Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0015

2006/15/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas- 7 ta’ Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 38, 9.2.2006, p. 36–39 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 158–161 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 008 P. 205 - 208
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 008 P. 205 - 208
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 004 P. 270 - 273

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/15/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

158


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/15/KE

tas-7 ta’ Frar 2006

li tistabbilixxi t-tieni lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (1) tas-7 ta’ April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ aġenti kimiċi fuq ix-xogħol, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà, Iġene u l-Ħarsien tas-Saħħa fuq ix-Xogħol,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 98/24/KE, il-Kummissjoni għandha tipproponi t-twaqqif fil-livell Komunitarju ta’ objettivi Ewropej fil-forma ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol (IOELVs) għall-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji kimiċi.

(2)

Fit-twettiq ta’ din il-ħidma, il-Kummissjoni hija mgħejjuna mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta’ l-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol (SCOEL) imwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (2).

(3)

Valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol huma valuri bbażati fuq is-saħħa u li ma jorbtux ġejjin mill-iktar data xjentifika reċenti disponibbli u jieħdu f’konsiderazzjoni d-disponibbiltà ta’ tekniki tat-tkejjil. Dawn jistabbilixxu limiti minimi ta’ livelli ta’ espożizzjoni li taħthom l-ebda sustanza ma tkun mistennija li tħalli effetti ta’ detriment. Huma bżonnjużi għad-determinazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riskji minn min iħaddem skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/24/KE.

(4)

Għal kwalunkwe aġent kimiku li valuri ta’ limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol huma stabbiliti għalih fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu valur ta’ limitu nazzjonali ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol li jieħdu in konsiderazzjoni l-valur ta’ limitu Komunitarju, iżda jistgħu jiddeterminaw in-natura tiegħu skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

(5)

Valuri ta’ limitu ta' espożizzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti importanti mill-istrateġija ġenerali li tiżgura l-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, mir-riskji li jiġu minn kimiċi perikolużi.

(6)

Ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet tar-riskji u strateġiji żviluppati għat-tnaqqis tar-riskju fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill 793/93 (3) dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenzi jipprovdu għat-twaqqif jew ir-reviżjoni ta’ OELs għal numru ta' sustanzi

(7)

L-ewwel u t-tieni lista ta' valuri ta’ limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol ġew stabbiliti mid-Direttivi tal-Kummissjoni 91/322/KEE (4) u 96/94/KE (5) taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE tas-27 ta' Novembru 1980 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol (6).

(8)

Id-Direttiva 80/1107/KEE ġiet revokata b'effett mill-5 ta' Mejju 2001 mid-Direttiva 98/24/KE.

(9)

Id-Direttiva 98/24/KE stabbiliet li d-Direttivi 91/322/KEE u 96/94/KEE kellhom jibqgħu fis-seħħ.

(10)

Id-Direttiva 96/94/KE ġiet revokata b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2001 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE tat-8 ta’ Ġunju 2000 li stabbiliet l-ewwel lista ta’ valuri ta' limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (7).

(11)

Fid-dawl ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-aħħar data xjentifika disponibbli, huwa xieraq li jiġu riveduti l-valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol stabbiliti mid-Direttiva 91/322/KEE.

(12)

Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/24/KE, l-SCOEL evalwat total ta’ 33 sustanza, li huma elenkati fl-Anness tad-Direttiva preżenti. Minn dawn it-33 sustanza, 17 kienu diġà elenkati fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE. Għal 4 minn dawn is-sustanzi, l-SCOEL jirrakkomanda t-twaqqif ta’ valuri ta' limitu indikattivi ġodda u, għal 13-il sustanza, iż-żamma tal-valuri ta’ limitu ta’ qabel. Għalhekk dawk is-17-il sustanza elenkati issa fl-Anness tad-Direttiva preżenti għandhom jitħassru mill-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE, filwaqt li l-10 sustanzi l-oħra jibqgħu fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE.

(13)

L-10 sustanzi għandhom jibqgħu fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE. Għal 9 minn dawn is-sustanzi l-SCOEL għadu ma rrakkomandax valur ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol, filwaqt li għas-sustanza li jifdal huwa mistenni li data xjentifika addizzjonali se tkun disponibbli fil-ġejjieni qrib u li se tintbagħat lill-SCOEL għal kunsiderazzjoni tiegħu.

(14)

Il-lista fl-Anness għal din id-Direttiva tinkorpora wkoll 16-il sustanza oħra li għalihom il-valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol kienu rrakkomandati mill-SCOEL, wara evalwazzjoni ta’ l-aħħar data xjentifika disponibbli fuq l-effetti tas-saħħa waqt ix-xogħol u ngħata kont tad-disponibbiltà ta' tekniki tat-tkejjil skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/24/KE.

(15)

Wieħed minn dawk is-16-il sustanza, il-monochlorobenzene kien diġà elenkat fl-Anness tad-Direttiva 2000/39/KEE. L-SCOEL irrevediet l-IOELV fid-dawl tad-data xjentifika reċenti u rrakkomandat it-twaqqif ta’ IOELV ġdid. Għalhekk, din is-sustanza li issa hija elenkata fl-Anness tad-Direttiva preżenti għandha titħassar mill-Anness tad-Direttiva 2000/39/KE.

(16)

Hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu ta' espożizzjoni għal ċerti sustanzi għal żmien qasir li jieħdu f’konsiderazzjoni l-effetti li jiġu minn espożizzjoni għal żmien qasir.

(17)

Għal ċerti sustanzi, hemm bżonn li tittieħed in konsiderazzjoni l-possibbiltà ta' penetrazzjoni minn ġol-ġilda sabiex jiġi żgurat l-aqwa livell ta' ħarsien possibbli.

(18)

Din id-Direttiva għandha tkun pass prattiku lejn li tintlaħaq id-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(19)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat istitwit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8).

(20)

Id-Direttiva 91/322/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/24/KE, qiegħda tiġi stabbilita minn hawnhekk it-tieni lista ta’ valuri ta' limitu indikattivi Komunitarji ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu indikattivi nazzjonali ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness, b’konsiderazzjoni mogħtija lill-valuri Komunitarji.

Artikolu 3

Id-Direttiva 91/322/KEE hija emendata kif ġej: Fl-Anness, jitħassru r-referenzi għas-sustanzi nikotina, aċtu formiku, metanol, acetonitrile, nitrobenżina, resorċinol, dietilammina, dijossidu karboniku, aċtu oksaliku, ċijanamid, pentossidu tad-difosfru, pentasulphide tad-difosfru, bromin, fosfru pentachloride, pyrethrum, barju (komposti li jdubu bħall-Ba), fidda (komposti li jdubu bħall-Ag) u l-valuri ta’ limitu indikattivi.

Id-Direttiva 2000/39/KE hija emendata kif ġej: Fl-Anness, titħassar ir-referenza għas-sustanza Klorobenżin.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ.

Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Maghmul fi Brussell, nhar is-7 ta’ Frar 2006.

Ghall-Kummissjoni

Vladimir SPIDLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L131 tal-5.5.1998, p. 11.

(2)  ĠU L188 tad-9.8.1995, p. 14

(3)  ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

(4)  ĠU L 177, tal-5.7.1991, p. 22.

(5)  ĠU L338 tat-28.12.1996, p. 86.

(6)  ĠU L327 tat-3.12.1980, p. 8.

(7)  ĠU L 142, tas-16.6.2000, p. 47.

(8)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.


ANNESS

VALURI TA’ LIMITU INDIKATTIVI TA’ ESPOŻIZZJONI WAQT IX-XOGĦOL

EINECS (1)

CAS (2)

Isem ta’ l-aġent

Valuri ta’ limitu

Notazzjoni (3)

8 siegħat (4)

Fi żmien qasir (5)

mg/m3  (6)

ppm (7)

mg/m3  (6)

ppm (7)

200-193-3

54-11-5

Nikotina

0,5

ġilda

200-579-1

64-18-6

Aċidu formiku

9

5

200-659-6

67-56-1

Metanol

260

200

ġilda

200-830-5

75-00-3

Kloroetanu

268

100

200-835-2

75-05-8

Acetonitrile

70

40

ġilda

201-142-8

78-78-4

Isopentane

3 000

1 000

202-716-0

98-95-3

Nitrobenżina

1

0,2

-

-

ġilda

203-585-2

108-46-3

Resorċinol

45

10

ġilda

203-625-9

108-88-3

Tolwin

192

50

384

100

ġilda

203-628-5

108-90-7

Monochlorobenzene

23

5

70

15

203-692-4

109-66-0

Pentanu

3 000

1 000

203-716-3

109-89-7

Dietilammina

15

5

30

10

203-777-6

110-54-3

n-Hexane

72

20

203-806-2

110-82-7

Ċikloeksin

700

200

203-815-1

110-91-8

Morpholine

36

10

72

20

203-906-6

111-77-3

2-(2-Methoxyethoxy)ethanol

50,1

10

ġilda

203-961-6

112-34-5

2-(2-Butoxyethoxy)ethanol

67,5

10

101,2

15

204-696-9

124-38-9

Dijossidu karboniku

9 000

5 000

205-483-3

141-43-5

2-Aminoethanol

2,5

1

7,6

3

ġilda

205-634-3

144-62-7

Aċtu oksaliku

1

206-992-3

420-04-2

Ċijanamid

1

0,58

ġilda

207-343-7

463-82-1

Neopentane

3 000

1 000

215-236-1

1314-56-3

Pentossidu tad-difosfru

1

215-242-4

1314-80-3

Pentasulphide tad-difosfru

1

231-131-3

 

Fidda (komposti li jdubu bħal Ag)

0,01

Barju (komposti li jdubu bħal Ba)

0,5

Kromju Metall, Kromju Inorganiku (II) Komposti u Kromju Inorganiku (III) Komposti (ma jdubux)

2

231-714-2

7697-37-2

Aċtu nitriku

2,6

1

231-778-1

7726-95-6

Bromin

0,7

0,1

231-959-5

7782-50-5

Klorin

1,5

0,5

232-260-8

7803-51-2

Fosfin

0,14

0,1

0,28

0,2

8003-34-7

Pyrethrum (ippurifikat minn lattoni li jissensitizzaw)

1

233-060-3

10026-13-8

Fosfru pentachloride

1


(1)  EINECS: Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kimiċi Eżistenti

(2)  CAS: Numru tar-Reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt.

(3)  Notazzjoni tal-ġilda assenjata lill-valur ta' limitu ta' l-espożizzjoni waqt ix-xogħol tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti minn ġol-ġilda.

(4)  Imkejjel jew ikkalkulat skond perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat bħala medja maħduma fuq ħin differenzjat.

(5)  Valur ta’ limitu li ’l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat għall perjodu ta’ 15-il minuta sakemm mhux speċifikat xorta oħra.

(6)  mg/m3: milligrammi għal kull metru kubu ta’ arja f’20 °C u 101.3 KPa.

(7)  ppm: parti għal kull miljun għal volum fl-arja (ml/m3).


Top