EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1864

1864/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2005 tal- 15 ta’ Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju Nru 1 u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità Nri 32 u 39 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 299, 16.11.2005, p. 45–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 306M, 15.11.2008, p. 389–401 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 049 P. 200 - 212
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 049 P. 200 - 212

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1864/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

389


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1864/2005

tal-15 ta’ Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju Nru 1 u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità Nri 32 u 39

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kienu adottati l-istandards internazzjonali u l-interpretazzjonijiet kollha li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002 minbarra l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32, l-IAS 39 u l-interpretazzjonijiet relatati. Fil-każijiet ta’ l-IAS 32 u l-IAS 39, il-grad ta’ emendar kien ikkunsidrat tant importanti li kien ikkunsidrat mhux xieraq li jkunu adottati l-verżjonijiet ta’ dawn l-istandards li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2003 l-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (l-IASB) ippubblika l-IAS 39 rivedut Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl bħala parti mill-inizjattiva ta’ l-IASB biex itejjeb ħmistax-il standard fil-ħin biex dawn jintużaw mill-kumpaniji li jkunu qegħdin jadottaw l-IAS għall-ewwel darba fl-2005. L-għan ta’ din ir-reviżjoni kien li jkun hemm aktar titjib fil-kwalità u l-konsistenza tal-korp ta’ l-IASs eżistenti.

(3)

L-IAS 39 kif rivedut f’Diċembru 2003 introduċa għażla li ppermettiet lill-entitajiet jindikaw b’mod irrevokabbli fuq rikonoxximent inizjali kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala wieħed imkejjel fuq valur ġust bil-qligħ u t-telf rikonoxxuti bħala profitt jew telf (l-“Opzjoni tal-Valur Ġust” is-sħiħa). Madankollu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-kontrolluri prudenti rrappreżentati fil-Kumitat ta’ Basel kif ukoll ir-regolaturi tas-sigurtà esprimew tħassib li opzjoni mhux limitata tal-valur ġust tista’ tintuża b’mod mhux xieraq, b’mod partikolari għal strumenti finanzjarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija nnifisha.

(4)

L-IASB għaraf dan it-tħassib u għalhekk ippubblika Abbozz għad-Diskussjoni fil-21 ta’ April ta’ l-2004 li jipproponi emenda għall-IAS 39 sabiex jillimita l-ambitu ta’ l-opzjoni tal-valur ġust.

(5)

Sabiex ikollha gwida sostanzjali ta’ kontabilità dwar strumenti finanzjarji fil-ħin għall-applikazzjoni fl-2005, il-Kummissjoni approvat l-IAS 39 bl-esklużjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati ma’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust u l-kontabilità tal-hedges, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2004 tad-19 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-adozzjoni ta’ ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-inserzjoni ta’ l-IAS 39 (3). Il-Kummissjoni ikkunsidrat din l-esklużjoni bħala eċċezzjonali u ta’ natura temporanja sakemm ikunu riżolti kwistjonijiet pendenti permezz ta’ aktar konsultazzjoni u diskussjoni.

(6)

Fid-dawl tal-kummenti riċevuti għall-Abbozz għad-Diskussjoni ppubblikat fil-21 ta’ April 2004 u aktar diskussjonijiet, b’mod partikolari mal-BĊE u l-Kumitat ta’ Basel, kif ukoll permezz ta’ serje ta’ forums mal-partijiet interessati f’Marzu 2005, l-IASB ippubblika fis-16 ta’ Ġunju 2005, Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust.

(7)

L-IAS 39 rivedut jillimita l-applikazzjoni ta’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust għal sitwazzjonijiet fejn din tirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li tneħħi jew tnaqqas b’mod sinifikanti kejl jew inkonsistenza ta’ rikonoxximent (“tlaqqigħ ħażin tal-kontabilità”); jew grupp ta’ assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma jiġu amministrati skond ġestjoni tar-riskju jew strateġija ta’ investiment dokumentata. Flimkien ma’ dan, l-Opzjoni tal-Valur Ġust riveduta tippermetti kuntratt intier ikkombinat li fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar li jiġu indikati bħala assi jew obbligazzjoni finanzjarju b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’ċerti ċirkustanzi. B’konsegwenza ta’ dan, l-applikazzjoni ta’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust riveduta hija limitata għal każijiet fejn ċerti prinċipji jew ċirkustanzi għandhom jiġu rrispettati. Fl-aħħar, l-applikazzjoni għandha tkun appoġġata bi żvelar xieraq.

(8)

Għalhekk, għandhom jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ l-opzjoni tal-valur ġust għal obbligazzjonijiet finanzjarji, li kienu esklużi taħt ir-Regolament (KE) Nru 2086/2004. Barra dan, l-opzjoni tal-valur ġust sħiħa fir-rigward ta’ assi finanzjarji kif approvata bir-Regolament (KE) Nru 2086/2004 għandha wkoll tkun soġġetta għal approċċ ibbażat fuq il-prinċipji.

(9)

L-IASB jagħraf li għal skopijiet ta’ superviżjoni prudenzjali, l-istandard rivedut ma jipprevenix lill-kontrolluri prudenzjali milli jevalwaw is-severità tal-prassi tal-kejl tal-valur ġust ta’ istituzzjoni finanzjara regolata u r-robustezza tal-bażi ta’ l-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskju, il-politiki u l-prassi tagħha u milli tittieħed azzjoni xierqa. Barra dan, l-IASB jaqbel li ċertu żvelar jassisti lill-kontrolluri prudenzjali fl-evalwazzjoni tagħhom tar-rekwiżiti kapitali. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ qligħ mid-deterjorament tal-qagħda ta’ kreditu proprju li għandu jiġi studjat aktar fil-kuntest ta’ titjib usa’ ta’ l-IAS 39. Il-Kummissjoni għalhekk ser tosserva l-effetti futuri ta’ l-Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust u teżamina l-applikazzjoni tiegħu fl-ambitu tar-Reviżjoni deskritta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(10)

L-adozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 u għall-IAS 32 sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-istandards ikkonċernati tal-kontabilità.

(11)

Fid-dawl ta’ l-approċċ ġdid ibbażat fuq il-prinċipji għall-opzjoni tal-valur ġust u l-bżonn ta’ dawk li jaddottawh għall-ewwel darba li jipprovdu rapporti finanzjarji inizjali b’mod aktar sinifikattiv u informazzjoni komparattiva, huwa xieraq li jsir provvediment għall-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament sa mill-1 ta’ Jannar 2005.

(12)

Il-konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi f’dan il-qasam tikkonferma li l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, u b’mod partikolari l-ħtieġa li dawn iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(14)

Il-miżuri li hemm provvedimenti dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 huwa emendat kif stabbilit fil-punt A ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament;

2.

It-test ta’ “L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust” kif stabbilit fil-punt B ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament, jiġi miżjud ma’ l-IAS 39.

3.

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 u IAS 32 huma emendati kif stabbilit fil-punt B ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 211/2005 (ĠU L 41, 11.2.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 363, 9.12.2004, p. 1.


ANNESS

A.   Standard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 35 jiddaħħal it-test li ġej:

“Jekk l-assi trasferit jitkejjel b’valur amortizzat, l-opzjoni f’dan l-Istandard li tindika obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ma tapplikax għall-obbligazzjoni assoċjata.”

(b)

fl-Appendiċi A, Gwida għall-Applikazzjoni, it-test ta’ l-AG 31 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Eżempju ta’ strument ibridu huwa strument finanzjarju li jagħti lill-possessur id-dritt li jagħti l-istrument finanzjarju lura lil min ħarġu bi skambju għal ammont ta’ flus kontanti jew assi finanzjarji oħra li jvarja fuq il-bażi tal-bidla f’indiċi ta’ l-ekwità jew tal-prodotti essenzjali li jista’ jiżdied jew jonqos (‘strument li jista’ jkun rimborżat’). Sakemm min ħarġu fuq rikonoxximent inizjali ma jindikax l-istrument li jista’ jkun rimborżat bħala obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jeħtieġ li jiġi sseparat derivattiv inkorporat (jiġifieri il-ħlas prinċipali indiċjat) taħt il-paragrafu 11 minħabba li l-kuntratt tal-possessur huwa strument ta’ dejn taħt il-paragrafu AG27 u l-ħlas prinċipali indiċjat m’huwiex relatat mill-qrib ma’ strument ta’ dejn tal-possesur taħt il-paragrafu AG 30(a). Minħabba li l-ħlas prinċipali jista’ jiżdied jew jonqos, id-derivattiv inkorporat huwa derivattiv mingħajr opzjoni li l-valur tiegħu huwa indiċjat ma’ l-ammont varjabbli li fuqu huwa bbażat.”

B.   It-test li ġej jiżdied ma’ l-IAS 39:

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS Nru

Titlu

“IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl biż-żieda tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-opzjoni tal-valur ġust

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkopjar għall-finijiet ta’ użu personali jew skopijiet ġusti oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org.uk

EMENDI GĦALL-ISTANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

L-OPZJONI TAL-VALUR ĠUST

Dan id-dokument jistabbilixxi emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (IAS 39). L-emendi huma relatati ma’ proposti li kienu inkorporati fl-Abbozz għad-Diskussjoni ta’ Emendi Proposti għall-IAS 39 — L-Opzjoni tal-Valur Ġust ippubblikat f’April 2004.

Entitajiet għandhom japplikaw l-emendi kif stipulat f’dan id-dokument għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara.

Fil-paragrafu 9, parti (b) tad-definizzjoni ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jinbidel, kif ġej.

DEFINIZZJONIJIET

9.   

Definizzjonijiet ta’ Erba’ Kategoriji ta’ Strumenti Finanzjarji

Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jissodisfa waħda miż-żewġ kundizzjonijet li ġejjin.

(a)

(b)

Fuq rikonoxximent inizjali jkun indikat mill-entità bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. L-entità tista’ tuża din l-indikazzjoni biss fejn huwa permess mill-paragrafu 11A, jew fejn meta jsir dan jirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li

(i)

hija telimina jew tnaqqas sinifikament kejl jew inkonsistenza ta’ rikonoxximent (xi drabi nirreferu għaliha bħala “tlaqqigħ ħażin ta’ kontabilità”) li kieku tirriżulta mill-kejl ta’ assi jew obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u tat-telf fuqhom fuq bażi differenti; jew

(ii)

grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn ikun amministrat u r-rendiment tiegħu jkun evalwat fuq bażi ta’ valur ġust, skond ġestjoni tar-riskji jew strateġija ta’ investiment dokumentata, u informazzjoni dwar il-grupp tiġi pprovduta internament fuq dik il-bażi lill-persunal tat-tmexxija prinċipali ta’ l-entità (kif definit fl-IAS 24 Żvelar minn Entitajiet Konnessi (kif rivedut fl-2003)), per eżempju lill-bord tad-diretturi u l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ l-entità.

Fl-IAS 32, il-paragrafi 66, 94 u AG40 jeħtieġu li l-entità tipprovdi żvelar dwar assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li hija indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, inkluż kif issodisfat dawn il-kundizzjonijiet. Għal strumenti li jikkwalifikaw skond (ii) hawn fuq, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrattiva ta’ kif l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf hija konsistenti mal-ġestjoni tar-riskji jew l-istrateġija ta’ investiment dokumentata ta’ l-entità.

Investimenti fi strumenti azzjonarji li m’għandhomx prezz ikkwotat fis-suq f’suq attiv, u li l-valur ġust tagħhom ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli (ara l-paragrafu 46(C) u l-Appendiċi A l-paragrafi AG80 u AG81), ma jistgħux jiġu indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Għandu jiġi nnutat li l-paragrafi 48, 48A, 49 u l-Appendiċi A il-paragrafi A69-AG82, li jistipulaw ir-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat kejl affidabbli tal-valur ġust ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, japplikaw b’mod ugwali għall-oġġetti kollha li jitkejlu b’valur ġust, kemm jekk b’indikazzjoni kif ukoll jekk xort’oħra, jew li l-valur ġust tagħhom huwa żvelat.

Il-paragrafu 11A jiżdied, kif ġej.

DERIVATTIVI INKORPORATI

11A.    Minkejja l-paragrafu 11, jekk kuntratt fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, l-entità tista’ tindika l-kuntratt ibridu (kkombinat) intier bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf sakemm:

(a)

id-derivattiv(i) inkorporat(i) ma jibdilx/jibdlux b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus kontanti li kieku jkunu rekwiżiti mill-kuntratt; jew

(b)

jidher ċar bi ftit analiżi jew mingħajr ebda analiżi meta strument ibridu (ikkombinat) simili jiġi kkunsidrat għall-ewwel darba li s-separazzjoni tad-derivattiv(i) inkorporat(i) hija pprojbita, bħal opzjoni ta’ ħlas bil-quddiem inkorporata f’self li tippermetti lill-possesur li jħallas bil-quddiem is-self għal bejn wieħed u ieħor l-ispejjeż amortizzati.

Il-paragrafi 12 u 13 huma emendati, kif ġej.

12.    Jekk entità hija meħtieġa b’dan l-Istandard li tissepara derivattiv inkorporat mill-kuntratt possessur, iżda ma tistax tkejjel id-derivattiv inkorporat separatment jew ma’ l-akkwist jew f’data sussegwenti ta’ rappurtaġġ finanzjarju, hija għandha tindika l-kuntratt ibridu (ikkombinat) intier bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

13.   Jekk entità ma tistax tiddetermina b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivattiv inkorporat fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha (pereżempju, minħabba li d-derivattiv inkorporat huwa bbażat fuq strument azzjonarju mhux ikkwotat), il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat huwa d-differenza bejn il-valur ġust ta’ l-istrument ibridu (ikkombinat) u l-valur ġust tal-kuntratt possessur, jekk dawk jistgħu jiġu ddeterminati taħt dan l-Istandard. Jekk l-entità ma tistax tiddetermina l-valur ġust tad-derivattiv inkorporat billi tuża dan il-metodu, japplika l-paragrafu 12 u l-istrument ibridu (ikkombinat) jiġi indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Il-paragrafu 48A jiżdied, kif ġej.

KUNSIDERAZZJONIJIET TA’ KEJL TAL-VALUR ĠUST

48A.   L-aħjar evidenza ta’ valur ġust huma l-prezzijiet ikkwotati f’suq attiv. Jekk is-suq għal strument finanzjarju mhux attiv, entità tistabbilixxi valur ġust billi tuża teknika ta’ valutazzjoni. L-oġġettiv ta’ l-użu ta’ teknika ta’ valutazzjoni huwa biex jiġi stabbilit x’kien ikun il-prezz tat-tranżazzjoni fid-data tal-kejl fi tranżazzjonijiet tas-suq immotivati minn kunsiderazzjonijiet ta’ negozju normali. Tekniki ta’ valutazzjoni jinkludu l-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq miftiehma riċentement bejn partijiet infurmati tajjeb u disposti, jekk disponibbli, referenza għall-valur ġust ta’ strument ieħor li huwa sostanzjalment l-istess, analiżi tal-flussi ta’ flus kontanti mraħħsa u mudelli ta’ pprezzar ta’ opzjonijiet. Jekk hemm teknika ta’ valutazzjoni li tintuża b’mod komuni mill-parteċipanti fis-suq biex tipprezza l-istrument u dik it-teknika uriet li tipprovdi estimi affidabbli tal-prezzijiet attwalment miksuba fi tranżazzjonijiet tas-suq, l-entità tuża dik it-teknika. It-teknika ta’ valutazzjoni magħżula tagħmel użu massimu mit-tidħil tas-suq u tiddependi mill-inqas fuq tidħil speċifiku ta’ l-entità. Hija tinkorpora l-fatturi kollha li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jiffissaw prezz u hija konsistenti ma’ metodoloġiji ekonomiċi aċċettati għall-ipprezzar ta’ strumenti finanzjarji. Perjodikament, entità tikkalibra t-teknika ta’ valutazzjoni u tittestjaha għall-validità billi tuża prezzjijiet minn kwalunkwe tranżazzjonijiet kurrenti tas-suq li jiġu osservati fl-istess strument (jiġifieri mingħajr modifiki jew ippakkjar mill-ġdid) jew ibbażati fuq kwalunkwe data tas-suq disponibbli li tiġi osservata.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Il-paragrafu 105 huwa emendat u l-paragrafi 105A-105D jiżdiedu, kif ġej.

105.    Meta dan l-Istandard jiġi applikat għall-ewwel darba, entità għandha l-permess li tindika assi finanzjarju li kien rikonoxxut qabel bħala disponibbli għall-bejgħ. Għal kwalunkwe assi finanzjarju bħal dan l-entità għandha tirrikonoxxi l-bidliet kumulattivi kollha fil-valur ġust f’komponent separat ta’ ekwità sakemm sussegwentement jitneħħa r-rikonoxximent jew ikun hemm deterjorament, meta l-entità għandha titrasferixxi dak il-qligħ jew it-telf kumulattiv għal profitt jew telf. L-entità għandha wkoll:

(a)

tiddikjara mill-ġdid l-assi finanzjarju billi tuża l-indikazzjoni l-ġdida fir-rapporti fianazjarji komparattivi; u

(b)

tiżvela l-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifika u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

105A.    Entità għandha tapplika l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar kmieni hija mħeġġa.

105B.    Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006

(a)

għandha permess, meta dawk il-paragrafi l-ġodda u l-emendati jiġu applikati għall-ewwel darba, li tindika skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxut minn qabel li mbagħad ikun jikkwalifika għal indikazzjoni bħal din. Meta l-perjodu annwali jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn m’hemmx għalfejn jitlestew sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn il-bidu ta’ dak il-perjodu annwali u l-1 ta’ Settembru 2005. Minkejja l-paragrafu 91, kwalunkwe assi finanzjarju u obbligazzjonijiet finanzjarji indikati skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skond dan is-sottoparagrafu li qabel kienu indikati bħala element hedged f’relazzjonijiet hedged tal-kontabilità b’valur ġust, għandhom jitneħħew mill-indikazzjoni minn dawk ir-relazzjonijiet fl-istess ħin li huma jiġu indikati skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

(b)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati f’konformità mas-sottoparagrafu (a) fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifika u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

(c)

għandha tneħħi l-indikazzjoni ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien indikat skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk ma jikkwalifikax għal tali indikazzjoni f’konfomità ma’ dawk il-paragrafi l-ġodda u l-emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja ser jitkejjel fl-ispiża amortizzata wara t-tneħħija ta’ l-indikazzjoni, id-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni hija meqjusa bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali tiegħu.

(d)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjonijiet finanzjarji mneħħija mill-indikazzjoni f’konformità mas-sottoparagrafu (c) fid-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni u l-klassifiki l-ġodda taghhom.

105C.    Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perjodu annwali tagħha li jibda fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara

(a)

għandha tneħħi l-indikazzjoni ta’ kull assi fianazjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk ma jikkwalifikax għal indikazzjoni bħal din f’konformità ma’ dawk il-paragrafi ġodda jew emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja ser jitkejjel fl-ispiża amortizzata wara t-tneħħija ta’ l-indikazzjoni, id-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni hija meqjusa bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali tiegħu.

(b)

m’għandhiex tindika bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien rikonoxxut.

(c)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mneħħi mill-indikazzjoni f’konformità mas-sottoparagrafu (a) fid-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni u l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tagħhom.

105D.    Entità għandha tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji komparattivi billi tuża l-indikazzjonijiet il-ġodda fil-paragrafu 105B jew 105C sakemm, fil-każ ta’ assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma, indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, dawk l-oġgetti jew il-gruppi jkunu ssodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fil-bidu tal-perjodu komparattiv jew, jekk akkwistat wara l-bidu tal-perjodu komparattiv, ikunu laħqu l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fid-data tar-rikonoxximent inizjali.

Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG4B-AG4K jiżdiedu, kif ġej.

Appendiċi A

Gwida għall-Applikazzjoni

DEFINIZZJONIJIET (paragrafi 8 u 9)

Indikazzjoni bħala b’Valur Ġust permezz ta’ Profitt jew Telf

AG4B.   Il-paragrafu 9 ta’ dan l-Istandard jippermetti entità biex tindika assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta’ strumenti finanzjarji (assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li meta dan isir jirriżulta f’aktar informazzjoni rilevanti.

AG4C.   Id-deċiżjoni ta’ entità li tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jixbah lil opzjoni politika tal-kontabilità (għalkemm, għall-kuntrarju ta’ opzjoni politika tal-kontabilità, mhix meħtieġa li tiġi applikata b’mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet simili kollha). Meta entità għandha opzjoni bħal din, il-paragrafu 14(b) ta’ l-IAS 8 Politika tal-Kontabilità, Bdil fl-Estimi tal-Kontabilità u Żbalji jeħtieġ li l-politika magħżula twassal għal rapporti finanzjarji li jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti ta’ tranżazzjonjiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra dwar il-qagħda finanzjarja ta’ l-entità, ir-rendiment finanzjarju jew il-flussi ta’ flus kontanti. Fil-każ ta’ indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, il-paragrafu 9 jistipula ż-żewġ ċirkustanzi meta tkun sodisfatta l-ħtieġa għal aktar informazzjoni rilevanti. Skond dan, biex tingħażel indkazzjoni bħal din skond il-paragrafu 9, l-entità jkollha bżonn turi li hija taqa’ taħt waħda (jew it-tnejn) minn dawn iż-żewġ ċirkustanzi.

Paragrafu 9(b)(i): L-indikazzjoni telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti inkostistenza ta’ kejl jew rikonoxximent li kieku kienet tinħoloq

AG4D.   Taħt l-IAS 39, kejl ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja u klassifika ta’ bidliet rikonoxxuti fil-valur tiegħu huma ddeterminati mill-klassifika ta’ l-oġġett u jekk l-oġġett jagħmilx parti minn relazzjoni hedged indikata. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu joħolqu inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent (xi drabi msejjaħ bħala “tlaqqigħ ħażin ta’ kontabilità”) meta, pereżempju, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, assi finanzjarju jkun ikklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ (bl-aktar tibdil fil-valur ġust rikonoxxut direttament fl-ekwità) u obbligazzjoni li l-entità tikkunsidra li huwa relatat ikun imkejjel bħala spiża amortizzata (bit-tibdil fil-valur ġust mhux rikonoxxut). F’ċirkustanzi bħal dawn, entità tista’ tikkonkludi li r-rapporti finanzjarji tagħha jipprovdu aktar informazzjoni rilevanti jekk kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjoni kienu kklassifikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

AG4E.   L-eżempji li ġejjin juru meta tista’ tkun sodisfatta din il-kundizzjoni. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni biex tindika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk hija tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(i).

(a)

Entità għandha obbligazzjonijiet li l-flussi ta’ flus kontanti tagħhom huma bbażati fuq kuntratt fuq ir-rendiment ta’ l-assi li kieku jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ. Per eżempju, assiguratur jista’ jkollu obbligazzjonijiet li fihom fattur ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali li jħallsu benefiċċji bbażati fuq qligħ minn investimenti li huma jew m’humiex mibdula ta’ grupp speċifikat ta’ l-assi ta’ l-assiguratur. Jekk il-kejl ta’ dawk l-obbligazzjonijiet jirrifletti l-prezzijiet kurrenti tas-suq, il-klassifikazzjoni ta’ l-assi bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ifisser li tibdil fil-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji huwa rikonoxxut fi profitt jew telf fl-istess perjodu bħal tibdil relatat fil-valur ta’ l-obbligazzjonijiet.

(b)

Entità għandha obbligazzjonijiet taħt kuntratti ta’ assigurazzjoni li l-kejl taghhom jinkorpora informazzjoni kurrenti (kif permess mill-IFRS 4 Kuntratti ta’ l-Assigurazzjoni, il-paragrafu 24), u assi finanzjarji li hija tikkunsidra bħala relatati li kieku jkunu kklasssifikati bħala disponibbli għall-bejgħ jew jitkejlu bħala spiża amortizzata.

(c)

Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu riskju, bħal riskju tar-rata ta’ l-imgħax, li joħloq tibdil bil-maqlub fil-valur ġust fejn hemm tendenza li waħda tpatti għall-oħra. Madankollu, xi wħud biss mill-istrumenti jkunu mkejla b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri jkunu derivattivi, jew ikunu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju). Jista’ jkun ukoll il-każ li r-rekwiżiti għal kontabilità tal-hedges ma jiġux sodisfatti, per eżempju minħabba li r-rekwiżiti għall-effikaċja fil-paragrafu 88 m’humiex sodisfatti.

(d)

Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu riskju, bħal riskju tar-rata ta’ l-imgħax, li joħloq tibdil bil-maqlub fil-valur ġust fejn hemm tendenza li waħda tpatti għall-oħra u l-entità ma tikkwalifikax għall-kontabilità tal-hedges minħabba li ebda wieħed mill-istrumenti ma huwa derivattiv. Minbarra dan, fin-nuqqas ta’ kontabilità tal-hedges hemm inkonsistenza sinifikanti fir-rikonoxximent ta’ qligħ u telf. Per eżempju:

(i)

l-entità ffinanzjat portafoll ta’ assi b’rata fissa li kieku kienu jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ ma’ obbligazzjonijiet b’rata fissa, li t-tibdil f’valur ġust tagħhom għandu tendenza li wieħed ipatti għall-ieħor. Ir-rappurtar kemm ta’ l-assi kif ukoll ta’ l-obbligazzjonijiet b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jikkoreġi l-inkonsistenza li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta’ assi b’valur ġust bit-tibdil irrappurtat fl-ekwità u l-obbligazzjonijiet bi spiża amortizzata.

(ii)

l-entità ffinanzjat grupp speċifiku ta’ self billi ħarġet bonds innegozjati li t-tibdil f’valur ġust tagħhom għandu tendenza li wieħed ipatti għall-ieħor. Jekk, flimkien ma dan, l-entità tixtri u tbigħ regolarment il-bonds iżda rarament, jekk dan jiġri xi darba, tixtri u tbigħ is-self, ir-rappurtar kemm tas-self kif ukoll tal-bonds b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jelimina l-inkonsistenza fiż-żmien magħżul għar-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf li kieku kien jirriżulta mill-kejl tagħhom it-tnejn fi spiża amortizzata u r-rikonoxximnt ta’ qligħ jew telf kull darba li bond jinxtara mill-ġdid.

AG4F.   F’każijietjiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu preċedenti, l-indikazzjoni, fir-rikonoxximent inizjali, l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji li kieku ma kinux jitkejlu bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf tista’ telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti l-inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent u tipproduċi informazzjoni aktar rilevanti. Għal skopijiet prattiċi, l-entità m’għandhiex bżonn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għall-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent eżattament fl-istess ħin. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kull tranżazzjoni tiġi indikata bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fir-rikonoxximent inizjali tagħha u, f’dak il-ħin, kull tranżazzjoni li għad fadal mistennija li ssir.

AG4G.   Ma jkunx aċċettabbli li jkunu indikati xi wħud biss mill-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jwasslu għal inkonsistenza bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk meta jsir dan ma tkunx eliminata jew imnaqqsa b’mod sinifikanti l-inkonsistenza u għalhekk ma jwassalx għal aktar informazzjoni rilevanti. Madankollu, ikun aċċettabbli li jkunu indikati biss xi wħud minn numru ta’ assi finanzjarji simili jew obbligazzjonijiet finanzjarji simili jekk billi jsir dan jinkiseb tnaqqis sinifikanti (u possibbilment tnaqqis akbar minn indikazzjonijiet oħra permessi) fl-inkonsistenza. Pereżempju, fuq assunzjoni li entità għandha numru ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji simili li għandhom total ta’ CU100 (*) u numru ieħor ta’ assi finanzjarji simili li t-total tagħhom huwa CU50 iżda li jitkejlu fuq bażi differenti. L-entità tista tnaqqas b’mod sinifikanti l-inkostistenza fil-kejl billi tindika fir-rikonoxximent inizjali l-assi kollha iżda xi wħud biss mill-obbligazzjonijiet (per eżempju obbligazzjonijiet individwali b’total ikkombinat ta’ CU45) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Madankollu, minħabba li l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf tista’ tiġi applikata biss lill-istrument finanzjarju sħiħ, l-entità f’dan l-eżempju għandha tindika obbligazzjoni waħda jew aktar fl-intier tagħhom. Ma tistax tindika komponent ta’ obbligazzjoni (eż. tibdil fil-valur attribwibbli għal riskju wieħed biss, bħal tibdil fir-rata ta’ l-imgħax tal-punt ta’ referenza) jew proporzjon (jiġifieri perċentwal) minn obbligazzjoni.

Paragrafu 9(b)(ii): Grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn huwa amministrat u r-rendiment tiegħu evalwat fuq bażi ta’ valur ġust, skond ġestjoni tar-riskji jew strateġija ta’ investiment dokumentata

AG4H.   Entità tista’ tamministra u tevalwa r-rendiment ta’ grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn b’tali mod li l-kejl ta’ dak il-grupp b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jirriżulta f’aktar informazzjoni rilevanti. Il-punt fokali f’dan il-każ qiegħed fuq il-mod kif l-entità tamministra u tevalwa r-rendiment, aktar milli fuq in-natura ta’ l-istrumenti finanzjarji tagħha.

AG4I.   L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista’ tkun sodisfatta. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni biex tindika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(ii).

(a)

L-entità hija organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, fond reċiproku, unità fiduċjarja jew entità simili li n-negozju tagħha huwa l-investiment f’assi finanzjarji bil-ħsieb li tagħmel profitt mid-dħul totali tagħhom f’forma ta’ imgħax jew dividendi u tibdil fil-valur ġust. L-IAS 28 Investimenti f’Assoċjati u l-IAS 31 Interessi f’Intrapriżi Konġunti jippermettu li investimenti bħal dawn jiġu esklużi mill-ambitu tagħhom sakemm dawn jitkejlu b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Entità tista’ tapplika l-istess politika ta’ kontabilità għal investimenti oħrajn amministrati fuq bażi ta’ dħul totali iżda li fuqhom l-influwenza tagħha m’hijiex biżżejjed għalihom biex ikunu fl-ambitu ta’ l-IAS 28 jew l-IAS 31.

(b)

L-entità għandha assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqsmu riskju wieħed jew aktar u dawk ir-riskji huma amministrati u vvalutati fuq bażi ta’ valur ġust skond politika dokumentata ta’ ġestjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet. Eżempju ta’ dan tista’ tkun entità li ħarġet “prodotti strutturati” li fihom derivattivi inkorporati multipli u li tamministra r-riskji li jirriżultaw minnhom fuq bażi ta’ valur ġust permezz ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u mhux derivattivi. Eżempju simili ta’ dan tista’ tkun entità li toriġina self b’rata ta’ l-imgħax fissa u tamministra r-riskju tar-rata ta’ l-imgħax tal-punt ta’ referenza li jirriżulta minnu billi tuża taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u mhux derivattivi.

(c)

L-entità hija assiguratur li għandu portafoll ta’ assi finanzjarji, jamministra dak il-portafoll biex ikabbar kemm jista’ jkun id-dħul totali tiegħu (jiġifieri imgħaxijiet u dividendi u tibdil fil-valur ġust), u jevalwa r-rendiment tiegħu fuq dik il-bażi. Il-portafoll jista’ jinżamm biex isaħħaħ obbligazzjonijiet speċifiċi, l-ekwità jew it-tnejn. Jekk il-portafoll jinżamm biex isaħħaħ obbligazzjonijiet speċifiċi, il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) għall-assi tista’ tkun sodisfatta mingħajr ma jitqies jekk l-assiguratur huwiex jamministra u jevalwa l-obbligazzjonijiet fuq bażi ta’ valur ġust ukoll. Il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) tista’ tkun sodisfatta meta l-oġġettiv ta’ l-assiguratur huwa li jkabbar kemm jista’ jkun id-dħul totali fuq l-assi fuq perjodu twil ta’ żmien anke jekk l-ammonti mħallsa lill-possessuri ta’ kuntratti parteċipanti jiddependu fuq fatturi oħra bħal pereżempju l-ammonti ta’ qligħ milħuqa f’perjodu qasir (eż. fuq sena) jew huma soġġetti għad-diskrezzjoni ta’ l-assiguratur.

AG4J.   Kif innutat hawn fuq, din il-kundizzjoni sserraħ fuq il-mod kif l-entità tamministra u tevalwa r-rendiment ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji li qegħdin jiġu kkunsidrati. Skond dan, (soġġett għar-rekwiżit ta’ indikar fir-rikonoxximent inizjali) entità li tindika strumenti finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fuq il-bażi ta’ din il-kundizzjoni għandha tindika l-istrumenti finanzjarji kollha eliġibbli li huma amministrati u evalwati flimkien b’dan il-mod.

AG4K.   Id-dokumentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ l-entità m’għandhiex tkun estensiva iżda għandha tkun biżżejjed biex turi konformità mal-paragrafu 9(b)(ii). Dokumentazzjoni bħal din m’hijiex meħtieġa għal kull oġġett individwali, iżda tista’ tkun fuq bażi ta’ portafoll. Pereżempju, jekk is-sistema ta’ ġestjoni tar-rendiment għal dipartiment — kif approvata mill-persunal prinċipali ta’ tmexxija ta’ l-entità — turi biċ-ċar li r-rendiment tagħha huwa vvalutat fuq bażi ta’ dħul totali, ma hija meħtieġa ebda dokumentazzjoni oħra biex turi l-konformità mal-paragrafu 9(b)(ii).

Wara l-paragrafu AG33, jiżdiedu titlu u l-paragrafi AG33A u AG33B, kif ġej.

Strumenti li fihom Derivattivi Inkorporati

AG33A.   Meta entità issir parti minn strument ibridu (ikkombinat) li fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, il-paragrafu 11 jeħtieġ li l-entità tidentifika derivattiv inkorporat bħal dan, tevalwa jekk huwiex meħtieġ li jiġi sseparat mill-kuntratt tal-possessur u, għal dawk li huma meħtieġa li jiġu sseparati, jitkejlu d-derivattivi b’valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu aktar kumplessi, jew iwasslu għal miżuri anqas affidabbli, mill-kejl ta’ l-istrument intier b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Għal dik ir-raġuni dan l-Istandard jippermetti li l-istrument intier jiġi indikat bħal b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

AG33B.   Indikazzjoni bħal din tista’ tintuża kemm jekk il-paragrafu 11 jeħtieġ li d-derivattivi inkorporati jiġu sseparati mill-kuntratt tal-possessur kif ukoll jekk separazzjoni bħal din hija pprojbita. Madankollu, il-paragrafu 11A ma jiġġustifikax l-indikazzjoni ta’ strument ibridu (ikkombinat) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fil-każijiet stipulati fil-paragrafi 11A(a) u (b) minħabba li jekk isir dan ma titnaqqasx il-kumplessità jew tiżdied l-affidabbiltà.


(*)  F’dan l-Istandard, ammonti monetarji huma denominati f' “unitajiet ta’ valuti” (CU).

Appendiċi

Emendi għal Standards oħrajn

L-emendi f’dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS39 għal perjodu aktar bikri, l-emendi f’dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

Emendi għall-IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Żvelar u Preżentazzjoni

Il-paragrafu 66 jiġi emendat, kif ġej.

66.   Skond l-IAS 1, entità tipprovdi żvelar tal-politiki ta’ kontabilità sinifikanti kollha, inklużi l-prinċipji ġenerali adottati u l-metodu ta’ kif jiġu applikati dawk il-prinċipji għal tranżazzjonijiet, avvenimenti oħra jew kundizzjonijiet li joriġinaw minn negozju ta’ l-entità. Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, żvelar bħal dan jinkludi:

(a)

il-kriterji applikati fid-determinar meta jiġi rikonoxxut assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja u meta mhux ma jibqax rikonoxxut;

(b)

il-bażi tal-kejl applikat għall-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fuq ir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement;

(c)

il-bażi li fuqhom id-dħul u l-ispejjeż li joriġinaw mill-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu rikonoxxuti u mkejla; u

(d)

għal assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf:

(i)

il-kriterji għal liema saret indikazzjoni b’dan il-mod ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn fuq ir-rikonoxximent inizjali;

(ii)

kif l-entità ssodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 9, 11A jew 12 ta’ l-IAS 39 għal indikazzjoni bħal din. Għal strumenti indikati skond il-paragrafu 9(b)(i) ta’ l-IAS 39, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrativa tal-bażi taċ-ċirkustanzi ta’ l-inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent li kieku kien ikun hemm. Għal strumenti indikati skond il-paragrafu 9(b)(ii) ta’ l-IAS 39, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrattiva ta’ kif l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf hija konsistenti mal-ġestjoni tar-riskji u l-istrateġija ta’ l-investiment dokumentata ta’ l-entità;

(iii)

in-natura ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li l-entità indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Il-paragrafu 94 huwa emendat, kif ġej u s-sottoparagrafi (g)-(j) huma enumerati mill-ġdid bħala (j)-(m).

94.   …

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjararji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (ara wkoll il-paragrafu AG40)

(e)

Entità għandha tiżvela l-ammonti miżmuma ta’:

(i)

assi finanzjarji li huma kklasifikati bħala mizmuma għall-kummerċ;

(ii)

obbligazzjonijiet finanzjarji li huma kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ;

(iii)

assi finanzjarji li, fuq rikonoxximent inizjali, kienu indikati mill-entità bħala assi finanzjarji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri dawk li ma kinux assi finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ);

(iv)

obbligazzjonijiet fiananzjarji li, fuq rikonoxximent inizjali, kienu indikati mill-entità bħala obbligazzjonijiet finanzjarji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri dawk li ma kinux obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ).

(f)

Entità għandha tiżvela separatament qligħ nett jew telf nett fuq assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati mill-entità bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

(g)

Jekk l-entità indikat self jew ammonti riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija għandha tiżvela:

(i)

l-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu (ara l-paragrafu 76(a)) fid-data tar-rappurtar tas-self jew l-ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli);

(ii)

l-ammont li bih kull derivattiv relatat mal-kreditu jew strument simili jimmitiga dak l-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu;

(iii)

l-ammont ta’ tibdil waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv fil-valur ġust ta’ self jew ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli) li jkun attribwit għal tibdil fir-riskju tal-kreditu ddeterminat jew bħala l-ammont ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju fis-suq; jew bl-użu ta’ metodu alternattiv li jirrappreżenta b’mod aktar preċiż l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li jkun attribbwibbli għal-tibdil fir-riskju tal-kreditu;

(iv)

l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ kull derivattiv relatat mal-kreditu jew strument jixbhu li ġara waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv minn meta s-self jew l-ammont riċevibbli kien indikat.

(h)

Jekk l-entità indikat obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija għandha tiżvela:

(i)

l-ammont ta’ tibdil waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv fil-valur ġust ta’ l obbligazzjoni finanzjarja li jkun attribwit għal tibdil fir-riskju tal-kreditu ddeterminat jew bħala l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwassal għal riskju fis-suq (ara l-paragrafu AG40); jew bl-użu ta’ metodu alternattiv li jirrappreżenta b’mod aktar preċiż l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li huwa attribwibbli għal-tibdil fir-riskju tal-kreditu;

(ii)

id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta’ l-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun meħtieġa li tħallas fil-maturità b’mod kuntrattwali lill-possessur ta’ l-obbligazzjoni.

(i)

L-entità għandha tiżvela:

(i)

il-metodi wżati biex tikkonforma mar-rekwiżit f’(g)(iii) u (h)(i);

(ii)

jekk l-entità tikkunsidra li l-iżvelar li hija tat biex tikkonforma mar-rekwiżiti f’(g)(iii) jew (h)(i) ma jirrappreżentax b’mod preċiż il-bidla fil-valur ġust ta’ l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja attribwibbli għal tibdil fir-riskju tal-kreditu, ir-raġunijiet għalfejn waslet għal din il-konklużjoni u l-fatturi li l-entità temmen li huma rilevanti.

Il-paragrafu AG40 huwa emendat kif ġej.

AG40.   Jekk entità tindika obbligazzjoni finanzjarja jew self jew ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ta’ ammonti riċevibbli) skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija meħtieġa tiżvela l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ l-istrument finanzjarju li huwa attribwibbli għal tibdil fir-riskju tal-kreditu. Sakemm metodu alternattiv jirrappreżenta b’mod aktar preċiż dan l-ammont, l-entità hija meħtieġa li tiddetermina dan l-ammont bħala l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ l-istrument finanzjarju li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għar-riskju tas-suq. Tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju tas-suq jinkludu tibdil fil-punt ta’ referenza tar-rata ta’ l-imgħax, fil-prezz tal-prodotti essenzjali, fir-rati tal-kambju barranin jew fl-indiċi tal-prezzijiet jew tar-rati. Għal kuntratti li jinkludu fattur li jgħaqqad l-unitajiet, tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq jinkludu tibdil fir-rendiment ta’ fond ta’ l-investiment intern jew estern. Jekk l-uniċi tibdiliet rilevanti fil-kundizzjonijiet tas-suq għal obbligazzjoni finanzjarja jkunu tibdiliet fir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza), dan l-ammont jista’ jiġi stmat kif ġej:

(a)

L-ewwel, l-entità tikkalkula r-rata interna tad-dħul ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu billi tuża l-prezz osservat tas-suq ta’ l-obbligazzjoni u l-flussi ta’ flus kontanti kuntrattwali ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu. Hija tnaqqas minn din ir-rata tad-dħul ir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza) fil-bidu tal-perjodu, biex tasal għal komponent speċifiku għall-istrument tar-rata interna tad-dħul.

(b)

Imbagħad, l-entità tikkalkula l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus kontanti assoċjati ma’ l-obbligazzjoni billi tuża l-flussi ta’ flus kontanti kuntrattwali ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu u rata ta’ skont ugwali għat-total tar-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza) fi tmiem il-perjodu u l-komponent speċifiku għall-istrument tar-rata interna tad-dħul fil-bidu tal-perjodu kif iddeterminat fil-punt (a).

(c)

L-ammont iddeterminat fil-punt (b) imbagħad jiġi aġġustat għal kwalunkwe flus kontanti li jitħallsu jew jinkisbu fuq l-obbligazzjoni waqt il-perjodu u jiżdied biex jirrifletti ż-żieda fil-valur ġust li tinħoloq minħabba li l-flussi tal-flus kontanti kuntrattwali huma perjodu wieħed eqreb lejn id-data meta huma dovuti.

(d)

Id-differenza bejn il-prezz osservat tas-suq ta’ l-obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu u l-ammont iddeterminat fil-punt (c) huwa l-bidla fil-valur ġust li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza). Dan huwa l-ammont li għandu jiġi żvelat.

L-eżempju t’hawn fuq jassumi li tibdil fil-valur ġust li ma jinħoloqx minn tibdil fir-riskju tal-kreditu ta’ l-istrument jew minn tibdil fir-rati ta’ l-imgħax m’huwiex sinifikanti. Jekk, fl-eżempju t’hawn fuq, l-istrument kien fih derivattiv inkorporat, it-tibdil fil-valur ġust tad-derivattiv inkorporat kien ikun eskluż waqt id-determinar ta’ l-ammont fil-paragrafu 94(h)(i).

Emendi għall-IFRS 1

L-Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta’ l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

Il-paragrafi 25A u 43A huma emendati, kif ġej.

Indikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti preċedentement

25A.   L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jippermetti li assi finanzjarju jiġi indikat fuq rikonoxximent inizjali bħala disponibbli għall-bejgħ jew strument finanzjarju (bil-kundizzjoni li jissodisfa ċerti kriterji) jiġi indikat bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit japplikaw eċċezzjonijiet fiċ-ċirkustanzi li ġejjin,

(a)

kull entità għandha permess li tagħmel indikazzjoni ta’ disponibbiltà għall-bejgħ fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs;

(b)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Settembru 2006 jew wara — entità bħal din għandha permess li tindika, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 f’dik id-data;

(c)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara u qabel l-1 ta’ Settembru 2006 — entità bħal din għandha permess li tindika, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 f’dik id-data. Meta d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs hija qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn jistgħu ma jitlestewx sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu wkoll assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u l-1 ta’ Settembru 2005;

(d)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u tapplika l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 ta’ l-IAS 39 — entità bħal din għandha permess li fil-bidu ta’ l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS tindika bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jikkwalifika għal indikazzjoni bħal din f’konformità ma’ dawn il-paragrafi ġodda u emendati f’dik id-data. Meta l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS ta’ l-entità jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn jistgħu ma jitlestewx sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu wkoll assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn il-bidu ta’ dak il-perjodu u l-1 ta’ Settembru 2005. Jekk l-entità tiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva għall-IAS 39 hija għandha tiddikjara mill-ġdid dik l-informazzjoni għall-assi finanzjarji, l-obbligazzjonijiet finanzjarji, jew grupp ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn, indikati fil-bidu ta’ l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS. Dikjarazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva bħal din għandha tiġi magħmula biss jekk l-oġġetti jew il-gruppi indikati jkunu ssodisfaw il-kriterji għal indikazzjoni bħal din fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, jew jekk miksuba fid-data ta’ wara t-tranżizzjoni għall-IFRSs, ikunu ssodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fid-data tar-rikonoxximent inizjali;

(e)

għal entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha għall-perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2006 — minkejja l-paragrafu 91 ta’ l-IAS 39, kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li entità bħal din indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mas-sottoparagrafu (c) jew (d) hawn fuq li qabel kienu indikati bħala l-element hedged f’relazzjonijiet hedged tal-kontabilità f’valur ġust, għandhom jitneħħew mill-indikazzjoni minn dawk ir-relazzjonijiet fl-istess ħin li huma jiġu indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Indikar ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji

43A.   Entità għandha permess tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxut preċedentement b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew assi finanzjarju bħala disponibbli għall-bejgħ f’konformità mal-paragrafu 25A. L-entità għandha tiżvela l-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji indikati f’kull kategorija fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji preċedenti.


Top