EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0076

2005/76/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/76/KE tat- 8 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/642/KEE u 86/362/KEE rigward il-livelli massimi ta' residwu tal-kresoxim-methyl, il-cyromazine, il-bifenthrin, il-metalaxyl u l-azoxystrobin iffissati fihom Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 293, 9.11.2005, p. 14–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 321M, 21.11.2006, p. 135–143 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 066 P. 239 - 247
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 066 P. 239 - 247

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/76/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

135


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/76/KE

tat-8 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/642/KEE u 86/362/KEE rigward il-livelli massimi ta' residwu tal-kresoxim-methyl, il-cyromazine, il-bifenthrin, il-metalaxyl u l-azoxystrobin iffissati fihom

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju ta' l-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal użu fuq uċuħ tar-raba' speċifiċi huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. It-tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta' l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u ta' l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu fit-tali evalwazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta' l-operaturi u ta' persuni oħra fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti terrestri, akkwatiċi u arjali, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali permezza tal-konsum tar-residwi fuq uċuħ tar-raba' trattati.

(2)

Il-livelli masimi ta' residwu (MRLs - maximum residue levels) jirriflettu l-użu ta kwantitajiet minimi ta' pestiċidi sabiex tinkiseb il-protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikati b'tali mod li l-ammont tar-residwu jkun l-aktar ċkejken prattikabbli u tossikament aċċettabbli, b'mod partikolari f'dik li hija stima tal-konsum djetetiku.

(3)

L-MRLs għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt analiżi. Dawn jistgħu jitbiddlu b'kunsiderazzjoni ta' użi, informazzjoni u data ġodda.

(4)

L-MRLs jiġu ffissati fl-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika fejn l-użi awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f'livelli osservabbli ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn m'hemm l-ebda użi awtorizzati, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn użi minn pajjiżi terzi li jirriżultaw f'residwi fi jew fuq prodotti alimentari li għandhom imnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali data meħtieġa.

(5)

L-informazzjoni dwar l-użi ġodda jew mibdula ta' ċerti pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE u d-Direttiva 86/362/KEE ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. Din tikkonċerna l-kresoxim-methyl, il-cyromazine, il-bifenthrin, il-metalaxyl u l-azoxystrobin.

(6)

L-esponiment tul il-ħajja tal-komsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta' prodotti alimentari li jista' jkun fihom ir-residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġie assessjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, b'kunsiderazzjoni tal-linjigwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). Ġie kkalkulat li l-MRLs ikkonċernati ser jiżguraw li l-konsum kwotidjan aċċettabbli ma jinqabiżx.

(7)

Evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli wriet li mhu meħtieġ l-ebda ARfD u għaldaqstant mhux meħtieġa evalwazzjoni fuq medda ta' żmien qasir.

(8)

Għalhekk jixraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda għar-residwi ta' dawk il-pestiċidi.

(9)

L-iffissar jew l-immoddifikar ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għall-metalaxyl skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI għaliha. Perjodu ta' erba' snin jitqies bħala biżżejjed sabiex jippermetti aktar użi tal-metalaxyl jew il-metalaxyl-M. L-MRL proviżorju Komunitarju għandu mbagħad isir definittiv.

(10)

Id-Direttivi 90/642/KEE u 86/362/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-9 ta’ Mejju 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta' żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta' bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-10 ta’ Mejju 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu mehmuża ma' din ir-referenza dakinhar li jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/48/KE (ĠU L 219, ta’ l-24.8.2005, p. 29).

(2)  ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/115/KE (ĠU L 374, tat-22.12.2004, p. 64).

(3)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, tat-18.5.2005, p. 5).

(4)  Il-linjigwida sabiex jiġi mbassar id-dħul mill-ikel ta' residwi ta' pestiċidi (riveduti), ppreparati minn GEMS/Programm ta' l-Ikel f' kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi minn Pestiċidi, ppubblikati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).


ANNESS I

Il-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif ġej, il-linja għall-metalaxyl tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Residwu tal-pestiċida

Livell massimu f'mg/kg

Metalaxyl li jinkludi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti li jinkludu l-metalaxyl-M (it-total ta' l-iżomeri)

(0,05 ) (*)  (p)

ċereali


(*)  Tindika l-inqas livell ta' determinazzjoni analitika

(p)  Tindika li l-livell ta' residwu massimu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.”


ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linji għall-kresoxim methyl, il-cyromazine, il-bifenthrin, il-metalaxyl u l-azoxystrobin jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta' residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li jkunu japplikaw għalihom l-MRLs

Il-kresoxim-methyl

Il-cyromazine

Il-bifenthrin

Metalaxyl li jinkludi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti li jinkludu l-metalaxyl-M (it-total ta' l-iżomeri)

L-azoxystrobin

“1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież (nuts)

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1

0,5  (p)

1

Grejpfrut

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

 

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,1  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

Lewż

 

 

 

 

 

Lewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

Kexjus jew ġwież ta' l-anakardju

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

Kowkonatts jew ġwież ta' l-Indi

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

Ġwież ta' l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,2

0,05  (*)

0,3

1  (p)

0,05  (*)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(iv)

FROTT TA' L-GĦADMA

0,05  (*)

0,05  (*)

0,2

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

Berquq

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

 

 

Ħawħ (inklużi n-nettarini u ibridi simili)

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(v)

FROTT TAL-BOSK (BERRIES) U FROTT ŻGĦIR IEĦOR

 

0,05  (*)

 

 

 

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u għall-inbid

1

 

0,2

 

2

Għeneb ta’ l-ikel

 

 

 

2  (p)

 

Għeneb għall-inbid

 

 

 

1  (p)

 

(b)

Frawli (għajr dawk selvaġġi)

1

 

0,5

0,5  (p)

2

(c)

Frott taz-zokk (għajr dak selvaġġ)

0,05  (*)

 

 

0,05  (*)  (p)

 

Tut

 

 

0,3

 

3

Dewberries

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

Lampun

 

 

0,3

 

3

Oħrajn

 

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

(d)

Frott żgħir ieħor u berries (għajr dawk selvaġġi)

 

 

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

Mirtill

 

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda jew bajda)

1

 

0,5

 

 

Ribes

1

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,05  (*)

 

 

(e)

Berries selvaġġi u frott selvaġġ

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(vi)

MIXXELANJI

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

 

Avokado

 

 

 

 

 

Banana

 

 

0,1

 

2

Tamar

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

Mangu

 

 

 

 

0,2

Żebbuġ

0,2

 

 

 

 

Papaja

 

 

 

 

0,2

Frott tal-passjoni

 

 

 

 

 

Ananas (pajnepil)

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

2.   

Ħxejjex, friski jew nejjin, ifffriżati jew nexfin

(i)

ĦXEJJEX MILL-GĦERUQ U TUBERI

0,05  (*)

 

0,05  (*)

 

 

Pitravi

 

 

 

 

 

Karrotti (zunnarija)

 

1

 

0,1  (p)

0,2

Kassava

 

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

 

0,3

Għerq il-mustarda

 

 

 

0,1  (p)

0,2

Artiċokks

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

 

 

 

0,1  (p)

0,2

Għerq it-tursin

 

 

 

 

0,2

Ravanell

 

 

 

0,1  (p)

0,2

Sassefrika

 

 

 

 

0,2

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

Rutabaga

 

 

 

 

 

Turnip

 

 

 

 

 

Jamm

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(ii)

ĦXEJJEX TAL-BASLA

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

Tewm

 

 

 

0,5  (p)

 

Basal

 

 

 

0,5  (p)

 

Shallots

 

 

 

0,5  (p)

 

Basal tar-rebbiegħa

 

 

 

0,2  (p)

2

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(iii)

ĦXEJJEX TAL-FROTT

 

 

 

 

 

(a)

Solanacea

 

1

0,2

 

2

Tadam

0,5

 

 

0,2  (p)

 

Bżar

1

 

 

0,5  (p)

 

Brunġiel

0,5

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,05  (*)  (p)

 

(b)

Cucurbits – b’qoxra li tittiekel

0,05  (*)

1

0,1

 

1

Ħjar

 

 

 

0,5  (p)

 

Gherkins

 

 

 

 

 

Zukkini

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

(c)

Cucurbits – b’qoxra li ma tittekilx

0,2

 

0,05  (*)

 

0,5

Bettiegħ

 

0,3

 

0,2  (p)

 

Squashes

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

0,3

 

0,2  (p)

 

Oħrajn

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

 

(d)

Qamħirrum ħelu

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(iv)

ĦXEJJEX TAL-ĠENUS BRASSICA

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

 

(a)

Brassica li twarrad

 

 

0,2

0,1  (p)

0,5

Brokkoli (inklużi l-Kalabriżi)

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

1

 

0,3

Brussels sprouts

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

1  (p)

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

(c)

Brassica bil-weraq

 

 

0,05  (*)

 

5

Kaboċċi Ċiniżi

 

 

 

 

 

Kale

 

 

 

0,2  (p)

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

(d)

Ġdur

 

 

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,2

(v)

ĦXEJJEX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI

0,05  (*)

 

 

 

 

(a)

Ħass u ħżejjex simili

 

15

2

 

3

Krexxuni

 

 

 

 

 

Valerjanella

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

 

2  (p)

 

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

 

 

 

1  (p)

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

(b)

Spinaċi u ħxejjex simili

 

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

Spinaċi

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(d)

Witloof

 

0,05  (*)

0,05  (*)

0,3  (p)

0,2

(e)

Ħwawar

 

15

0,05  (*)

1  (p)

3

Maxxita/Sorfolja

 

 

 

 

 

Kurrat selvaġġ

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(vi)

LEGUMI (friski)

0,05  (*)

 

 

0,05  (*)  (p)

 

Fażola (bil-miżwed)

 

5

0,5

 

1

Fażola (bla miżwed)

 

 

 

 

0,2

Piżelli (bil-miżwed)

 

5

0,1

 

0,5

Piżelli (bla miżwed)

 

 

 

 

0,2

Oħrajn

 

0,05  (*)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

(vii)

ĦXEJJEX BIZ-ZOKK (friski)

 

 

0,05  (*)

 

 

Asparagu:

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

Karfus

 

2

 

 

5

Bużbież

 

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

2

 

 

1

Kurrat

5

 

 

0,2  (p)

0,1

Rubarbru

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkultivat

 

5

 

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

0,05  (*)

 

 

 

3.

ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI MNIXXFA

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,1

Fażola

 

 

 

 

 

Għazz

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

4.

Żriragħ taż-żerriegħa

0,1  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)  (p)

 

Żejt tal-kittien

 

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

 

Żerriegħet il-peprina

 

 

 

 

 

Żerriegħet il-ġunġlien

 

 

 

 

 

Żerriegħet il-ġirasol

 

 

 

 

 

Żerriegħet il-lift

 

 

 

 

0,5

Żerriegħet is-sojja

 

 

 

 

0,5

Żerriegħet il-mustarda

 

 

 

 

 

Żerriegħet il-qoton

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

0,05  (*)

5.

Patata

0,05  (*)

1

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

Patata bikrija

 

 

 

 

 

Patata għall-ikel

 

 

 

 

 

6.

Tè (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentat jew mhux, Camellia sinensis)

0,1  (*)

0,05  (*)

5

0,1  (*)  (p)

0,1  (*)

7.

Hops (imnixxfa), inklużi pellets tal-ħobs u trab mhux ikkonċentrat

0,1  (*)

0,05  (*)

10

10  (p)

20


(*)  Tindika l-inqas livell ta' determinazzjoni analitika

(p)  Tindika li l-livell ta' residwu massimu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.”


Top