Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0806

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Novembru 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli ta' l-orthosulfamuron fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5539) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 329, 25.11.2006, p. 74–75 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M , 5.6.2007, p. 638–639 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 077 P. 193 - 194
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 077 P. 193 - 194
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 045 P. 277 - 278

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/806/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

638


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Novembru 2006

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli ta' l-orthosulfamuron fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5539)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/806/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi għall-iżvilupp ta' lista tal-Komunità ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Dossier għas-sustanza attiva orthosulfamuron inbagħat minn Isagro SpA, lill-awtoritajiet ta' l-Italja fl-4 ta' Lulju 2005 b'applikazzjoni sabiex tikseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness 1 li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet ta' l-Italja indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżaminazzjoni preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher li laħaq il-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih hemm is-sustanza attiva kkonċernata. F'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier kien tressaq sussegwentament mill-applikant għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, u kien referut lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossier għandu jitqies li fil-prinċipju huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mal-kundizzjonijiet stipolati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant iressaq aktar data jew informazzjoni sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-viżjoni li tinkiseb l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness I ma' dik id-Direttiva, għandu jissodisfa fil-prinċipju l-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II ma' dik id-Direttiva.

Id-dossier jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness III ma' dik id-Direttiva fir-rigward ta' prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni fil-fond tad-dossier ikkonċernat u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet mill-eżaminazzjonijiet tiegħu flimkien ma' xi rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni jew le fl-Anness I mad-Direttiva 91/44/KEE tas-sustanza attiva kkonċernata u kull kundizzjoni relatata magħhom lill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 24 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).


ANNESS

Is-sustanza attiva kkonċernati b'din id-Deċiżjoni

Nru

Isem Komuni, Numru ta' l-Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Id-data ta' l-applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

1

Orthosulfamuron

In-nru CIPAC No. għadu ma ġiex allokat

Isagro SpA

4 ta' Lulju 2005

IT


Top