EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0314

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Marzu 2006 li tapprova l-istħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u t-tjur selvaġġi matul l-2006 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 780)

OJ L 116, 29.4.2006, p. 61–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 655–661 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/314/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

655


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Marzu 2006

li tapprova l-istħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u t-tjur selvaġġi matul l-2006

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 780)

(2006/314/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għat-teħid ta' miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-edukazzjoni veterinarja jew it-taħriġ veterinarju.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/101/KE dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ li għandhom isiru fl-Istati Membri għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u t-tjur selvaġġi fl-2006 (2) tipprevedi l-implimentazzjoni fil-perjodu minn Frar sa Diċembru 2006 ta' dawn l-istħarriġiet, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' dawk il-programmi ta' stħarriġ. Dawk l-istħarriġiet għandhom jinvestigaw il-preżenza ta' infezzjonijiet fit-tjur ta' l-irziezet, proċess li jista' jwassal għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali u jikkontribwixxi għall-għarfien ta' xi riskji possibbli għall-annimali u għall-bnedmin mill-annimali selvaġġi.

(3)

Il-programmi ta' stħarriġ li tressqu mill-Istati Membri ġew eżaminati mill-Kummissjoni skond dik id-Deċiżjoni.

(4)

Il-Kummissjoni sabet li l-programmi ta' stħarriġ imressqa mill-Istati Membri huma konformi mad-Deċiżjoni 2006/101/KE. Dawk il-programmi ta' stħarriġ għandhom għalhekk jiġu approvati.

(5)

Fid-dawl ta' l-importanza ta' dawk il-programmi ta' stħarriġ għall-ilħuq ta' l-għanijiet tal-Kummissjoni fil-kamp tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, huwa xieraq li tiġi ffissata l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal 50 % tan-nefqiet li għandhom jagħmlu l-Istati Membri inkwistjoni għall-miżuri li jissemmew f'din id-Deċiżjoni sa limitu massimu għal kull programm ta' stħarriġ.

(6)

Infiq relatat mal-programmi ta' stħarriġ approvati minn din id-Deċiżjoni li ġġarrab mill-1 ta' Frar 2006 għandu jiġu kkunsidrat bħala eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Komunità.

(7)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stipulati regoli għar-rappurtar tar-riżultati ta' l-istħarriġiet u għall-eliġibbiltà ta' l-ispejjeż li jinsabu fit-talba finanzjarja għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi ta' l-Istati Membri għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u t-tjur selvaġġi elenkati fl-Anness I huma approvati għall-perjodu stipulat f'dak l-Anness (“il-programmi”).

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u t-tjur selvaġġi skond il-programmi.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn l-ispejjeż ta' l-analizi tal-kampjuni għandha tingħata lil kull Stat Membru bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba u sa l-ammont massimu tal-kofinanzjament stipulat fl-Anness I.

Dik il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jikkonforma ma' dan li ġej:

a)

li jġib fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm;

b)

li jissottometti rapport finali lill-Kummissjoni u l-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur kif imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2007, dwar l-esegwiment tekniku tal-programm u r-riżultati miksuba, skond il-mudelli tar-rappurtar stipulati fl-Annessi II sa V ma' din id-Deċiżjoni.

ċ)

li jressaq evidenza xierqa lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż imġarrba għall-analiżi tal-kampjuni matul il-perjodu li għalih ikun approvat il-programm;

d)

li jimplimenta l-programmi b'mod effiċjenti, partikolarment li l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jsir it-teħid ta' kampjuni b'mod xieraq.

Artikolu 4

Il-limiti massimi ta' l-infiq li għandhom jintraddu permezz ta' rimborż lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi ma jistgħux ikunu ogħla minn dan li ġej:

a)

:

Test ELISA

:

EUR 1 għal kull test;

b)

:

agar gel immune diffusion test

:

EUR 1.2 għal kull test;

ċ)

:

test HI għall-H5/H7

:

EUR 12 għal kull test;

d)

:

test ta' l-iżolament tal-virus

:

EUR 30 għal kull test;

e)

:

Test PCR

:

EUR 15 għal kull test.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 46, 16.2.2006, p. 40.

(3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.


ANNESS I

Programmi ta’ l-Istati Membri dwar stħarriġiet ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fit-tajr selvaġġ

Kodiċi

Stat Membru

Perjodu

Ammont massimu għall-kofinanzjament tal-kampjuni (EUR)

BE

Il-Belġju

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

38 400,00

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

33 400,00

DK

Id-Danimarka

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

168 500,00

DE

Il-Ġermanja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

268 000,00

EE

L-Estonja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

1 450,00

EL

Il-Greċja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

39 300,00

ES

Spanja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

88 100,00

FR

Franza

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

204 800,00

IE

L-Irlanda

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

42 500,00

IT

L-Italja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

427 300,00

CY

Ċipru

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

20 700,00

LV

Il-Latvja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

11 600,00

LT

Il-Litwanja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

15 400,00

LU

Il-Lussemburgu

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

4 400,00

HU

L-Ungerija

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

109 500,00

MT

Malta

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

3 700,00

NL

L-Olanda

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

54 500,00

AT

L-Awstrija

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

28 550,00

PL

Il-Polonja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

94 500,00

PT

Il-Portugall

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

71 600,00

SI

is-Slovenja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

23 500,00

SK

Is-Slovakkja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

11 600,00

FI

Il-Finlandja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

32 600,00

SE

L-Iżvezja

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

77 200,00

UK

Ir-Renju Unit

mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006

93 700,00

Total

1 964 800,00


ANNESS II

RAPPORT FINALI DWAR IMPRIŻI TAT-TJUR TA' L-IRZIEZET LI TTIEĦDU L-KAMPJUNI MINNHOM (1)

(ħlief papri u wiżż)

Investigazzjoni seroloġika skond il-punt B ta' l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/101/KE dwar l-impriżi ta' brojlers (meta jkunu f'riskju biss)/ta' dundjani għat-tismin/tieġieġ għar-riproduzzjoni/dundjani għar-riproduzzjoni/tiġieġ li jbidu/tiġieġ li jbidu li jitħallew jiġġerrew fil-miftuħ/tar-ratiti/tat-tjur tal-kaċċa mrobbija (faġani, perniċi, summien u oħrajn)//“impriżi mhux kummerċjali” (kif huwa definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE/oħrajn [ingassa skond il-każ]

JEKK JOGĦĠBOK UŻA FORMOLA WAĦDA GĦAL KULL KATEGORIJA TA' TJUR TA' L-IRZIEZET!

 

Stat Membru:

 

Data:

 

Perjodu tar-rapport minn:

 

sa:

Reġjun( (2)

Numru totali ta' impriżi( (3)

Numru totali ta' impriżi li minnhom ittieħdu l-kampjuni

Numru totali ta' impriżi pożittivi

Numru ta' impriżi pożittivi għas-subtip H 5

Numru ta' impriżi pożittivi għas-subtip H 7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


(1)  Impriżi tfisser merħliet, qatgħat jew stabbilimenti, skond il-każ.

(2)  Reġjun kif approvat fil-programm approvat mill-Istat Membru.

(3)  Numru totali ta' impriżi ta' kategorija waħda ta' tjur ta' l-irziezet f'reġjun wieħed


ANNESS III

RAPPORT FINALI DWAR ID-DATA RIGWARD L-IMPRIŻI TAL-PAPRI U L-WIŻŻ (1)

skond il-punt C ta' l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/101/KE – investigazzjoni seroloġika (2)

 

Member State:

 

Data:

 

Perjodu tar-rapport minn:

 

sa:

Reġjun( (2)

Numru totali ta' impriżi ta' papri u wiżż

Numru totali ta' impriżi ta' papri u wiżż li minnhom ittieħdu l-kampjuni

Numru totali ta' impriżi seroloġika-ment pożittivi

Numru ta' impriżi seroloġika-ment pożittivi għas-subtip H 5

Numru ta' impriżi seroloġika-ment pożittivi għas-subtip H 7

Numru totali ta' impriżi viroloġikament pożittivi

Numru ta' impriżi viroloġikament pożittivi għas-subtip H5

Numru ta' impriżi viroloġikament pożittivi għas-subtip H 7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Impriżi tfisser merħliet, qatgħat jew stabbilimenti skond il-każ.

(2)  Reġjun kif approvat fil-programm approvat mill-Istat Membru.


ANNESS IV

RAPPORT FINALI DWAR ID-DATA RIGWARD IT-TAJR SELVAĠĠ

investigazzjoni skond il-punt D ta' l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/101/KE

 

Stat Membru:

 

Data:

 

Perjodu tar-rapport minn:

 

sa:

Reġjun( (1)

Speċijiet ta' tajr selvaġġ li minnhom ittieħdu l-kampjuni

Numru totali ta' kampjuni li ttieħdu għall-eżaminazzjoni

Numru totali ta' kampjuni pożittivi

Numru ta' kampjuni pożittivi għas-subtip H 5

Numru ta' kampjuni pożittivi għas-subtip H 7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


(1)  Reġjun kif definit fil-programm approvat ta' l-Istat Membru jew indikazzjoni tal-lokalità ta' l-istazzjon(ijiet) għall-osservazzjoni tat-tjur.


ANNESS V

RAPPORT FINANZJARJU FINALI U APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENTI

Tabella waħda għal kull stħarriġ dwar tjur ta' l-irziezet/tjur selvaġġi (1)

 

Stat Membru:

 

Data:

 

Perjodu ta' rappurtar minn:

 

sa:

Miżuri eliġibbli għall-kofinanzjament (2)

Metodi ta' analiżi fil-laboratorju

Numru ta' testijiet li għandhom isiru għal kull metodu

Spejjeż

Eżami preliminari seroloġiku (3)

 

 

Test Haemagglutination-inhibition-(HI) għal H5/H7

 

 

Test ta' l-iżolament tal-virus

 

 

It-test PCR

 

 

Miżuri oħrajn li għandhom jiġu koperti

Speċifika l-attivitajiet

 

Teħid ta' kampjuni

 

 

Oħrajn

 

 

Total

 

 

Jien b'dan niċċertifika li d-data li tidher hawn fuq hija korretta u li l-ebda kontribuzzjoni Komunitarja oħra ma ġiet rikjesta għal dawn il-miżuri.


(1)  Ingassa minn naħa għall-oħra skond il-każ.

(2)  Data li għandha tingħata fil-munita nazzjonali, VAT eskluża. … (Post, Data)

(3)  J.j. indika t-test użat. … (Firma)


Top