Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0506

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3257) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 199, 21.7.2006, p. 36–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M , 8.5.2007, p. 996–998 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 074 P. 3 - 5
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 074 P. 3 - 5

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/506/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

996


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Lulju 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3257)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/506/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli, veterinarji u żootekniċi, applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(2) tagħha,

Billi:

(1)

Wara tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1 f'qatgħa ta' tjur ta' l-irziezet fit-territorju tagħha, l-Ungerija ħadet il-miżuri meħtieġa kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4).

(2)

Fid-dawl ta' żvilupp ulterjuri tal-qagħda epidemjoloġika fl-Ungerija jeħtieġ li jitwalu l-miżuri stabbiliti għaż-żoni A u B skond il-punt (b) (iii) ta' l-Artikolu 4 (4) tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

(3)

Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li l-miżuri kollha ta' kontroll marbuta ma' tifqigħa ta' influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1 f'intrapriża tat-tjur domestiku waqfu mit-30 ta' Ġunju 2006 u għalhekk il-miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 4 (2) ta' dik id-Deċiżjoni għaż-żoni A u B m'għadhomx meħtieġa aktar.

(4)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-Partijiet A u B ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar id 19 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33). Verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51.


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa sostitwit b'li ġej:

“ANNESS

PARTI A

Iż-żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm japplika Art. 4 (4) (b)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

HU

L-UNGERIJA

 

Fil-kontea ta' Bács-Kiskun il-muniċipalitajiet ta':

 

KISKŐRÖS

 

KECEL

 

IMREHEGY

 

ORGOVÁNY

 

KASKANTYÚ

 

BÓCSA

 

SOLTVADKERT

 

TÁZLÁR

 

PIRTÓ

 

KISKUNHALAS

 

JAKABSZÁLLÁS

 

BUGACPUSZTAHÁZA

 

BUGAC

 

SZANK

 

KISKUNMAJSA-BODOGLÁR

 

HARKAKÖTÖNY

 

FÜLÖPJAKAB

 

MÓRICGÁT

 

PETŐFISZÁLLÁS

 

JÁSZSZENTLÁSZLÓ

 

KISKUNMAJSA

 

KISKUNFÉLEGYHÁZA

 

GÁTÉR

 

PÁLMONOSTORA

 

KÖMPÖC

 

CSÓLYOSPÁLOS

31.8.2006

Fil-kontea ta' Csongrád il-muniċipalitajiet ta':

 

ÜLLÉS

 

BORDÁNY

 

ZSOMBÓ

 

SZATYMAZ

 

SÁNDORFALVA

 

FELGYŐ

 

FORRÁSKÚT

 

BALÁSTYA

 

DÓC

 

KISTELEK

 

ÓPUSZTASZER

 

CSONGRÁD

 

BAKS

 

CSENGELE

 

PUSZTASZER

 

CSANYTELEK

 

TÖMÖRKÉNY

31.8.2006

PARTI B

Iż-żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm japplika Art. 4 (4) (b)

Kodiċi (jekk disponibbli)

Isem

HU

L-UNGERIJA

ADNS

Il-kontej ta':

31.8.2006

00003

BÁCS-KISKUN

00006

CSONGRÁD”


Top