinat (NPK) jew bifenil polibrominat(BPB), jew kwalunkwe analogi polibrominati oħra ta' dawn it-komposti, b'livell ta' konċentrazzjoni ta' 50 mg/kg jew iżjed (6).

A3190

Fdalijiet ta' skart imċappas bil-qatran (minbarra siment ta' l-asfalt) li jiġu minn raffinar, distillazzjoni jew kwalunkwe trattament pirolitiku ieħor ta' materjali organiċi

A3200

Materjal mill-qatran (skart ta' asfalt) mill-kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq, li fihom il-qatran (Ara l-entrata relatata fil-lista B, B2130)

A4   SKART LI JISTA' JKUN FIH KOSTITWENTI JEW INORGANIĊI JEW ORGANIĊI

A4010

Skart mill-produzzjoni, preparazzjoni u użu ta' prodotti farmaċewtiċi imma li ma jinkludix dak l-iskart imniżżel fil-lista B

A4020

Skart kliniku u relatat miegħu; jiġifieri skart li jiġi minn prattiċi mediċi, infermerija, dentali, veterinarji, jew prattiċi simili, u skart iġġenerat fi sptarijiet jew faċilitajiet oħra waqt l-investigazzjoni jew trattament tal-pazjenti, jew proġetti ta' riċerka.

A4030

Skart mill-produzzjoni, formulazzjoni u użu ta' bioċidi u fitofarmaċewtiċi, li jinkludu skart ta' pestiċidi u ħerbiċidi li huma barra mill-ispeċifikazzjoni, li jkun għadda żmienu (7), jew mhux addattat għall-użu oriġinali intiż

A4040

Skart mill-manifattura, l-formulazzjoni u l-użu ta' kimiċi li jippreżervaw l-injam (8).

A4050

Skart li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li huwa kkontaminati bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

Ċjanuri inorganiċi, minbarra fdalijiet f'forma solida li jkun fihom metall prezzjuż u li jkun fihom traċċi ta' ċjanuri inorganiċi

Ċjanuri organiċi

A4060

Skart ta' żjut/ilma, taħlitiet ta' idrokarboni u ilma, emulsjonijiet

A4070

Skart mill-produzzjoni, l-formulazzjoni u l-użu tal-linka, kuluri, pigmenti, żebgħa, ġapan, verniċ li jeskludi kwalunkwe skart imniżżel fil-lista B (ara l-entrata relatata fil-lista B, B4010)

A4080

Skart ta' natura splussiva (imma li jeskludi kwalunkwe skart ieħor imniżżel fil-lista B)

A4090

Skart ta' soluzzjonijiet aċidużi jew basiċi, minbarra dawk li huma speċifikati fl-entrata li tikkorispondi fil-lista B (ara l-entrata relatata fil-lista B, B2120)

A4100

Skart minn apparat industrijali ta' kontroll ta' tniġġiz għat-tindif ta' gassijiet industrijali li joħorġu imma li jeskludu kwalunkwe skart ieħor imniżżel fil-lista B

A4110

Skart li jkun fih, li jikkonsisti minn jew li huwa kkontaminati bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

Kwalunkwe konġeneru ta' dibenzo-fêran poliklorinat

Kwalunkwe konġeneru ta' dibenzo-dioxin poliklorinat

A4120

Skart li jkun fih, li jikkonsisti minn jew li huwa kkontaminat bil-perossidus

A4130

Skart f'pakketti u kontenituri li fihom is-sustanzi ta' l-Anness I f'konċentrazzjonijiet biżżejjed li juru karatteristiċi ta' perikolu ta' l-Anness III

A4140

Skart li jikkonsisti fi jew li jkun fih kimiċi barra mill-ispeċifikazzjoni, li jkun għadda żmienu (9) li jikkorrispondu ma' kategoriji ta' l-Anness I li juru karatteristiċi ta' perikolu ta' Anness III

A4150

Skart ta' sustanzi kimiċi li jiġu minn attivitajiet ta'riċerka u żvilupp jew tagħlim li mhumiex identifikati u/jew li huma ġodda u li l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent m'humiex magħrufa

A4160

Karbonju attivat eżawrit mhux inkluż fil-lista B (ara l-entrata relatata fil-lista B, B2060)

Lista B (Anness IX għall-Konvenzjoni ta' Basel)

B1   METALL U SKART LI FIH IL-METALL

B1010

Metall u skart ta' liga tal-metall f'forma metallika, mhux dispersibbli:

Metalli Prezzjużi (deheb, fidda, il-grupp tal-platinu, imma mhux merkurju)

Ruttam tal-ħadid u l-Azzar

Ruttam tar-Ram

Ruttam tan-Nîkil

Ruttam ta' l-Alluminju

Ruttam taż-Żingu

Ruttam tal-Landa

Ruttam tat-Tungstenu

Ruttam tal-Molibdenu

Ruttam tat-Tantalu

Ruttam tal-Manjesju

Ruttam tal-Kobalt

Ruttam tal-Bismut

Ruttam tat-Titanju

Ruttam taż-Żirkonju

Ruttam tal-Manganiż

Ruttam tal-Ġermanju

Ruttam tal-Vanadju

Ruttam tal-Ħafnju, Indju, Niobju, Renju u Gallju

Ruttam tat-Torju

Ruttam tal-membri tal-grupp ta' elementi metalliċi rari

Ruttam tal-Kromju

B1020

Ruttam ta' metall nadif u mhux kontaminat, li jinkludi ligi, f'forma lesta ta' massa (folja, plakka, twavel, lasti, eċċ):

Ruttam ta' l-Antimonju

Ruttam tal-Berillju

Ruttam tal-Kadmju

Ruttam tal-Ċomb (imma li jeskludi batteriji ta' aċidu ta' ċomb)

Ruttam tas-Selenju