Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0275

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 10 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 95/320/KE li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għall-Aġenti Kimiċi

ĠU L 101, 11.4.2006, p. 4–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 587–587 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/03/2014; Imħassar b' 32014D0113

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/275/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

587


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-10 ta' April 2006

li temenda d-Deċiżjoni 95/320/KE li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għall-Aġenti Kimiċi

(2006/275/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (1) tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għall-Aġenti Kimiċi, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

(2)

Wara l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-2004, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 95/320/KE li għandhom x'jaqsmu mal-kompożizzjoni tal-Kumitat m'għadhomx jgħoddu.

(3)

Biex ikun żgurat li l-Kumitat jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi imparzjali ta' kwalità għolja, huwa importanti li l-membri tiegħu jkunu indipendenti u bi kwalifiki għolja. Huwa wkoll meħtieġ li jinżamm livell għoli ta' effiċjenza tal-Kumitat.

(4)

IL-Kumitat għandu għalhekk ikun magħmul minn massimu ta' 21 membru, magħżula minn proposti għal kandidati xierqa mill-Istati Membri i maħtura mill-Kummissjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 95/320/KE għandha tiġi emendata kif xieraq,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 95/320/KE, paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 21 membru magħżula minn fost kandidati xierqa proposti mill-Istati Membri u li jirriflettu l-medda sħiħa ta' għarfien espert xjentifiku meħtieġ biex jitwettaq il-mandat fl-Artikolu 2, inklużi b'mod partikolari, il-kimika, it-tossikoloġija, l-epidemoloġija, il-mediċina fuq il-post tax-xogħol u l-iġjene industrijali, u l-kompetenza ġenerali fl-istabbiliment ta' l-OELs (il-Limiti ta' l-Espożizzjoni għall-Aġenti Kimiċi).

2.   Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kumitat, fuq il-bażi ta' l-għarfien espert xjentifiku u l-esperjenza ippruvati tagħhom, wara li tkun ikkunsidrat il-ħtieġa li tassigura li d-diversi oqsma speċifiċi jkunu koperti.”

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-10 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Vladimir ŠPIDLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14.


Top