Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006H0576

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Awwissu 2006 dwar il-preżenza tad- Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2 u  HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1111–1113 (MT)
ĠU L 229, 23.8.2006, p. 7–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2006/576/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1111


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Awwissu 2006

dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali

(Test b'relevanza ŻEE)

(2006/576/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1)

Fuq rikjesta tal-Kummissjoni l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-ikel (EFSA) adottat opinjoni dwar il-mikotossini Deoxynivalenol fit-2 ta' Ġunju 2004 (1) zearalenone fit-28 Lulju 2004 (2) Ochratoxin A fit-22 ta' Settembru 2004 (3) u l-fumonisins fit-22 ta' Ġunju 2005 (4).

(2)

Dawk l-opinjonijiet ikkonkludew li l-erba' mikotossini juru effetti tossiċi f'ħafna speċi ta' annimali. Deoxynivalenol, zearalenonefumonisin B1 u B2 jiġu trasferiti biss sa ċertu punt mill-għalf għal ġewwa l-l-laħam, il-bajd u l-ħalib u għalhekk l-ikel li joriġina mill-annimali jikkontribwixxi biss marġinalment għall-esponiment tal-bniedem għal dawn it-tossini. Ochratoxin A jista' jiġi trasferit mill-għalf għal ġewwa ikel li joriġina mill-annimali iżda l-valutazzjoni ta' l-esponiment tindika li l-ikel li joriġina mill-annimali jikkontribwixxi biss sa ċertu ammont żgħir għall-esponiment fid-dieta umana ta' l-Ochratoxin A.

(3)

Data dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali huma limitati ħafna għal issa. Hemm ukoll bżonn urġenti għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodu ta' analiżi sensittiv. Madanakollu hemm indikazzjonijiet li l-preżenza ta' T-2 u HT-2 fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali jistgħu ikunu raġuni ta' tħassib. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żviluppat metodu ta' analiżi sensittiv, tinġabar iktar data ta' l-okkorrenza, u jsiru iktar investigazzjonijet u riċerka fil-fatturi involuti fil-preżenza ta' T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, partikolarment fil-ħafur u l-prodotti tal-ħafur.

(4)

Bil-konsiderazzjoni tal-konklużjonijiet ta' l-opinjonijiet xjentifiċi li jissemmew fil-premessa 1, u n-nuqqas ta' data ta' affidabbli dwar it-tossini T-2 u HT-2, flimkien mal-varjazzjoni kbira bejn sena u oħra fl-okkorrenza ta' dawn il-mikotossini, huwa xieraq li tinġabar iktar data dwar dawn il-mikotossini fl-għalf ta' l-annimali differenti u fl-oġġetti ta' l-għalf, flimkien mad-data li hija diħà disponibbli mill-programmi ta' kontroll koordinati għall-2002 (5), l-2004 (6) u l-2005 (7).

(5)

Huwa xieraq li jiġu rrakkomandati valuri ta' gwida, biex l-Istati Membri jiġu provisti bl-orjentazzjoni dwar l-aċċettabbiltà taċ-ċereali u tal-prodotti taċ-ċereali u ta' l-għalf kompost għall-għalf ta' l-annimali u biex jiġu evitati disparitajiet fil-valuri aċċettati minn Stati Membri differenti u r-riskju konsegwenti ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(6)

L-Istati Membri għandhom japplikaw biss il-valuri ta' gwida għall-fumosini B1 + B2 mill-1 ta' Ottubru 2007, sabiex dawn jikkoinċidu mar-regoli stipolati mir-Regolament (KE) Nru 856/2005 tas-6 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tat-tossini tal-Fusarium  (8) li jemenda r-Regolament (KE) 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistipola l-livelli massimi għal ċerti aġenti ta' kontaminazzjoni fl-oġġetti ta' l-ikel (9).

(7)

Għandu jsir valutazzjoni dwar dan l-avviċinament previst min din ir-Rakkomandazzjoni, fl-2009 b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tagħha lejn il-protezzjoni ta' saħħet l-annimali. Id-data ta' monitoraġġ miksuba b'riżultat ta' din ir-Rakkomandazzjoni għandha tagħti wkoll is-setgħa għall-konoxxenza aħjar tal-varjanza ta' kull sena u l-preżenza ta' dawn il-mikotossini fil-firxa ampja ta' prodotti sekondarji użati fl-għalf, li hija ta' importanza primordjali fit-teħid, jekk ikun neċessarju, ta' miżuri legaliżlattivi.

B'DAN TIRRAKKOMANDA:

(1)

l-Istati Membri għandhom, bl-involviment ta' l-operaturi tal-kummerċ ta' l-għalf, isaħħu l-monitoraġġ għall-preżenza tad-deoxynivalenol, zearalenone, ochratoxin Afumonisin B1+B2, tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali maħsuba għall-għalf ta' l-annimali u ta' l-oġġetti ta' l-għalf komposti.

(2)

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-kampjuni jiġu analizzati simultanjament għall-preżenza tad-deoxynivalenol, zearalenone, ochratoxin A, fumonisin B1+B2 u t-tossini T-2 u HT-2 sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni ta' kemm hija possibbli li seħħ il-ko-okkorrenza.

(3)

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-preżenza tal-mikotossini fil-prodotti sekondarji jew fil-prodotti li huma assoċjati mill-produzzjoni ta' l-ikel maħsuba għall-għalf ta' l-annimali.

(4)

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti fuq bażi regolari lill-Kummissjoni għall-kompilazzjoni f'database waħda.

(5)

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-valuri gwida, kif inhuma stipolati fl-Anness, jiġu applikati għall-ġudikazzjoni ta' l-għalf kompost u taċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali għall-għalf ta' l-annimali. Fir-rigward tal-fumosins B1 + B2, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-valuri gwida mill-1 ta' Ottubru 2007.

(6)

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, bmod partikolari, li l-operaturi fil-kummerċ ta l-għalf jużaw fis-sistema ta' l-għoti tal-punti għall-analiżi tal-perikoli u tal-kontroll tagħhom (HACCP) (10) il-valuri gwida li jissemmew fil-punt 5 sabiex isiru jafu l-limiti kritiċi f'ċerti punti ta' kontroll kritiku li jisseparaw l-aċċettabbli mill-inaċċettabbli, għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-perikoli identifikati.

Fl-applikar ta' dawn il-valuri gwida, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatt li l-valuri gwida għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali huma magħrufa għall-ispeċi ta' l-annimali l-iktar tolleranti u b'hekk għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-ogħla valuri gwida.

Għall-għalf ta' l-annimali l-iktar sensittivi, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-valuri gwida l-iktar baxxi għaċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali huma applikati mill-manufatturi ta' l-għalf bil-konsiderazzjoni tas-sensittività ta' l-ispeċi ta' l-annimali u b'hekk jippermettu l-konformità mal-valuri gwida li ġew osservati għall-għalf kompost għal dawn l-ispeċi ta' l-annimali.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar aġenti ta' kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mad-deoxynivalenol bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-annimali adottata fit-2 ta' Ġunju 2004. http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/478/opinion05_contam_ej73_deoxynivalenol_v2_en1.pdf

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar aġenti ta' kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mad-zearalenone bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-annimali adottata fit-28 ta' Lulju 2004. http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/527/opinion_contam06_ej89_zearalenone_v3_en1.pdf

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar aġenti ta' kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma' l-ochratoxin A bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-annimali adottata fit-22 ta' Settembru 2004. http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/645/opinion_contam09_ej101_ochratoxina_en1.pdf

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar aġenti ta' kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mad-fumonisins bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-annimali adottata fit-22 ta' Ġunju 2005. http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1037/contam_op_ej235_fumonisins_en1.pdf

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/214/KE tat-12 ta' Marzu 2002 dwar programmi ta' spezzjoni kordinati fil-kamp tan-nutriment ta' l-annimali għas-senna 2002 skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE (ĠU L 70, 13.3.2002, p. 20).

(6)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/163/KE tas-17 ta' Frar 2004 dwar programmi ta' spezzjoni kordinati fil-kamp tan-nutriment ta' l-annimali għas-senna 2004 skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 70).

(7)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/187/KE tat-2 ta' Marzu 2005 dwar programmi ta' spezzjoni kordinati fil-kamp tan-nutriment ta' l-annimali għas-senna 2005 skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 22).

(8)  ĠU L 143, 7.6.2005, p. 3.

(9)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1.

(10)  Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.


ANNESS

Mikotossini

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Valuri Gwida fi mg/kg (ppm) li huma relattivi għal oġġett ta' l-għalf b' kontenut ta' umdità ta' 12 %

Deoxynivalenol

Materjali għall-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċereali (**) bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji tal-qamħirrun

8

Prodotti sekondarji tal-qamħirrun

12

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti bl-eċċezzjoni ta'

5

oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għall-ħnieżer

0,9

oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għall-għoġġiela (< 4 xhur), ħrief u gidjien

2

Zearalenone

Materjali għall-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċereali (**) bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji tal-qamħirrun

2

Prodotti sekondarji tal-qamħirrun

3

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti

 

Oġġetti ta' l-għalf kompluti u kumplimentarji għħall-majjalini u ħnieżer femminili żgħar

0,1

Oġġetti ta' l-għalf kompluti u kumplimentarji għall-majjalini u ħnieżer femminili għat-tismin

0,25

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għall-għoġġiela, għall-baqar tal-ħalib, għan-nagħaġ (inklużi l-ħrief) u għall-mogħħoż (inklużi gidjien)

0,5

Ochratoxin A

Materjali għall-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċerali (**)

0,25

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti

 

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għall-ħnieżer

0,05

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għat-tjur

0,1

Fumonisin B1+B2

Materjali għall-għalf (*)

 

qamħirrun u prodotti tal-qamħirrun (***)

60

Oġġetti ta' l-għalf kumplimentarji u kompluti għall:

 

ħnieżer, żwiemel (Equidae), fniek u annimali domestiċi pets

5

ħut

10

tjur, għoġġiela (< 4 xhur), ħrief u gidjien

20

bhejjem li jixtarru (> 4 months) u l-mink

50


(*)  attenzjoni partikolari għandha tingħata liċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali li jingħataw dirtettament lill-annimali li l-użu tagħhom f'razzjoni ta' kuljum m'għandux ikun tali li jwassal li l-annimal ikun espost għal-livell ogħla ta' dawn il-mikotossini mil-livelli korrispondenti ta' esponiment meta l-oġġetti ta' l-għalf kompluti biss jintużaw fir-razzjoni ta' kuljum.

(**)  It-terminu “Ċereali u prodotti taċ-ċereali” jinkludi mhux biss il-materjali ta' l-għalf elenkati skond it-titolu 1 “Qmuħ taċ-Ċereali, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom” tal-lista mhux esklussiva ta' materjali ta' l-għalf ewlenin li jissemmew fil-parti B ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-użu ta' materjali għall-għalf iżda wkoll materjali għall-għalf ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35. oħrajn derivati minn ċereali b'mod partikolari fl-għalf tal-bhejjem u taż-żwiemel taċ-ċereali u ikel li ma jiġix diġerit (rouphages) iċ-ċereali

(***)  It-terminu “Qamħirrun u prodotti tal-qamħirrun” jinkludi mhux biss il-materjali ta' l-għalf derivati mill-qamħqirrun elenkati skond it-titolu 1 “Qmuħ taċ-Ċereali, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom” tal-lista mhux esklussiva ta' materjali ta' l-għalf ewlenin li jissemmew fil-parti B ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE iżda wkoll materjali għall-għalf oħrajn derivati minn qamħqirrun b'mod partikolari fl-għalf tal-bhejjem u taż-żwiemel tal-qamħirrun u ikel li ma jiġix diġerit (rouphages) tal-qamħirrun


Top