EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0199

199/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2006 tat- 3 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel fir-rigward tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 32, 4.2.2006, p. 34–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M, 28.11.2006, p. 92–96 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 015 P. 207 - 211
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 015 P. 207 - 211

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/199/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

92


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 199/2006

tat-3 ta’ Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel fir-rigward tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi il-proċeduri tal-Komunita’ għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (2) jiffissa l-livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw l-oġġetti ta’ l-ikel.

(2)

“Id-dijossini” kif jissemmew f’ dan ir-Regolament ikopru grupp ta’ konġeneri tas- 75 polychlorinated dibenzo-p-dioxin (“PCDD”) u konġeneri tal-135 polychlorinated dibenzofuran (“PCDF”), li minnhom 17 huma ta' importanza tossikoloġika. Il-Polychlorinated biphenyls (“PCBs”) huma grupp ta’ 209 konġeneri differenti li huma mqassma fi żewġ gruppi skond il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: numru żgħir għandhom karatteristiċi tossikoloġiċi li huma simili għad-dijossini u għalhekk ħafna drabi jissemmew bħala “PCBs li jixbħu lid-dijossini”. Il-maġġoranza ma jurux tossiċità simili għal tad-dijossini iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti.

(3)

Kull konġeneru tad-dijossina jew tal-PCB s li jixbħu lid-dijossini għandhom livell differenti ta’ tossiċità. Sabiex tista’ tingħadd it-tossiċità ta’ dawn il-konġeneri differenti, il-kunċett tal-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità (“TEFs”) ġie introdott biex jiffaċilita l-assessjar tar-riskji u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi relatati mal-konġeneri individwali kollha tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossina li huma ta’ importanza tossikoloġika huma espressi f’ termini ta’ unità kwantifikabbli, jiġifieri “l-ekwivalenza tossika TCDD” (TEQ).

(4)

Fit-30 ta’ Mejju 2001 il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel (SCF) adotta Opinjoni dwar l-Assessjar tar-Riskji tad-Dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-Dijossini fl-Ikel, fejn aġġornaw l-Opinjoni tagħhom fuq dan is-suġġett fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika ġdida li kienet saret disponibbli mill-adozzjoni ta’ din ta’ l-aħħar (3). L-SCF iffissaw konsum tollerabbli għal perjodu ta’ ġimgħa (“TWI”) ta’ 14 pg WHO-TEQ/kg ta’ piż tal-ġisem għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini. Stima ta’ l-esponiment tindika li parti konsiderevoli tal-popolazzjoni Komunitarja għanha konsum fid-dieta ogħla mit-TWI. Ċerti gruppi ta’ popolazzjonijiet f’ xi pajjiżi jistgħu ikunu f’riskju akbar minħabba ċerti użanzi partikolari fid-dieta tagħhom.

(5)

Minn aspett tossikoloġiku, kull livell stipolat għandu japplika għad-dijossini u għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini, iżda fl-2001 livelli massimi ġew stipolati għad-dijossini biss u mhux għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini, bil-konsidrazzjoni tad-data limitata ħafna f’dak iż-żmien dwar il-prevalenza tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini. Fl-istess ħin, saret disponibbli iktar data dwar il-preżenza tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

(6)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 466/2001, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dijossini fid-dawl tad-data l-ġdida dwar il-preżenza tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini, b' mod partikolari bil-viżjoni għall-inklużjoni tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-livelli li għandhom jiġu stipolati.

(7)

L-operaturi kollha tal-katina ta’ l-ikel u ta’ l-għalf għandhom ikomplu bl-isforzi possibbli u jagħmlu kull ma huwa meħtieġ biex jillimitaw id-dijossini u l-PCBs preżenti fl-għalf u fl-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 jistipola kif xieraq li l-livelli massimi applikabbli għandhom għalhekk jerġgħu jiġu riveduti sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 bil-għan ta’ tnaqqis sinifikanti tal-livelli massimi u possibilment l-istipolar tal-livelli massimi għal oġġetti ta’ l-ikel oħrajn. Fid-dawl taż-żmien meħtieġ għall-ksib ta’ biżżejjed data ta’ monitoraġġ għad-determinazzjoni ta' livelli daqstant iktar baxxi, il-limitu taż-żmien għandu jiġi estiż.

(8)

Huwa propost li l-livelli massismi jiġu stipolati għat-total tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini li huma espressi bħala ekwivalenzi ta’ tossiċità skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), permezz tat-TEFs tal-WHO billi dan huwa l-approċċ l-iktar xieraq minn aspett tossikoloġiku. Sabiex tkun aċċertata tranżizzjoni mingħajr tfixkil, il-livelli massimi eżistenti għad-dijossini għandhom jinżammu applikabbli għall-perjodu ta’ tranżizzjoni flimkien ma’ livelli ġoddi stipolati għad-dijossini u għall-PCBs li jixbħu d-dijossini. L-oġġetti ta’ l-ikel li huma indikati fis-sezzjoni 5 ta' l-Anness I għandhom ikunu f' konformità għal dak il-perjodu mal-livelli massimi tad-dijossini u mal-livelli massimi tat-total tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini. Ser tingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 lill-għotja ta’ livelli massimi separati għad-dijossini.

(9)

Huwa wkoll ta’ importanza ewlenija li r-riżultati analitici jiġu rrappurtati u interpretati b’mod uniformi sabiex ikun żgurat metodu ta’ infurzar armonizzat fil-Komunità kollha. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE tat-30 ta’ Lulju 2002 li tistipola l-metodi ta’ ksib tal-kampjuni u l-metodi ta’ l-analiżi għall-kontrolli uffiċjali tad-dijossini u l-ksib tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini li jinsabu fl-oġġetti ta’ l-ikel (4) tipprevedi li ħafna minnhom għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux f’ konformità mal-livell massimu stabbilit jekk ir-riżultat analitiku li huwa kkonfermat minn analiżi doppja u kkalkulat bħala l-medja ta’ mill-inqas żewġ kisbiet separati huwa, mingħajr ebda dubju, ogħla mil-livell massimu jekk titqies l-inċertezza fil-kejl. Hemm possibiltajiet differenti għall-istima ta’ l-inċertezzi miżjuda (5).

(10)

Sabiex ikun inkuraġġat approċċ proattiv fit-tnaqqis tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel u fl-għalf, livelli ta’ azzjoni ġew stipolati mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini, l-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta’ l-għalf u fl-oġġetti ta’ l-ikel (6). Il-livelli ta’ azzjoni huma mezz għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn huwa xieraq li jiġu identifikati s-sorsi tal-kontaminazzjoni u jittieħdu miżuri għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tagħhom. Billi s-sorsi tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini huma differenti, huwa xieraq li jiġu ddeterminati livelli ta’ azzjoni differenti għad-dijossini minn naħa waħda u għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini minn naħa l-oħra. Ir-Rakkomandazzjoni 2002/201/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(11)

Ingħataw derogi lill-Finlandja u l-Iżvezja biex iqiegħdu fis-suq ħut li joriġina mir-reġjun Baltiku u li huwa intenzjonat għall-konsum fit-territorju li għandu livelli ta’ dijossini ogħla minn dawk stipolati fil-punt 5.2 tas-sezzjoni 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 466/2001. Dawk l-Istati Membri laħqu l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-provvista ta’ l-informazzjoni lill-konsumatur dwar rakkomandazzjonijiet fid-dieta. Kull sena huma kkomunikaw ir-riżultati tal-livelli ta’ monitoraġġ tad-dijossini fil-ħut mir-reġjun Baltiku lill-Kummissjoni u rrappurtaw dwar il-miżuri ta’ tnaqqis ta’ esponiment għad-dijossini mir-reġjun Baltiku.

(12)

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-livelli tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini li saru fil-Finlandja u fl-Iżvezja, il-perjodu ta’ tranżizzjoni li fih id-derogi mogħtija lil dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw gġandhom jiġu estiżi, iżda dawk id-derogi għandhom ikunu limitati għal ċerti speċi ta’ ħut. Dawk id-derogi japplikaw għal-livelli massimi tad-dijossini u l-livelli massimi tat-total tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini stipolati fil-punt 5.2 tas-sezzjoni 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 466/2001.

(13)

It-tnaqqis ta’ l-esponiment tal-bniedem għad-dijossini u lill-PCBs li jixbħu lid-dijossini permezz ta’ konsum ta’ l-ikel huwa importanti u meħtieġ għall-aċċertament tal-protezzjoni tal-konsumatur. Billi l-kontaminazzjoni ta’ l-ikel hija konnessa direttament mal-kontaminazzjoni ta’ l-għalf, approċċ integrat għandu jiġi adottat biex titnaqqas l-inċidenza tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-katina alimentari, jiġifieri minn materjali ta’ l-għalf permezz ta’ annimali li jipproduċu l-ikel sal-bniedem. Għandu jissegwa approċċ proattiv sabiex jitnaqqsu b’ mod attiv id-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-għalf u fl-ikel u konsegwentament il-livelli massimi applikabbli għandhom jiġu riveduti f’perjodu ta’ żmien definit bil-għan li jiġu stipolati livelli iktar baxxi. Għalhekk ser jitqies sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 it-tnaqqis b’ mod sinifikanti l-livelli massimi tas-totali tad-disjossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

(14)

L-operaturi għandhom jagħmlu sforzi li jrażżnu l-kapaċità tagħhom effettivament biex jeliminaw id-dijossini, il-furani u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini miż-żejt tal-baħar. Il-livell aktar baxx b'mod sinifikanti li għandu jitqies sal-31 ta’ Diċembru 2008, għandu jkun ibbażat fuq il-possibiltajiet tekniċi tal-proċeduri ta’ dekontaminazzjoni l-iktar effettivi.

(15)

Fir-rigward ta’ l-istabbiliment tal-livelli massimi għal oġġetti ta’ l-ikel oħrajn sal-31 ta’ Diċembru 2008, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġu stipolati livelli massimi ta’ dijossini u ta’ PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar fid-dawl tad-data ta’ monitoraġġ miksuba permezz tal-programmi ta’ l-2005, l-2006 u l-2007 għall-monitoraġġ tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(17)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Paragrafu 1a jinbidel b’dan li ġej:

“1a.   Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, il-Finlandja u l-Isvezja hum awtorizzati, għal perijodu ta' transizzjoni estiż sal-31 ta' Diċembru 2011, biex iqiegħdu fis-suq tagħhom salamun (Salmo salar), aringi (Clupea harengus), qalfat tax-xmajjar (Lampetra fluviatilis), troti (Salmo trutta), char (Salvelinus spp) u r-roe of Vendace (Coregonus albula) li joriġinaw mir-reġjun Baltiku u li huma intenzjonati għall-konsum fit-territorju tagħhom bil-livelli tad-dijossini u/jew il-livelli jew it-total tad-dijossini u l-PCB sli jixbħu lid-dijossini hija ogħla minn dawk stipolati fil-punt 5.2 tas-sezzjoni 5 ta’ l-Anness I, bil-kondizzjoni li tiddaħħal fis-seħħ sistema biex taċċerta li l-konsumaturi huma infurmati sew dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta fir-rigward tar-restrizzjonijiet fil-konsum ta' dawn l-ispeċi ta’ ħut mir-reġjun Baltiku minn sezzjonijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħa.

Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-livelli ta’ monitoraġġ tagħhom tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-ħut mir-reġjun Baltiku miksuba fis-sena preċedenti u għandhom jirrappurtaw dwar il-miżuri li ttieħdu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ esponiment tal-bniedem lid-dijossini u l-PCB sli jixbħu lid-dijossini mill-ħut mir-reġjun Baltiku. Il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom ikomplu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jaċċertaw li l-ħut u l-prodotti ta’ ħut li ma jikkonformawx mal-punt 5.2 tas-Sezzjoni 5 ta’ l-Anness I ma jitqegħdux fis-suq fi Stati Membri oħrajn.”

(b)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-livelli massimi speċifikati fl-Anness I għandhom japplikaw għall-parti li tittiekel ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ikkonċernati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’ dak l-Anness.”

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b’ li ġej

“Artikolu 4a

Fir-rigward tad-dijossini u s-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fi prodotti kif jissemmew fis-sezzjoni 5 ta’ l-Anness I, ser ikun ipprojbit li:

(a)

jitħalltu prodotti li jikkonformaw mal-livelli massimi mal-prodotti li jaqbżu dawk il-limiti massimi;

(b)

jintużaw prodotti li ma jikkonformawx mal-livelli massimi bħala ingredjenti fil-manuxaħamtura ta’ oġġetti ta’ l-ikel oħrajn.”

(3)

L-Artikolu 5, paragrafu 3 jitħassar.

(4)

L-Anness I hu emendat b'mod konformi ma’ l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-4 ta’ Novembru 2006.

Fir-rigward tal-livelli massimi għat-total tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini, dan ir-Regolament mhux ser japplika għall-prodotti li kienu tqiegħdu fis-suq qabel il-[disa’ xhur mill-pubblikazzjoni fil-ĠU].skond id-dispożizzjoni applikabbli. Ir-responsabbiltà li jiġi ppruvat meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandha tintrefa mill-operatur kummerċjali dwar l-ikel.

Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1822/2005 (ĠU L 293, tas-9.11.2005 p. 11).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuql-Assessjar tar-Riskju tad-Dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-Dijossini fl-Ikel adopttat fit-30 ta’ Mejju 2001- Aġġornament ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli mill-adozzjoni ta' l-opinjoni SCF tat-22 ta' Novembru 2000 (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scf/out90_en.pdf)

(4)  ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/44/KE tat-13 ta’ April 2004 (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 17)

(5)  Informazzjoni dwar il-mezzi differenti għall-istima ta’ l-inċertezzi fil-kejl u tal-valur ta’ l-inċertezza fil-kejl jistgħu jinkisbu mir-rapport “Rapport dwar ir-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza fil-kejl, il-fattur ta’ l-irkuprar u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-UE dwar l-ikel u l-għalf” - http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf

(6)  ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 69.


ANNESS

Sezzjoni 5 ta' l-Anness I tinbidel b'dan li ġej:

“Taqsima 5.   Dijossini (total ta’ polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) u polychlorinated dibenzofurans (PCDFs), espressi bħala ekwivalenzi ta’ tossiċita ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)permezz tad-WHO-TEFs (toxic equivalency factors, 1997), u t-total tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini (total tal-polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs), polychlorinated dibenzofurans (PCDFs) u polychlorinated biphenyls (PCBs), expressed espressi bħala ekwivalenzi ta’ tossiċità ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)permezz tad-WHO-TEF(toxic equivalency factors, 1997) (1))

Ikel

Livelli massimi

Total tad-dijossini u l-furani (WHO-PCDD/F-TEQ) (*)

Livelli massimi

Total tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini (WHO-PCDD/F-PCB-TEQ) (*)

Metodi ta’ kampjunar u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ l-analiżi

5.1.1.

Laħam u prodotti tal-Laħam (**)

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (****)

-

ta' bhejjem li jixtarru (annimali bovini, nagħaġ)

3,0 pg/g xaħam (***)

4,5 pg/g xaħam (***)

-

ta’ tjur u għasafar selvaġġi imrobbija

2,0 pg/g xaħam (***)

4,0 pg/g xaħam (***)

-

tal-majjal

1,0 pg/g xaħam (***)

1,5 pg/g xaħam (***)

5.1.2.

Fwied u prodotti derivati minn annimali terrestri

6,0 pg/g xaħam (***)

12,0 pg/g xaħam (***)

5.2.

laħam ta’ muskoli ta’ ħut u ta' prodotti tas-sajd u prodotti tagħhom bl-eċċezzjoni tas-sallur (*****)  (******)

4,0 pg/g piż frisk

8,0 pg/g piż frisk

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (****)

-

Laħam tal-muskoli tas-sallur (Anguilla anguilla) u prodotti tagħhom

4,0 pg/g piż frisk

12,0 pg/g fresh weight

5.3.

Ħalib (*******) u prodotti tal-ħalib, inkluż ix-xaħam fil-butir

3,0 pg/g xaħam (***)

6,0 pg/g xaħam (***)

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (****)

5.4.

Tiġieġ u prodotti tal-bajd (********)

3,0 pg/g xaħam (***)

6,0 pg/g xaħam (***)

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (****)

5.5.

Żjut u Xaħmijiet

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (****)

-

Xaħam ta’ l-annimali

 

 

-

minn bhejjem li jixtarru

3,0 pg/g xaħam

4,5 pg/g xaħam

-

ta’ tjur u għasafar selvaġġi imrobbija

2,0 pg/g xaħam

4,0 pg/g xaħam

-

tal-majjal

1,0 pg/g xaħam

1,5 pg/g xaħam

-

xaħmijiet ta’ annimali mħallta

2,0 pg/g xaħam

3,0 pg/g xaħam

-

Xaħmijiet u żjut veġetali

0,75 pg/g xaħam

1,5 pg/g xaħam

-

żejt tal-baħar (żejt tal-ġisem tal-ħut, żejt tal-fwied tal-ħut u żjut ta’ organiżmi marini oħrajn intenzjonati għall-konsum mill-bniedem)

2,0 pg/g xaħam

10,0 pg/g xaħam


(1)  WHO TEFs għall-assessjar tar-riskju fil-bniedem ibbażati fuq konklużjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni dinjija tas-Saħħa minn laqgħa fi Stokkolma, fl-Iżvezja fil-15-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al., (1998) Toxic Equivalency Factors (TEFs) għall-PCBs, PCDDs, PCDFs għall-Bniedem u l-Annimali Selvaġġi. Environmental Health Perspectives, 106(12), 775)

Image Test ta 'immaġni

(*)  Konċentrazzjonijiet li huma eqreb lejn valuri għoljin: Konċentrazzjonijiet li huma eqreb lejn valuri għaljin huma kkalkulati bl-assunzjoni li l-valuri ta’ konġeneri differenti huma taħt il-limitu tal-kwantifikazzjoni huma l-istess daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.

(**)  Laħam minn annimali bovini, nagħaġ, ħnieżer u għasafar selvaġġi imrobbija kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, tat-30.4.2004. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22) iżda mhux inkluża fl-offal li jittiekel kif definit f' dak l-Anness.

(***)  Il-livelli massimi mhumiex applikabbli għall-prodotti ta’ l-ikel li fihom < 1 % xaħam.

(****)  ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/44/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 17).

(*****)  Laħam tal-muskoli tal-ħut u ta’ prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (b), (c), (e) u (f) tal-lista fl-Artikolu1 fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22. Regolament kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Il-livell massimu japplika għall-krostaċeji, li jeskludi il-laħam kannella tal-granċ u r-ras u t-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar li huma simili (Nephropidae u Palinuridae) kif ukoll għall-kefalopodi mingħajr vixxeri.

(******)  Fejn il-ħut huwa intenzjonat li jittiekel sħiħ, bil-livelli massimi applikabbli għall-ħuta sħiħa.

(*******)  Ħalib (ħalib nej, ħalib għall-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq ħalib u ħalib ipproċessat bis-sħana kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(********)  Bajd ta’ tiġieġ u prodotti tal-bajd kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”


Top