Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1949

1949/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2005 tat- 28 ta’ Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1917/2000 fir-rigward ta’ movimenti speċifiċi u l-esklużjoni tal-kummerċ marbut mat-tranżazzjonijiet ta’ tiswija

OJ L 312, 29.11.2005, p. 10–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 322M , 2.12.2008, p. 127–134 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 043 P. 196 - 203
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 043 P. 196 - 203
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 116 P. 49 - 56

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32010R0113

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1949/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

127


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1949/2005

tat-28 ta’ Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1917/2000 fir-rigward ta’ movimenti speċifiċi u l-esklużjoni tal-kummerċ marbut mat-tranżazzjonijiet ta’ tiswija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi li mhumiex membri (1), u partikolarment l-Artikoli 4(1), 6(2), 9(1), 10(4) u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jistipula ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta’ statistiċi dwar il-kummerċ estern (2), jispeċifika l-l-elementi tad-dejta li għandha tinġabar għall-istatistika dwar il-kummerċ estern u li jenumera l-merkanzija u l-movimenti li għandhom jiġu eżentati jew li jeħtieġu dispożizzjonijiet partikolari għall-raġunijiet metodoloġiċi.

(2)

Kull meta huwa l-każ, id-definizzjonijiet u l-kunċetti komuni għandhom jiġu applikati skont id-dejta marbuta, rispettivament, mal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri u l-kummerċ tal-oġġetti ma’ pajjiżi mhux membri. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (3) irreveda l-qafas għall-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri, issa jeħtieġ li għaldaqstant wieħed jadatta r-regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-istatistika dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi mhux membri.

(3)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u d-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-istatistika Komunitarja b’rabta mal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri, il-merkanzija li tkun qed issirilha t-tiswija għandha tiġi eskluża mill-istatistika marbuta mal-kummerċ tal-oġġetti. Għaldaqstant, jeħtieġ ukoll li l-merkanzija li tkun qed issirilha t-tiswija tiġi eskluża mill-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti ma’ pajjiżi mhux membri.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar merkanzija speċifika f’kummerċ fi ħdan il-Komunità u dik f’kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, iridu jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet għall-impjanti, bastimenti u vetturi tal-ajru industrijali, vapuri u mħażen u provvisti tal-vetturi tal-ajru, kunsinni mqassma, stallazzjonijiet offshore, vetturi għall-ivvjaġġar fl-ispazju, prodotti tal-elettriku, tal-gass u tal-baħar.

(5)

Speċifikazzjonijiet addizzjonali għandhom ikunu pprovduti dwar dik il-merkanzija li hi suġġett ta' użu temporanju sabiex ikun armonizzat il-mod kif dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti mal-pajjiżi mhux membri.

(6)

Is-sistema ta’ kkodifikar, li sservi biex tiġi deskritta n-natura tat-tranżazzjoni, għandha tkun allinjata skont id-dispożizzjonijiet fi ħdan il-qafas tal-istatistika dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar l-istatistika b’rabta mal-kummerċ tal-merkanzija ma' pajjiżi terzi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 2

B'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Bażiku, l-istatistika dwar il-kummerċ estern imwassla lill-Kummissjoni ma għandhiex tkopri oġġetti:

maħruġa f'ċirkolazzjoni ħielsa wara li jgħaddu minn ipproċessar tad-dħul fil-pajjiż jew ipproċessar ta' kontroll tad-dwana,

li jkunu jinsabu fil-lista ta' eżenzjonijiet stipulati fl-Anness I.”

(2)

Fl-Artikolu 15(2), jiżdied il-punt (m) li ġej:

“(m)

Elettriku u gass.”

(3)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bit-test li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura ssimplifikata ta’ dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ impjant industrijali sħaħ.

3.   Il-proċedura ssimplifikata tista' tiġi applikata biss għall-esportazzjoni ta' impjanti industrijali sħaħ li l-valur statistiku totali ta' kull wieħed jaqbeż it-EUR 3 miljun, sakemm ma jkunux impjanti industrijali kompleti għal użu mill-ġdid; f'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kriterji użati.

Il-valur statistiku ta' impjant industrijali jiġi kkalkolat biż-żieda tal-valuri statistiċi tal-partijiet komponenti tiegħu u l-valuri statistiċi tal-oġġetti li hemm referenza għalihom fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1.”

(4)

L-Artikolu 17 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 17

1.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-partijiet komponenti li jaqgħu fi ħdan kapitolu partikulari tan-Nomenklatura Magħquda għandu jkun ikklassifikat skont is-sottotitolu rilevanti tal-impjant industrijali sħiħ tal-Kapitolu 98 ta’ dik in-Nomenklatura.

2.   Fejn l-Istati Membri ma jawtorizzawx proċedura ssimplifikata ta’ dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-partijiet komponenti tal-impjant industrijali sħiħ skont is-sottotitoli pprovduti fil-Kapitolu 98, l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati skont is-sottotitoli rilevanti, kif stipulat fil-kapitoli l-oħra tan-Nomenklatura Magħquda.”

(5)

L-Artikolu 18 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Bi qbil man-Nomenklatura Magħquda, in-numri tal-kodiċi għas-sottotitoli ta' impjant industrijali sħiħ għandhom jiġu komposti b'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

il-kodiċi għandu jkun fih tmien numri;

(b)

l-ewwel erba’ numri għandhom ikunu 9880;

(c)

il-ħames u s-sitt numru għandhom jaqblu mal-kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda li jaqgħu taħtu l-oġġetti tal-parti komponenti;

(d)

is-seba u t-tmien numru għandhom ikunu 0.”

(6)

L-Artikolu 19(3) jitħassar.

(7)

L-Artikolu 20 qed jiġi emendat b’dan li ġej:

(a)

il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

‘pussess ta' bastiment jew vettura tal-ajru’ tfisser il-fatt tar-reġistrazzjoni ta' persuna fiżika jew legali bħala s-sid ta' vapur jew vettura tal-ajru;”

(b)

il-punt (d) jitħassar.

(8)

L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 21

1.   Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika tal-kummerċ estern li tkopri t-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew ta’ vettura tal-ajru minn persuna naturali jew legali stabbilita f’pajjiż mhux membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta u rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-vapuri u tal-vetturi tal-ajru; din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala importazzjoni;

(b)

it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew ta’ vettura tal-ajru minn persuna naturali jew legali stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta u rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-vapuri u tal-vetturi tal-ajru lil persuna naturali jew legali stabbilita f’pajjiż mhux membru; din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala esportazzjoni;

(c)

id-dħul ta’ vapur jew vettura tal-ajru fit-territorju statistiku tal-Komunità jew il-ħruġ mit-territorju statistiku tal-Komunità minħabba operazzjonijiet bil-ħsieb li jwasslu, jew inkella b’segwitu, għall-ipproċessar skont il-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-esportazzjoni għandha tiġi rreġistrata fl-Istat Membru tal-bini tagħhom kemm-il darba l-bastiment jew il-vettura tal-ajru huma ġodda.

Għall-finijiet tal-punt (c), ‘l-ipproċessar’ għandu jitqies bħala li jkopri biss l-operazzjonijiet li jimmiraw li jipproduċu vapur jew vettura tal-ajru ġdid/a jew inkella wieħed tassew irranġat.

2.   L-istatistika dwar it-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 imwassla mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tinkludi d-dejta li ġejja:

(a)

il-kodiċi li tikkorrispondi mas-sottodiviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda;

(b)

il-proċedura statistika;

(c)

il-pajjiż sieħeb, jiġifieri:

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), il-pajjiż mhux membru li qed jibni, kemm-il darba l-vapur jew il-vettura tal-ajru huma ġodda; f'każijiet oħra, il-pajjiż mhux membru fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali li tittrasferixxi l-pussess tal-vapur jew tal-vettura tal-ajru.

fil-każ tat-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b), il-pajjiż mhux membru fejn tkun stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha jiġi ttrasferit il-pussess ta' bastiment jew vettura tal-ajru.

fil-każ tat-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(c), il-pajjiż mhux membru tal-kunsinna tal-bastimenti u l-vetturi tal-ajru li jidħlu fit-territorju statistiku tal-Komunità u l-pajjiż ta’ destinazzjoni għall-bastimenti u l-vetturi tal-ajru li jħallu t-territorju statistiku tal-Komunità;

(d)

il-kwantità, bħala numru ta' oġġetti jew f'kull unità supplimentari oħra preskritti fin-Nomenklatura Magħquda, għall-bastimenti, u l-kwantità, f'massa netta u f’unitajiet supplimentari, għall-vetturi tal-ajru;

(e)

il-valur statistiku, jiġifieri l-ammont totali li jkun fatturat, fil-każ ta’ bejgħ jew xiri tal-vapur jew tal-vettura tal-ajru sħiħ/a, wara l-esklużjoni ta’ kull spiża marbuta mat-trasport jew l-assigurazzjoni.

3.   Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun ix-xahar li fih isir it-trasferiment tal-pussess, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a) jew 1(b), jew inkella li fih isir il-moviment, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(c).”

(9)

L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 22

L-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għal sorsi ta’ dejta barra minn dawk stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, inkluż l-aċċess għal informazzjoni inkluża f'reġistri nazzjonali ta' trasport marittimu u ta' vetturi tal-ajru li tista' tiġi meħtieġa sabiex jiġi identifikat it-trasferiment tal-pussess ta’ oġġetti bħal dawn.”

(10)

Fl-Artiklu 24(2), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż sieħeb jew il-kodiċi tal-pajjiż issimplifikat QS;”

(11)

L-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, ‘kunsinni mqassma’ tfisser importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta' komponenti ta' oġġetti sħaħ fi stat fejn mhumiex imgħaqqda flimkien, jew fejn ġew żarmati, f’għadd imdaqqas ta' kunsinni minħabba raġunijiet ta' kummerċ jew ta’ trasport.”

(12)

L-Artikolu 29(2) huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru t-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, li jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu d-dejta li ġejja:

(a)

il-kodiċi li tikkorrispondi mas-sottodiviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda;

(b)

il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż sieħeb jew il-kodiċi tal-pajjiż issimplifikat QW;

(c)

il-proċedura statistika;

(d)

il-kwantità f'massa netta;

(e)

il-valur statistiku.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-kodiċijiet issimplifikati li ġejjin għandhom jintużaw għall-oġġetti ddestinati għall-operaturi tal-istallazzjoni offshore jew għall-operazzjoni tal-magni bil-mutur, makkinarji u tagħmir ieħor tal-istallazzjoni offshore:

9931 24 00: oġġetti mill-Kapitoli NM 1 sa 24;

9931 27 00: oġġetti mill-Kapitolu NM 27;

9931 99 00: oġġetti kklassifikati xi mkien ieħor.

Bla ħsara għar-regolamenti tad-dwana, fil-każ ta' oġġetti ġejjin minn, jew iddestinati lejn, stallazzjonijiet, il-‘pajjiż sieħeb’ għandu jinftiehem bħala dak fejn hi stabbilita l-persuna naturali jew legali responsabbli mill-użu kummerċjali tal-istallazzjoni inkwistjoni.”

(13)

L-Artikolu 31 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 31

1.   Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika dwar il-kummerċ ma' pajjiżi mhux membri li tkopri dan li ġej:

(a)

id-dħul ta’ vettura spazjali fit-territorju statistiku tal-Komunità jew il-ħruġ mit-territorju statistiku tal-Komunità minħabba operazzjonijiet bil-ħsieb li jwasslu, jew inkella b’segwitu, għall-ipproċessar skont il-kuntratt;

(b)

it-tfigħ fl-ispazju ta' vettura spazjali li kienet suġġett ta’ trasferiment ta' pussess minn persuna naturali jew legali stabbilita f'pajjiż mhux membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru.

(c)

it-tfigħ fl-ispazju ta' vettura spazjali li kienet suġġett ta’ trasferiment ta' pussess minn persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat mhux membru.

L-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punt (b) għandha tiġi rreġistrata bħala importazzjoni fl-Istat Membru fejn hu stabbilit il-possessur il-ġdid.

L-operazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (c) għandha tiġi rreġistrata bħala esportazzjoni mill-Istat Membru fejn inbniet il-vettura spazjali sħiħa.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ‘l-ipproċessar’ għandu jitqies bħala li jkopri biss l-operazzjonijiet li jimmiraw li jipproduċu vettura spazjali tal-ajru ġdid/a jew inkella wieħed tassew irranġat.

2.   Il-prospett ta' kull xahar dwar l-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, li jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandu jinkludi d-dejta li ġejja:

(a)

il-kodiċi li tikkorrispondi mas-sottodiviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda;

(b)

il-kodiċi tal-pajjiż sieħeb;

(c)

il-proċedura statistika;

(d)

il-kwantità f'massa netta u f'unitajiet supplimentari;

(e)

il-valur statistiku bħala l-valur tal-vettura spazjali ‘ex-works’ skont it-termini tat-twassil speċifikati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punt (b), ‘il-pajjiż sieħeb’ għandu jiġi ddeterminat skond il-kriterji li ġejjin:

fil-każ tat-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), ‘il-pajjiż sieħeb’ għandu jkun il-pajjiż mhux membru tal-oriġini tal-vettura spazjali li tidħol fit-territorju statistiku tal-Komunità u l-pajjiż ta’ destinazzjoni għall-vettura spazjali li tħalli t-territorju statistiku tal-Komunità.

għall-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b), ‘il-pajjiż sieħeb’ huwa l-pajjiż fejn inbniet il-vettura spazjali sħiħa.

għall-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(c), ‘il-pajjiż sieħeb’ huwa l-pajjiż fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha jsir it-trasferiment tal-pussess tal-vettura spazjali.

3.   Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun ix-xahar li fih isir il-moviment, fil-każ ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), jew inkella li fih isir it-trasferiment tal-pussess, fil-każ ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b) u (c).”

(14)

Fit-Titolu II, fl-Artikolu 31, jiżdiedu l-Kapitoli (9) u (10) li ġejjin:

“KAPITOLU 9

Elettriku u gass

Artikolu 31a

Barra mis-sorsi ta’ dejta stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu li l-informazzjoni rilevanti għal-monitoraġġ tal-fluss tal-kummerċ tal-elettriku u l-gass bejn l-Istat Membru li qed jirrapporta u l-pajjiżi mhux membri tiġi pprovduta direttament mill-operaturi stabbiliti fl-Istat Membru li qed jirrapporta li jipposjedu jew li joperaw in-netwerk nazzjonali ta' trażmissjoni għall-elettriku u l-gass.

KAPITOLU 10

Prodotti tal-baħar

Artikolu 31b

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘prodotti tal-baħar’ tirreferi għall-prodotti tas-sajd, minerali, salvataġġ u l-prodotti l-oħra kollha li jkunu għadhom ma tniżżlux l-art minn bastimenti tat-tbaħħir.

2.   L-istatistika tal-kummerċ estern li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni għandha tkopri t-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tniżżil fl-art tal-prodotti tal-baħar fil-portijiet tal-Istat Membru li qed jirrapporta, jew il-kisba tagħhom minn bastimenti rreġistrati fi Stat Membru mingħand bastimenti rreġistrati f’pajjiż mhux membru, b’dawn it-tranżazzjonijiet jitqiesu bħala importazzjonijiet.

(b)

it-tniżżil fl-art tal-prodotti tal-baħar fil-portijiet ta’ pajjiż mhux membru minn bastiment irreġistrat fl-Istat Membru li qed jirraporta, jew il-kisba tagħhom minn bastimenti rreġistrati f’pajjiż mhux membru mingħand bastimenti rreġistrati fi Stat Membru, b’dawn it-tranżazzjonijiet jitqiesu bħala esportazzjonijiet.

3.   Il-prospetti ta' kull xahar dwar it-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, li jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandhom jinkudi d-dejta li ġejja:

(a)

il-kodiċi li tikkorrispondi mas-sottodiviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda;

(b)

il-kodiċi tal-pajjiż sieħeb, jiġifieri:

fir-rigward tal-importazzjoni, il-pajjiż mhux membru fejn hu rreġistrat il-bastiment li qabad il-prodott tal-baħar

fir-rigward tal-esportazzjoni, il-pajjiż mhux membru fejn ikun tniżżel l-art il-prodott tal-baħar jew fejn hu rreġistrat il-bastiment li kiseb il-prodott tal-baħar;

(c)

il-proċedura statistika;

(d)

il-kwantità f'massa netta;

(e)

il-valur statistiku.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għal sorsi ta’ dejta barra minn dawk stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, inkluż l-aċċess għal informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet ta’ bastimenti nazzjonali rreġistrati dwar prodotti tal-baħar li tniżżlu l-art f’pajjiżi mhux membri.”

(15)

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14.

(3)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.


ANNESS

L-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000 jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta’ oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2, esklużi mill-istatistika marbuta mal-kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi mhux membri, li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (il-Eurostat)

Ma għandhiex tinġabar dejta għall-oġġetti li ġejjin:

(a)

mezzi ta' pagamenti li huma f'munita legali, u sigurtajiet;

(b)

deheb monetarju;

(c)

(ċ) għajnuna ta' emerġenza f'firxiet ta' art ta' diżastru;

(d)

minħabba n-natura diplomatika jew simili fl-użu maħsub għalihom:

1.

oġġetti li jibbenefikaw minn immunità diplomatika u konsulari jew simili;

2.

rigali lill-Kap tal-Istat jew lil membri tal-gvern jew parlamentari;

3.

oġġetti li jiġu ċċirkolati fil-qafas ta' għajnuna amministrattiva reċiproka;

(e)

sakemm ma jkunux is-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali:

1.

dekorazzjonijiet, unuri onorarji u premijiet, simboli kommemorattivi u midalji;

2.

tagħmir tal-ivvjaġġar, proviżjon u oġġetti oħra, inkluż tagħmir sportiv, maħsub għall-użu personali jew għall-konsum li jakkompanja, jippreċedi jew isegwi lill-vjaġġatur;

3.

ilbiesi tal-għarusa, oġġetti involuti fil-bdil ta' djar, jew oġġetti prezzjużi miruta;

4.

twiebet, urni funerarji, oġġetti ornamentali funerarji u oġġetti għaż-żamma fi stat tajjeb ta' oqbra u monumenti funerarji;

5.

materjal stampat ta' pubbliċità, struzzjonijiet dwar l-użu, listi tal-prezzijiet u oġġetti oħra ta' pubbliċità;

6.

oġġetti li jkunu ħarġu mill-użu, jew li ma jistgħux jintużaw għal skopijiet industrijali;

7.

saborra;

8.

bolli tal-posta;

9.

prodotti farmaċewtiċi użati f’avvenimenti sportivi internazzjonali;

(f)

prodotti użati bħala parti minn miżuri komuni eċċezzjonali għall-protezzjoni tal-persuni jew tal-ambjent;

(g)

oġġetti li huma suġġetti ta' traffikar mhux kummerċjali bejn persuni residenti f'zoni ta' fruntiera ddefiniti mill-Istati Membri (traffiku tal-fruntiera); prodotti miksuba minn produtturi agrikoli fuq proprjetajiet lokati barra minn, iżda jmissu, mat-territorju statistiku li fih ikollhom l-impriża prinċipali tagħhom;

(h)

jekk il-kummerċ huwa temporanju, l-oġġetti importati u esportati għat-tiswija ta' mezzi tat-trasport, kontejners u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-trasport, imma li ma jaqgħux taħt l-arranġamenti ta' pproċessar, u partijiet mibdula waqt it-tiswijiet;

(i)

oġġetti esportati lill-forzi armati nazzjonali stazzjonati ’l barra mit-territorju statistiku kif ukoll oġġetti impurtati li ttieħdu ’l barra mit-territorju statistiku mill-forzi armati nazzjonali, kif ukoll oġġetti akkwistati jew meqruda fuq it-territorju statistiku ta' Stat Membru minn forzi armati barranija li jkunu stazzjonati fih;

(j)

oġġetti użati bħala li jġorru informazzjoni bħalma huma diski floppy, tapes tal-kompjuter, films, pjanti (disinji), tapes tal-awdjo u tal-video, CD-ROMs li huma negozjati sabiex jipprovdu informazzjoni, fejn maħduma fuq ordni għal klijent partikolari jew fejn ma humiex suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali, kif ukoll oġġetti li jikkumplimentaw kunsinna preċedenti, pereżempju aġġornament, u li għalihom min jirċievi ma jingħatax fattura;

(k)

pjattaformi li minnhom jintefgħu s-satelliti:

fir-rigward l-esportazzjoni u l-importazzjoni sakemm jintefgħu fl-ispazju;

fil-ħin tat-tfigħ fl-ispazju;

(l)

oġġetti għat-tiswija u għal warajha, u l-partijiet inkorporati ta’ tibdil. Tiswija tinkludi r-restawr ta’ oġġetti għall-funzjoni jew għall-kundizzjoni oriġinali tagħhom. L-għan ta’ din l-operazzjoni hija sempliċement li l-oġġett jinżamm f'ordni operattiva; dan jista’ jinvolvi xi bini mill-ġdid jew xi titjib iżda bl-ebda mod ma jbiddel in-natura tal-oġġett;

(m)

L-oġġetti għal użu temporanju, u wara dan l-użu, sakemm jiġu osservati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

mhu ppjanat jew magħmul ebda pproċessar,

2.

it-tul ta’ żmien mistenni tal-użu temporanju mhuwiex itwal minn 24 xahar.

ANNESS II

Lista tat-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13(2)

A

B

1.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu trasferiment ta’ pussess, attwali jew maħsub, bi ħlas (finanzjarju jew xort’oħra) (ħlief it-tranżazzjonijiet mniżżla taħt 2, 7, 8) (1)  (2)  (3).

1.

B’mod komplet/xiri/bejgħ (2)

2.

Provvista għall-bejgħ wara approvazzjoni jew wara proċess legali, għall-kunsinjar jew bl-intermedjazzjoni ta’ aġent ta’ kummissjoni

3.

Kummerċ bit-tpartit (kumpens bl-istess mod)

4.

Xirjiet personali mill-vjaġġaturi

5.

Kiri finanzjarju (kiri-bejgħ) (3)

2.

Għoti lura ta’ oġġetti wara r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjoni oriġinali skont il-kodiċi 1 (4); bdil ta’ oġġetti bla ħlas (4)

1.

Għoti lura ta’ oġġetti

2.

Bdil ta’ oġġetti mogħtija lura

3.

Bdil (p.e. fi żmien il-garanzija) għal oġġetti li mhux se jingħataw lura

3.

Tranżazzjonijiet (mhux temporanji) li jinvolvu t-trasferiment tal-pussess iżda mingħajr kumpens (finanzjarju jew ieħor)

1.

Oġġetti mwassla skont programmi ta’ għajnuna mħaddma jew iffinanzjati parzjalment jew b’mod sħiħ mill-Komunità Ewropea

2.

Twassil ieħor ta’ għajnuna ġenerali mill-gvern

3.

Twassil ieħor ta’ għajnuna (individwi jew organizzazzjonijiet nongovernattivi)

4.

Oħrajn

4.

Operazzjonijiet bil-ħsieb ta’ pproċessar skont il-kuntratt (5) (ħlief dawk irreġistrati taħt 7)

 (8)

5.

Operazzjonijiet wara l-ipproċessar skont il-kuntratt (5) (ħlief dawk irreġistrati taħt 7)

 (8)

6.

Tranżazzjonijiet partikulari kkodifikati għal skopijiet nazzjonali (6)

 (8)

7.

Operazzjonijiet skont proġetti ta’ difiża konġunta jew programmi oħra ta’ produzzjoni intergovernattiva konġunta

 (8)

8.

Provvista ta’ bini ta’ materjali jew tagħmir għal xogħlijiet li huma parti minn kuntratt ta’ kostruzzjoni ġenerali jew inġinerija (7)

 (8)

9.

Tranżazzjonijiet oħra

 (8)


(1)  Dan il-punt ikopri l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet, jiġifieri tranżazzjonijiet f’liema rigward:

il-pussess huwa ttrasferit minn residenti għal nonresidenti u

il-ħlas jew il-kumpens bl-istess mod sar jew se jsir.

Innota li dan jgħodd ukoll għal movimenti bejn entitajiet li jappartjenu lill-istess intrapriża jew lill-istess grupp ta’ intrapriżi u għal movimenti lejn/minn deposti ċentrali ta’ distribuzzjoni, sakemm ma jkun sar ebda ħlas jew kumpens ieħor (inkella jkunu koperti mill-kodiċi 3)

(2)  Inklużi l-partijiet u bdil ieħor bi ħlas.

(3)  Inkluż il-kiri finanzjarju: il-pagamenti ta’ kiri huma maħduma b’mod li jkopri l-valur kollu, jew kważi, tal-oġġetti. Ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess huma ttrasferiti lil min qed jikri. Fl-aħħar tal-kuntratt, min qed jikri jsir is-sid legali tal-oġġetti.

(4)  Id-dispaċċ tal-oġġetti li jkunu ngħataw lura jew inbidlu oriġinarjament irreġistrat taħt il-punti minn 3 sa 9 tal-Kolonna A għandu jkun rreġistrat skond il-punti korrispondenti.

(5)  L-ipproċessar ikopri operazzjonijiet (trasformazzjoni, kostruzzjoni, assemblaġġ, titjib, rinnivazzjoni …) bil-għan li jiġi prodott oġġett ġdid jew wieħed tassew irranġat. Dan mhux neċessarjament jinvolvi bidla fil-klassifikazzjoni tal-prodott. Ativitajiet ta’ pproċessar bl-inizjattiva ta' proċessur stess mhumiex koperti b'dan il-punt u għandhom ikunu rreġistrati taħt il-punt 1 ta' kolonna A.

Oġġetti għall-ipproċessar, jew ta’ wara dan, għandhom ikunu rreġistrati bħala importazzjonijiet u esportazzjonijiet.

Madankollu, tiswija ma għandhiex tkun irreġistrata taħt din il-pożizzjoni. Tiswija tinkludi r-restawr ta’ oġġetti għall-funzjoni jew għall-kundizzjoni oriġinali tagħhom. L-għan ta’ din il-ħidma hija sempliċement li l-merkanzija tinżamm f'ordni operattiva; dan jista’ jinvolvi xi bini mill-ġdid jew xi titjib iżda bl-ebda mod ma jista’ jbiddel in-natura tal-merkanzija.

Oġġetti għat-tiswija, jew għal wara din, huma esklużi mill-istatistika esterna. Ara l-Anness I (1).

(6)  It-tranżazzjonijiet irreġistrati taħt din il-pożizzjoni jistgħu jkunu, p.e.: tranżazzjonijiet li ma jinvolvux trasferiment ta’ pussess, p.e. tiswija, kiri, self, kiri operattiv u użi temporanji oħra, ħlief l-ipproċessar skont il-kuntratt (twassil jew għoti lura). Tranżazzjonijiet irreġistrati b’dan il-kodiċi ma għandhomx jintbagħtu lill-Kummissjoni.

(7)  It-tranżazzjonijiet irreġistrati taħt il-punt 8 tal-kolonna A jinvolvu oġġetti li mhumiex fatturati separatament, iżda li għalihom tingħamel fattura waħda li tkopri l-valur totali tax-xogħlijiet. Fejn dan ma jgħoddx, it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati skont il-punt 1.

(8)  In-numri ta’ kodiċi għal għanijiet nazzjonali jistgħu jinġabru fil-kolonna B sakemm in-numri tal-kodiċi tal-kolonna A biss jingħaddu lill-Kummissjoni.


Top