This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2006) 888) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
2006/241/EC: Commission Decision of 24 March 2006 concerning certain protective measures with regard to certain products of animal origin, excluding fishery products, originating in Madagascar (notified under document number C(2006) 888) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2006) 888) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
OJ L 88, 25.3.2006, p. 63–64 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M , 8.5.2007, p. 485–486 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 071 P. 86 - 88
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 071 P. 86 - 88
No longer in force, Date of end of validity: 04/07/2011; Imħassar b' 32011D0395
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
485 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Marzu 2006
li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar
(notifikata bid-dokument numru C(2006) 888)
(Test b'rilevanza ŻEE)
(2006/241/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-kontrolli verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE ta' l-1 ta' Awwissu 1997 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2) ġiet emendata b'mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
L-ispezzjonijiet tal-Komunità fil-Madagaskar urew li hemm nuqqasijiet serji fl-infrastruttura u l-iġjene fl-istabbilimenti tal-laħam u m'hemmx biżżejjed garanziji tal-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. L-amministrazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Madakaskar turi nuqqasijiet serji u n-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli Komunitarji. Hemm riskju potenzjali għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u l-ipproċesar tal-prodotti tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, f'dan il-pajjiż. |
(3) |
L-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, mill-Madagaskar m'għandiex titħalla sakemm ikun jista' jiġi garantit li ma' jeżisti ebda riskju. |
(4) |
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija fl-ewwel Artikolu.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 97/517/KE hi imħassra.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, l-24 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markus KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(2) ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31).
(3) Ara l-Anness I.
ANNESS I
Deċiżjoni mħassra flimkien ma' l-emenda tagħha
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE (ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54) |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31) |
Ir-riferenza għad-Deċiżjoni 97/517/KE f'Artikolu 1 biss. |
ANNESS II
Tabella Ta' Korrelazzjoni
Deċiżjoni 97/517/KE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 2 |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 3 |
— |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |