EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0562

562/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 tal- 5 ta' April 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-komunikazzjonijit bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

OJ L 95, 14.4.2005, p. 11–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 319M, 29.11.2008, p. 191–221 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 063 P. 170 - 200
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 063 P. 170 - 200

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2010; Imħassar b' 32010R0479

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/562/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

191


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 562/2005

tal-5 ta' April 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-komunikazzjonijit bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/1999 tat-8 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward tal-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib (2), ġie emendat sostanzjalment kemm-il darba. Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u r-regolamenti kollha li jistabbilixxu r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu daħħlu għadd ta’ emendi. Għall-fini ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1498/1999 għalhekk għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(2)

L-evalwazzjoni tal-qagħda tal-produzzjoni u tas-suq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tirrikjedi skambju ta’ informazzjoni regolari dwar l-operat tal-miżuri ta’ intervent stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, speċjalment fir-rigward tal-bidliet fl-istokks tal-prodotti konċernati, miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent u fi ħżin privat.

(3)

L-għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina u r-rifużjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti biss abbażi ta’ l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-prezzijiet kemm fis-suq intern kif ukoll fil-kummerċ internazzjonali.

(4)

Il-monitoraġġ preċiż u regolari ta’ kif jimxi l-kummerċ biex jiġi evalwat l-effett tar-rifużjonijiet jeħtieġ informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet ta’ prodotti li għalihom ir-rifużjonijiet huma stabbiliti, speċjalment il-kwantitajiet mogħtija taħt il-proċeduri tat-tender.

(5)

L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż taħt id-Diskussjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali (minn issa ‘l quddiem magħruf bħala “l-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (3), tirrikjedi li tingħata firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, b’mod partikolari rigward l-applikazzjonijiet għal liċenzja u l-mod li bih jinħarġu l-liċenzji, sabiex tkun assigurata l-konformità ma’ l-attivitajiet li jsiru taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Hi meħtieġa informazzjoni mgħaġġla dwar ix-xejriet ta’ l-esportazzjoni sabiex jagħmlu użu massimu ta’ dawk l-attivitajiet li jsiru. Taħt dak il-Ftehim l-esportazzjonijiet ta’ l-għajnuna għall-ikel mhumiex soġġetti għal-limitazzjonijiet li japplikaw għall-esportazzjonijiet sussidjati. Għandu jkun provdut li l-komunikazzjonijiet marbuta ma’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jridu b’dan il-mod jispeċifikaw liema applikazzjonijiet tal-liċenzji jkopru l-provvisti ta’ għajnuna għall-ikel.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjoni ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (4) jistabbilixxi regoli speċjali għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib lejn il-Kanada, l-Istati Uniti u r-Repubblika Dominikana. Għandu jsir provvediment biex tiġi komunikata l-informazzjoni rilevanti.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 idaħħal arranġamenti speċifiċi għall-għoti tar-rifużjonijiet fuq ingredjenti li joriġinaw mill-Komunità f’ġobon ipproċessat fabbrikat taħt l-arranġamenti ta’ ipproċessar ’l ġewwa. Għandu jsir provvediment biex tiġi komunikata l-informazzjoni rilevanti.

(8)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, f’ċerti każijiet, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jistgħu jkunu validi għall-esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi ieħor minbarra dak imdaħħal fil-kaxxa 16 tal-liċenzja. Għandu jsir provvediment biex tiġi komunikata l-informazzjoni rilevanti.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u kwoti tat-tariffa tal-bidu (5) jaħseb għal ċerti kwoti ta’ l-importazzjoni biex jiġu amministrati permezz taċ-ċertifikati IMA 1 maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ prodotti li għaliha jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni abbażi taċ-ċertifikati IMA 1. L-esperjenza turi li n-notifikazzjoni mhix dejjem biżżejjed biex tagħti lok lil dawk l-importazzjonijiet biex jiġu sorveljati mill-qrib f’kull stadju. Għandu jsir provvediment biex tiġi komunikata l-informazzjoni addizzjonali.

(10)

L-esperjenza miksuba tul is-snin fl-ipproċessar ta’ l-informazzjoni li tirċievi l-Kummissjoni turi li xi kultant tiġi komunikata fuq bażi frekwenti eċċessiva. Għalhekk, il-frekwenza ta’ uħud mill-komunikazzjonijiet tnaqqset.

(11)

Hu essenzjali li jkun jista’ jsir paragun bejn il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għall-prodotti, speċjalment għall-finijiet li jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet u l-ammonti ta’ għajnuna. Hu meħtieġ ukoll li jkun magħruf kemm huma plawsibbli dawn il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet, billi tiġi evalwata d-data.

(12)

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni evolvew fis-snin riċenti. Għandha titqies l-evoluzzjoni biex isiru komunikazzjonijiet aktar mgħaġġla, aktar effiċjenti u aktar siguri.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STOKKS U INTERVENT

Artikolu 1

1.   Fil-każ tal-miżuri ta’ intervent meħuda skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet ta’ butir fi ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat u l-kwantitajiet li jidħlu u joħorġu mill-ħżin matul dak ix-xahar, permezz tal-mudell fl-Anness I, il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tqassim tal-kwantitajiet ta’ butir li joħorġu mill-ħżin matul ix-xahar konċernat, skond ir-Regolamenti li bihom huwa kopert, permezz tal-mudell fl-Anness I, il-Parti B, ta’ dan ir-Regolament;

(c)

tqassim skond l-età tal-kwantitajiet ta’ butir fil-ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat, permezz tal-mudell fl-Anness I, il-Parti Ċ, ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każ ta’ miżuri ta’ intervent meħuda fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, permezz tal-mudell fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-kwantitajiet ekwivalenti ta’ butir u krema mibdula f’butir li jidħlu u joħorġu mill-ħżin matul ix-xahar konċernat.

(b)

il-kwantità totali ekwivalenti ta’ butir u krema mibdula f’butir fil-ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat.

Artikolu 2

Fil-każ tal-miżuri ta’ intervent meħuda skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat fil-ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat u l-kwantitajiet li jidħlu u joħorġu mill-imħażen matul dak ix-xahar, permezz tal-mudell fl-Anness III, il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tqassim tal-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat li joħroġ mill-imħażen matul ix-xahar konċernat, permezz tal-mudell fl-Anness III, il-Parti B, ta’ dan ir-Regolament;

(c)

tqassim skond l-età tal-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat fil-ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat, permezz tal-mudell fl-Anness III, il-Parti Ċ, ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fil-każ tal-miżuri ta’ intervent meħuda skond l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, permezz tal-mudell fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-kwantitajiet ta’ ġobon li jidħlu u joħorġu mill-imħażen matul ix-xahar konċernat, maqsuma skond il-kategoriji ta’ ġobon;

(b)

il-kwantitajiet ta’ ġobon fil-ħżin fl-aħħar tax-xahar konċernat, maqsuma skond il-kategoriji ta’ ġobon.

Artikolu 4

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“kwantitajiet li jidħlu” tfisser il-kwantitajiet li jitqiegħdu fiżikament fl-imħażen, sew jekk jittieħdu jew le mill-aġenzija ta’ intervent;

(b)

“kwantitajiet li joħorġu” tfisser il-kwantitajiet li tneħħew jew, jekk jittieħdu mix-xerrej qabel ma jitneħħew, il-kwantitajiet li jittieħdu.

KAPITOLU II

MİŻURI MARBUTA MA’ L-GĦAJNUNA GĦALL-ĦALIB XKUMAT U TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

Artikolu 5

1.   Fil-każ ta’ l-għajnuna mogħtija skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat użat fl-oġġetti ta’ l-ikel, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, permezz tal-mudell fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel komposti koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar konċernat;

(b)

il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat imħallat kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar konċernat;

(c)

il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel komposti koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar konċernat.

2.   Fil-każ ta’ l-għajnuna mogħtija taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar, permezz tal-mudell fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ta’ qabel. Dawn il-kwantitajiet għandhom jinqasmu skond il-kwalità tal-kaseina u kaseinati magħmula.

KAPITOLU III

PREZZIJIET

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa fil-11 a.m. (ħin ta’ Brussell), il-prezzijiet ta’ qabel tal-fabbrika applikati fit-territorju tagħhom fil-ġimgħa ta’ qabel għall-prodotti mniżżla fl-Anness VI. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-prezzijiet rappurtati mill-operaturi għall-prodotti tal-ħalib, minbarra għall-ġobon, fejn il-produzzjoni nazzjonali tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni Komunitarja, jew fejn il-produzzjoni tagħhom hi meqjusa bħala rappreżentattiva fuq livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti nazzjonali. Għall-ġobon, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-prezzijiet skond it-tip ta’ ġobon, li jirrappreżenta 8 % jew aktar tat-total tal-produzzjoni nazzjonali tal-ġobon.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara li jintemm ix-xahar ta’ qabel il-prezzijiet tal-ħalib mhux raffinat imħallsa lill-prodotturi tal-ħalib fit-territorju tagħhom.

Il-prezzijiet għandhom ikunu mfissra bħala medja evalwata stabbilita fil-forma ta’ stħarriġ ta’ kampjuni mill-awtorità ta’ l-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-komunikazzjonijiet tagħhom dwar il-prezzijiet applikati fil-Komunità huma rappreżentattivi, preċiżi u sħaħ. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju b’rapport skond il-kwestjonarju standard ta’ l-Anness XII.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-operaturi ekonomiċi konċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien rilevanti.

5.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu “l-prezz ta’ qabel il-fabbrika” jfisser il-prezz li bih il-prodott jinxtara mill-intrapriża, minbarra t-taxxi (VAT) u kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, pallets, assigurazzjoni, eċċ.). Il-prezz huwa mfisser bħala medja evalwata stabbilita fil-forma ta’ stħarriġ ta’ kampjuni mill-awtorità ta’ l-Istat Membru.

KAPITOLU IV

KUMMERĊ

SEZZJONI 1

IMPORTAZZJONIJIET

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jikkkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

1.

mhux aktar tard minn xahar wara li tintemm is-sena tal-kwota għas-sena tal-kwota ta’ qabel, il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u skond il-pajjiż tal-kodiċi ta’ l-oriġini;

2.

mhux aktar tard mill-10 ta’ Jannar u l-10 ta’ Lulju għas-sitt xhur ta’ qabel, il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u skond il-pajjiż tal-kodiċi ta’ l-oriġini;

3.

mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni soġġetti għall-applikazzjoni ta’ dazji mhux preferenzjali kif imsemmija fit-Tariffa Doganali Komuni, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u skond il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

4.

mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, il-kwantitajiet ta’ prodotti, koperti mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa għall-importazzjonijiet skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (6) u skond l-Artikolu 10 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità u l-Libanu approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/761/KE (7), maqsum skond il-kodiċi tan-NM u skond il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

5.

mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, il-kwantitajiet ta’ prodotti, koperti mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u skond il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

6.

darba f’sena, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jintemm il-perjodu ta’ kull kwota, il-kwantitajiet mhux użati ta’ liċenzji maħruġa fil-qafas tal-kwoti ta’ l-importazzjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, maqsuma skond in-numru tal-kwota, il-kodiċi tan-NM u l-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

Fejn japplika, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni li ma nħarġu l-ebda liċenzji għall-perjodi ta’ referenza rilevanti.

Artikolu 8

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu fir-rigward tas-sena ta’ qabel, permezz tal-mudell fl-Anness VII, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM, li jikkonċernaw il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat IMA 1, skond il-Kapitolu III tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li jispeċifika n-numri taċ-ċertifikat IMA 1:

(a)

il-kwantità ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat u d-data tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni;

(b)

il-kwantità ta’ prodotti li għalihom ġiet rilaxxata s-sikurezza.

SEZZJONI 2

ESPORTAZZJONIJIET

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sas-6 p.m. ta’ kull ġurnata xogħol:

(a)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skond il-kodiċi tad-destinazzjoni, koperti mill-applikazzjonijiet sottomessi dakinhar għal-liċenzji:

(i)

kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament,

(ii)

kif imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999;

(b)

fejn jixraq, li l-ebda applikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma ġiet sottomessa dakinhar;

(c)

il-kwantitajiet, maqsuma skond l-applikazzjoni u skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skond il-kodiċi tad-destinazzjoni, koperti mill-applikazzjonijiet sottomessi dakinhar għal-liċenzji provviżorji msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, li jindika:

(i)

id-data ta’ l-għeluq għat-tfigħ tat-tenders, li jkollhom magħhom kopja tad-dokument li jikkonferma l-offerta għal tender għall-kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni,

(ii)

il-kwantità ta’ prodotti koperti bl-offerta għal tender jew, fil-każ ta’ offerta għal tender miftuħa mill-forzi armati skond l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (8) li ma tispeċifikax il-kwantità, il-kwantità approssimattiva maqsuma kif speċifikat;

(d)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skond il-kodiċi tad-destinazzjoni, li għalihom il-liċenzji provviżorji msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 inħarġu żgur jew ġew kanċellati dakinhar, li jindikaw il-korp li ħareġ l-offerta għal tender, id-data tal-liċenzja provviżorja u l-kwantità li tkopri, permezz tal-mudell fl-Anness VIII il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament;

(e)

fejn jixraq, il-kwantità riveduta ta’ prodotti koperti mill-offerta għal tender imsemmija fil-punt (ċ), permezz tal-mudell fl-Anness VIII il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament;

(f)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-pajjiż u skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti mil-liċenzji definittivi b’rifużjonijiet maħruġ skond l-Artikoli 20 u 20a tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, permezz tal-mudell fl-Anness VIII, il-Parti B, ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 il-punt (ċ)(i), fejn ġew sottomessi aktar applikazzjonijiet għall-istess offerta għal tender, tkun biżżejjed komunikazzjoni waħda għal kull Stat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ta’ kuljum il-kwantitajiet li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikoli 1(1), 18, 20 u 20a tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 fejn ma saret l-ebda applikazzjoni għal rifużjonijiet, jew fejn hemm provvisti ta’ għajnuna għall-ikel skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż fid-Diskussjonijiet ta’ l-Urugwaj.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Tnejn kull ġimgħa għall-ġimgħa ta’ qabel il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, mingħajr rifużjonijiet, permezz tal-mudell fl-Anness VIII, il-Parti Ċ, ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni qabel is-16-il jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji kkanċellati skond il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, li jindika r-rata ta’ rifużjonijiet, permezz tal-mudell fl-Anness IX, il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, mhux esportati wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji rilevanti, u r-rata ta’ rifużjonijiet rilevanti, permezz tal-mudell fl-Anness IX, il-Parti B, ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skond il-kodiċi tad-destinazzjoni, kopert mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-provvisti ta’ għajnuna fl-ikel u skond l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ta’ l-Agrikoltura konkluż taħt id-Diskussjonijiet ta’ l-Urugwaj, permezz tal-mudell fl-Anness IX, il-Parti Ċ, ta’ dan ir-Regolament;

(d)

il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-ħalib, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u skond il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-oriġini, li mhumiex fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat u jiġu importati biex jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu fil-kodiċi tan-NM 0406 30, skond it-tielet indenzjoni ta’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, permezz tal-mudell fl-Anness IX, il-Parti D, ta’ dan ir-Regolament;

(e)

il-kwantitajiet maqsuma skond il-kodiċi tan-NM jew, fejn jixraq, skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, li għalihom inħarġu l-liċenzji definittivi u fejn ma kienx hemm applikazzjoni għall-ebda rifużjonijiet, kif imsemmi fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, permezz tal-mudell fl-Anness IX, il-Parti E, ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel is-16-il jum ta’ kull xahar (n) għax-xahar n-4, permezz tal-mudell fl-Anness X, il-Parti A, il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM u l-kodiċi tad-destinazzjoni, li għalihom saru l-formalitajiet għall-esportazzjoni mingħajr rifużjonijiet.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni qabel is-16 ta’ Lulju għas-sena GATT ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet li għalihom ġiet aċċettata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 u dejjem jekk tirriżulta f’differenza fir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni mogħti, li jindika r-rata ta’ rifużjonijiet u l-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib imdaħħla fil-kaxxa 16 tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa u l-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodott li fil-fatt ġie esportat, permezz tal-mudell fl-Anness X, il-Parti B, ta’ dan ir-Regolament.

(b)

il-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, li għalihom ġie applikat l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, dejjem jekk ir-rata ta’ rifużjonijietr li fil-verità ġiet applikata hi differenti minn dik indikata fuq il-liċenzja, u r-rifużjonijiet għad-destinazzjoni indikati fuq il-liċenzja u dawk fil-fatt applikati, permezz tal-mudell fl-Anness X, il-Parti Ċ, ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa skond dan ir-Regolament permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni provduti fl-Anness XI.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha żżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri d-data trażmessa minnhom.

Artikolu 16

Ir-Regolament (KE) Nru 1498/1999 tħassar.

Ir-Regolament (KE) Nru 1498/1999 għandu jibqa’ japplika għat-trażmissjoni ta’ data marbuta mal-perjodu qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi li saru għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2005. Minkejja dan, l-Artikolu 6(3) għandu japplika mill-31 ta’ Mejju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 174, 9.7.1999, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1681/2001 (ĠU L 227, 23.8.2001, p. 36).

(3)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

(4)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 16).

(5)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 810/2004 (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 138).

(6)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 262, 30.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.


ANNESS I

A.   Applikazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

B.   Applikazzjoni tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

C.   Applikazzjoni tal-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

A.   Applikazzjoni tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

B.   Applikazzjoni tal-Artikolu2(b) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

C.   Applikazzjoni tal-Artikolu2(c) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI — UNITÀ GĦALL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI — UNITÀ GĦALL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Prodott

Kodiċi tan-NM

Piż rappreżentattiv (1)

Remarki (2)

(1)

Trab tax-xorrox

0404 10 02

25  kg

 

(2)

Trab tal-ħalib xkumat ta' kwalità tal-intervent

0402 10 19 INTV

25  kg

 

(3)

Trab tal-ħalib xkumat għall-għalf

0402 10 19 ANIM

20  t

 

(4)

Trab tal-ħalib

0402 21 19

25  kg

 

(5)

Ħalib ikkondensat bla zokkor

0402 91 19

0,5  kg

 

(6)

Ħalib ikkondensat biz-zokkor

0402 99 19

0,5  kg

 

(7)

Butir

0405 10 19

25  kg

 

(8)

Żejt tal-butir

0405 90 10

200  kg

 

(9)

Ġobnijiet (3)

 (3)

 

 

(10)

Lattożju

1702 19 00 LACT

25  kg (xkejjer)

 

(11)

Każeina

3501 10

25  kg (xkejjer)

 

(12)

Każeinati

3501 90 90

25  kg

 


(1)  Jekk prezz jikkorrispondi għal piż ieħor ta' prodott għajr dak stipulat fl-Anness, l-Istat Membru għandu jipprovdi prezz ekwivalenti għall-piż standard.

(2)  Indika fejn il-metodu użat ma jkunx l-istess bħall-metodu kkomunikat lill-Kummissjoni bil-kwestjonarju fl-Anness XII.

(3)  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tagħrif dwar il-prezzijiet ta' ġobnijiet li jirrapreżentaw 8 % jew aktar tal-produzzjoni nazzjonali tagħhom.


ANNESS VII

Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

A.   Applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

B.   Application of l-Artikoli 9(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

C.   Applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

A.   Applikazzjoni tal-Artikolu 11(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

B.   Applikazzjoni tal-Artikolu 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

C.   Applikazzjoni tal-Artikolu 11(c) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

D.   Applikazzjoni tal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

E.   Applikazzjoni tal-Artikolu 11(e) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS X

A.   Applikazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

B.   Applikazzjoni tal-Artikolu 13(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Image

Test ta 'immaġni

C.   Applikazzjoni tal-Artikolu 13(b) tar-Regolament (KE) Nru 532/2005

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS XI

Applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI — UNITÀ GĦALL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Il-parti rilevanti tar-Regolament

Tip ta' komunikazzjoni

L-Artikoli kollha fil-Kapitolu I

E-mail: AGRI-INTERV-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikoli kollha fil-Kapitolu II

E-mail: AGRI-AID-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 6, paragrafu 1

IDES

L-Artikolu 6, paragrafi 3 u 4

E-mail: AGRI-PRICE-EU-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 7, paragrafu 1

licences issued under L-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IDES: kodiċi 7

licences issued under article 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IDES: kodiċi 5

licences issued under other paragraphs of article 5 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IDES: kodiċi 6

L-Artikolu 7, paragrafu 2

IDES: kodiċi 6

L-Artikolu 7, paragrafu 3

IDES: kodiċi 8

L-Artikolu 7, paragrafu 4

IDES: kodiċi 6

L-Artikolu 7, paragrafi 5 u 6

E-mail: AGRI-IMP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 8

E-mail: AGRI-IMP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 9, paragrafu 1, punt a), i)

IDES: kodiċi 1

L-Artikolu 9, paragrafu 1, punt a), ii)

IDES: kodiċi 9

L-Artikolu 9, paragrafu 1, punt c), i)

Feks: + 32.2.295 33 10

L-Artikolu 9, paragrafu 1, punt c), ii)

IDES: kodiċi 2

Il-bqija l-parti rilevanti tal-Artikolu 9

E-mail: AGRI-EXP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 10

E-mail: AGRI-EXP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 11

E-mail: AGRI-EXP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 12

E-mail: AGRI-EXP-DAIRY@cec.eu.int

L-Artikolu 13

E-mail: AGRI-EXP-DAIRY@cec.eu.int


ANNESS XII

Applikazzjoni tal-Artikolu6 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI — UNITÀ GĦALL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

KWESTJONARJU

Rapport annwali rigward informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-prezzijiet għall-ħalib mihux ipproċessat u l-prodotti tal-ħalib użata għall-komunikazzjoni dwar il-prezzijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (l-Artikolu 6)

1

Oragnizzazzoni u struttura tas-suq

stampa ġenerali tal-istruttura tas-suq għall-prodott in kwistjoni

2

Definizzjoni tal-prodott

Kompożizzjoni (kontenut ta' xaħmijiet, kontenut ta' materja niexfa, kontenut tal-ilma fil-materja mhux xaħmija) il-klassi ta' kwalità, stadju tal-età jew maturazzjoni, preżentazzjoni u kundizzjonijiet tal-ippakkjar (eż. sfużi, fi xkejjer ta' 25kg), karatteristiċi oħra

3

Lok u proċedura ta' reġistrazzjoni:

a)

il-korp responsabbli għall-istatistika tal-prezzijiet (indirizz, feks, posta elettronika),

b)

l-għadd ta' punti ta' reġistrazzjoni u ż-żona ġeografika jew ir-reġjun fejn japplikaw il-prezzijiet,

c)

il-metodu ta' staħrriġ (eż. stħarriġ dirett tal-ewwel xerrejja). Jekk il-prezzijiet huma stabbiliti minn bord tal-arketing, għandha tingħata indikazzjoni jekk jibbażawx fuq opinjoni jew fuq fatti. Jekk jintuża materjal sekondarju, is-sorsi għandhom ikunu murija (eż. l-użu ta' rapporti tas-suq),

d)

proċessar statistikutal-prezzijiet, inklużi l-fatturi ta' konverżjoni għall-qlib mill-piż tal-prodott għal piż rappreżentattiv, stipulat fl-ANNESS VI.

4

Rappreżentattività:

is-sehem irreġistrat tal-prodotti (eż. F'bejgħ)

5

Aspetti rilevanti oħra


ANNESS XIII

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1498/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(2) (a) u (b)

Artikolu 1(2) (a)

Artikolu 1(2) (c)

Artikolu 1(2) (b)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(b)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(c)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(d)

Artikolu 3(b)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)(a) (i)

Artikolu 5(1)(a)(ii)

Artikolu 5(1)(a)(iii)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 5(1)(c)

Artikolu 5(2)(c)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(1) (a) u (b)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(1), (2), (3), (4) u (6)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(7)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7a

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1)(a)

Artikolu 9(1) (a) u (b)

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1)(c)(i)

Artikolu 9(1)(c)(ii)

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1)(d)

Artikolu 9(1)(d)

Artikolu 9(1)(e)

Artikolu 9(2)(a)

Artikolu 11(a)

Artikolu 9(2)(b) u (c)

Artikolu 11(b)

Artikolu 9(2)(d)

Artikolu 9(1)(f)

Artikolu 9(2)(e)

Artikolu 11(c)

Artikolu 9(2)(f)

Artikolu 11(d)

Artikolu 9(2)(g)

Artikolu 13(a)

Artikolu 9(3)(a)

Artikolu 12

Artikolu 9(3)(b)

Artikolu 13(b)

Artikolu 9(4)

Artikolu 11(e)

Artikolu 9(5)

Artikolu 14

Artikolu 10


Top