EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E1011

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 2006/1011/PESK tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu

OJ L 379, 28.12.2006, p. 129–130 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 200M, 1.8.2007, p. 534–535 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 18 Volume 006 P. 68 - 69
Special edition in Romanian: Chapter 18 Volume 006 P. 68 - 69

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2007; Imħassar b' 32007E0448

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2006/1011/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

534


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/1011/PESK

tal-21 ta’ Diċembru 2006

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fid-29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/380/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2) u l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika dik il-Pożizzjoni Komuni.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, gruppi u entitajiet addizzjonali huma involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u li għalhekk dawn għandhom jiżdiedu ma' dik il-lista, skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 25.


ANNESS

Persuni, Gruppi u Entitajiet li għandhom jiżdiedu mal-lista annessa għall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK

I.   PERSUNI

1.

AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala Suhaib; magħruf ukoll bħala Sohaib), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.

AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi Mohamed; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu Ismail), imwieled fit-18.7.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

3.

BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi Bouraba; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi Burada; magħruf ukoll bħala Abu Mosab), imwieled fis-06.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk)

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

4.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-08.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda)

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

5.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala Fouad; magħruf ukoll bħala Fzad; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben Mohammed; magħruf ukoll bħala Ben Mohand Ben Larbi; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand Ibn Larbi; magħruf ukoll bħala Abu Tahar; magħruf ukoll bħala Eggie), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

6.

EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

7.

ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef Toumi), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

8.

HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu Ibrahim), imwieled fil-05.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

9.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-06.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378

(Membru tal-“Hofstadgroep”)

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

Hofstadgroep

2.

TAK — Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”


Top