EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0124
Commission Directive 2006/124/EC of 5 December 2006 amending Council Directive 92/33/EEC on the marketing of vegetable propagating and planting material other than seed and Council Directive 2002/55/EC on the marketing of vegetable seed (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE tal- 5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE tal- 5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex Test b'rilevanza għaż-ŻEE
OJ L 339, 6.12.2006, p. 12–15
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 314M, 1.12.2007, p. 393–396
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 078 P. 60 - 63
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 078 P. 60 - 63
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 004 P. 208 - 211
In force
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
393 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/124/KE
tal-5 ta' Diċembru 2006
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex
Test b'rilevanza għaż-ŻEE
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 45 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/55/KE ma tinkludix il-ġeneri u l-ispeċi tal-ħxejjex kollha koperti mid-Direttiva 92/33/KEE. Huwa xieraq li jiġi estiż l-iskop tad-Direttiva 2002/55/KE sabiex ikun japplika għall-istess ġeneri u speċi bħad-Direttiva 92/33/KEE. |
(2) |
Id-Direttivi 2002/55/KE u 92/33/KEE ma jinkludux iż-Zea mays L (pop corn jew qamħ ħelu), pjanta li hija mkabbra ħafna f’ċerti Stati Membri ġodda. Huwa xieraq li jiġi estiż l-iskop taż-żewġ Direttivi għaż-Żea mays L. Għalkemm il-qamħirrum, inkluż il-pop corn u l-qamħ ħelu, huwa kklassifikat bħala ċereali taħt il-leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam mal-politika agrikola komuni, iż-żrieragħ għaż-żrigħ tal-qamħ ħelu u l-pop corn għandhom jitressqu għal-leġiżlazzjoni speċifika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ tal-ħxejjex. |
(3) |
Fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għarfien xjentifiku, numru ta' ismijiet botaniċi użati fid-Direttivi 92/33/KEE u 2002/55/KE intwerew li ma kinux korretti jew li kellhom awtentiċità dubjuża. Dawn l-ismijiet għandhom jigu alineati ma' dawk normalment aċċettati internazzjonalment, |
(4) |
Id-Direttivi 92/33/KEE u 2002/55/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u x-Xjenza tal-Foresti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-ġeneri u l-ispeċi elenkati f’Anness II tad-Direttiva 92/33/KEE jinbidlu b’dawk elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-ġeneri u l-ispeċi elenkati fl-Artikolu 2(1)(b) jinbidlu b’dawk elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva. |
(2) |
Punt 3(a) ta' l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Punt 2 ta' l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministtrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-approvazzjoni uffiċjali ta' varjetajiet li jappartjenu għall-Allium cepa L. (grupp aggregatum), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 5 ta' Di ċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1 Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 17).
(2) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).
ANNESS
“Allium cepa L. |
|||
|
Basal Echalion |
||
|
Shallot |
||
Allium fistulosum L. |
Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
||
Allium porrum L. |
Kurrat |
||
Allium sativum L. |
Tewm |
||
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
||
Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. |
Maxxita |
||
Apium graveolens L. |
Tipi Differenti ta’ Karfus |
||
Asparagus officinalis L. |
Asparagu Sfraġ |
||
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi |
||
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla Pastard Brokkli li qed inibbet jew Kalabris Brussels Sprouts Kaboċċa mflefla (savoy) Kaboċċa bajda Kaboċċa ħamra Ġdur |
||
Brassica rapa L. |
Kaboċċa Ċiniża Nevew |
||
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew bżar |
||
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma Indivja tal-werqa lixxa |
||
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra Witloof Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana Ċikwejra industrijali |
||
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
||
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
||
Cucumis sativus L. |
Ħjar Ħjara żgħir |
||
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa aħmar |
||
Cucurbita pepo L. |
Qargħa bagħli jew Zukkini |
||
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ Kardun |
||
Daucus carota L. |
Karrotti Karrotti għall-għalf |
||
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
||
Lactuca sativa L. |
Ħass |
||
Lycopersicon esculentum Mill. |
Tadam |
||
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
||
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
||
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira Fażola li tixxeblek |
||
Pisum sativum L. (partim) |
Piżella mkemmxa Piżella tonda Piżella ħelwa (sugar pea) |
||
Raphanus sativus L. |
Ravanell Ravanell iswed |
||
Rheum rhabarbarum L. |
Rabarbru |
||
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew salsafja sewda; |
||
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
||
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
||
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella |
||
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
||
Zea mays L. (partim) |
Qamħ ħelu Popcorn” |