EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0193
2006/193/EC: Commission Decision of 1 March 2006 laying down rules, under Regulation (EC) No 761/2001 of the European Parliament and of the Council, on the use of the EMAS logo in the exceptional cases of transport packaging and tertiary packaging (notified under document number C(2006) 306) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Marzu 2006 li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo ta' l-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' l-imballaġġ għat-trasport u l-imaballaġġ terzjarju (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 306) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Marzu 2006 li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo ta' l-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' l-imballaġġ għat-trasport u l-imaballaġġ terzjarju (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 306) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
OJ L 70, 9.3.2006, p. 63–64
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M , 8.5.2007, p. 363–364
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 015 P. 252 - 253
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 015 P. 252 - 253
No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2010; Imħassar b' 32009R1221
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
363 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta' Marzu 2006
li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo ta' l-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' l-imballaġġ għat-trasport u l-imaballaġġ terzjarju
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 306)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/193/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS) (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-logo ta' l-EMAS jindika lill-pubbliku u lil partijiet interessati oħra li l-organizzazzjoni irreġistrata ma' l-EMAS stabbiliet sistema ta' immaniġġjar ambjentali f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 761/2001. |
(2) |
Il-logo ta' l-EMAS ma jistax jintuża fuq prodotti jew l-imballaġġ tagħhom, jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet komparattivi marbuta ma prodotti, attivitajiet jew servizzi oħra. Madankollu, bħala parti mill-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 761/2001, il-Kummissjoni għandha tqis taħt liema ċirkostanzi eċċezzjonali jista' jintuża l-logo ta' l-EMAS. |
(3) |
Ċerti organizzazzjonijiet irreġistrati ma' l-EMAS urew interess fl-użu tal-logota' l-EMAS fuq l-imballaġġ tat-trasport jew l-imballaġġ terzjarju tagħhom, bħala mod effettiv ta' komunikazzjoni ta' informazzjoni ambjentali lill-partijiet interessati. |
(4) |
Il-valutazzjoni, imwettqa skond l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, dwar l-użu, ir-rikonoxximent u l-interpretazzjoni tal-marka, ikkonkludiet li l-każ ta' l-imballaġġ tat-trasport u l-imballaġġ terzjarju, kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (2), hija ċirkostanza eċċezzjonali kif prevista mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 761/2001, peress li imballaġġ bħal dawn mhux marbut direttament mal-prodotti u għalhekk l-użu tal-marka ta' l-EMAS fuq imballaġġ bħal dan huwa permess. |
(5) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li m'hemm l-ebda possibbiltà għal konfużjoni ma' tikketti ta' prodotti ambjentali u sabiex jiġi kkomunikat biċ-ċar lill-pubbliku u lil partijiet interessati oħra li l-użu tal-logo ma hu bl-ebda mod marbut mal-prodotti jew karatteristiċi tal-prodotti ppakkjati fl-imballaġġ tat-trasport jew l-imballaġġ terzjarju iżda għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali applikata mill-organizzazzjoni reġistrata, għandha tiżdied informazzjoni addizzjonali mal-logo. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 761/2001, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Organizzazzjoni rreġistrati ma' l-EMAS jistgħu jużaw iż-żewġ verżjonijiet tal-logo ta' l-EMAS stipulati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 fuq l-imballaġġ tat-trasport jew il-imballaġġ terzjarju fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.
F'każijiet bħal dawn, il-marka ta' l-EMAS għandha tkun akkumpanjata mit-test li ġej: “[Isem l-organizzazzjoni rreġistrata ma' l-EMAS] hija organizzazzjoni rreġistrata taħt l-iskema Komunitarja għall-Immaniġġjar u l-Verifika Ambjentali)”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 114, ta' l-24.4.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 4).
(2) ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 17).