EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0958

Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

ĠU L 386, 29.12.2006, p. 50–50 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 598–598 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/958/oj

Related international agreement

32006D0958

Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

Official Journal L 386 , 29/12/2006 P. 0050 - 0050
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0598 - 0598


20061219

Deċiżjoni tal-Kunsill

tad- 19 ta’ Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

(2006/958/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

(2) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jittrażmettu, f'isem il-Komunità Ewropea, in-nota diplomatika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Korkeaoja

--------------------------------------------------

Top