EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0575
Commission Regulation (EC) No 575/2006 of 7 April 2006 amending Regulation (EC) No 178/2002 of the European Parliament and of the Council as regards the number and names of the permanent Scientific Panels of the European Food Safety Authority
575/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 tas- 7 ta’ April 2006 li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-gruppi xjentifiċi permanenti ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel
575/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 tas- 7 ta’ April 2006 li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-gruppi xjentifiċi permanenti ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel
OJ L 100, 8.4.2006, p. 3–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M, 28.11.2006, p. 332–332
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 015 P. 271 - 271
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 015 P. 271 - 271
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 020 P. 28 - 28
In force
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
332 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 575/2006
tas-7 ta’ April 2006
li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-gruppi xjentifiċi permanenti ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 28(4) tiegħu, it-tieni inċiż,
Billi:
(1) |
Il-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti hija fattur essenzjali tas-sikurezza tal-katina alimentari u l-iżviluppi ta' dan l-aħħar iġibu magħhom żieda fil-għadd ta' l-evalwazzjonijiet xjentifiċi tar-riskji ħas-saħħa tal-pjanti. |
(2) |
L-għarfien espert li huwa disponibbli fil-preżent fi ħdan il-grupp xjentifiku ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel, li hija responsabbli għall-ħruġ ta' opinjonijiet f'dak li jirrigwarda s-sikurezza tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti farmakoloġiċi għall-pjanti u r-residwi tagħhom, ma jippermettix li l-evalwazzjonijiet xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti jsiru ħlief ximindaqqiet u b'mod limitat. Minħabba f'hekk, sabiex tkun tista' tilqa' għaż-żieda fid-domanda għal opinjonijiet xjentifiċi rigward is-saħħa tal-pjanti, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel għaddiet lill-Kummissjoni talba formali għall-istabbiliment ta' grupp xjentifiku permanenti ġdid li jgħaqqad fih firxa wiesgħa ta' għarfien espert fl-oqsma differenti li jirrigwardaw is-saħħa tal-pjanti, bħall-etimoloġija, il-mikoloġija, il-viroloġija, il-batterjoloġija, il-botanika, l-agronomija, il-kwarantina tal-pjanti, u l-epidemjoloġija tal-mard tal-pjanti. |
(3) |
L-isem tal-“grupp tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti farmakoloġiċi għall-pjanti u tar-residwi tagħhom” għandu jinbidel, fil-kunsiderazzjoni tal-ħolqien ta' grupp xjentifiku supplementari dwar is-saħħa tal-pjanti. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu jiġi emendat; |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:
1) |
il-punt c) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
|
2) |
il-punt i) li ġej għandu jiġi miżjud:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fi-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-7 ta’ April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31 tat-2.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).