EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0037

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/37/KE tat- 3 ta' Ġunju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ xi residwi tal-pestiċidji fi u fuq ċereali u xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix Test b’relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 141, 4.6.2005, p. 10–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 275M, 6.10.2006, p. 363–376 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 064 P. 14 - 27
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 064 P. 14 - 27

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/37/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

363


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/37/KE

tat-3 ta' Ġunju 2005

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ xi residwi tal-pestiċidji fi u fuq ċereali u xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar id-delimitazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidji fi u fuq ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar id-delimitazzjoni tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidji fi u fuq xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi frott u ħaxix (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Dawn is-sustanzi attivi eżistenti li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: maleic hydrazide bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE (4); propyzamide bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/39/KE (5)); u mecoprop u mecoprop-P bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/70/KE (6).

(2)

Is-sustanzi attivi ġodda isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl u fenamidone ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE (7).

(3)

L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi konċernati kienet bażata fuq l-istima ta’ l-informazzjoni preżentata rigward l-użu propost. L-informazzjoni dwar dan l-użu ġiet preżentata minn xi Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli ġiet riveduta u hija suffiċjenti biex tippermetti li jiġu delimitati ċerti livelli massimi tar-residwi (MRLs).

(4)

Meta ma jeżisti ebda MRL Komunitarju jew MRL proviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL nazzjonali proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma jkunu jistgħu jiġu awtorizzati prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi.

(5)

L-MRLs Komunitarji u l-livelli rakkomandati mill-Kodiċi Alimentarius huma delimitati u evalwati bi proċeduri simili. Hemm numru limitat ta’ Kodiċi MRLs għall-maleic hydrazide. Diġà hemm MRLs Komunitarji fid-Direttiva 90/642/KEE għal: maleic hydrazide, (Direttiva tal-Kunsill 93/58/KE) (8) u fid-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għal: propyzamide (Direttivi tal-Kunsill 96/32/KE (9) u 96/33/KE (10)). Dawn ġew kunsidrati meta l-MRLs in kwistjoni jiġu delimitati bl-addattazzjonijiet li saru b’din id-Direttiva. Kodiċi MRLs li jiġu rakkomandati għall-irtirar fil-futur qrib ma ġewx meqjusa. L-MRLs bażati fuq Kodiċi MRLs ġew evalwati fid-dawl tar-riskju għall-konsumatur. L-ebda riskju ma ġie stabbilit meta jintużaw il-punti tossikoloġiċi bażati fuq l-istudju disponibbli għall-Kummissjoni.

(6)

Rigward l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi in kwistjoni, l-evalwazzjonijiet relatati tekniċi u xjentifiċi ġew finalizzati fil-forma ta’ rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapporti ta’ l-istima għas-sustanzi msemmija ġew finalizzati fid-dati msemmija fid-Direttivi tal-Kummissjoni ċitati fil-Preamboli (1) u (2). Dawn ir-rapporti iddeterminaw it-Teħid Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Riferenza (ARfD) għas-sustanzi in kwistjoni. L-esposizzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta’ l-ikel trattat bis-sustanza attiva in kwistjoni ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħed kont ukoll tal-gwida pubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (11) u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti (12) dwar il-metodoloġija użata. Huwa konkluż illi l-MRLs proposti ma jwasslux sabiex dawk l-ADIs jew l-ARfD jiġu eċċeduti.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur huwa mħares b’mod xieraq mill-esposizzjoni għar-residwi li jirriżultaw mill-użi mhux awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu delimitati MRLs proviżorji għall-kombinazzjonijiet tal-prodott/pestiċidju rilevanti fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

(8)

L-istabbiliment fuq livell Komunitarju ta’ tali MRLs proviżorji ma jimpedix lill-Istati Membri milli jiddeterminaw MRLs provviżorji għas-sustanzi in kwistjoni skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi tas-sustanza attiva in kwistjoni. L-MRL proviżorju għandu mbagħad jiġi definittiv.

(9)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu miżjuda jew sostitwiti, ir-residwi kollha tal-pestiċidji li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE biex jiġu permessi sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u biex jiġi mħares il-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-annessi ta’ dawk id-direttivi huwa xieraq li jiġu modifikati. Fejn l-MRLs ma ġewx definiti s’issa, huwa xieraq li jiġu delimitati għall-ewwel darba.

(10)

Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għalhekk għandhom jiġu emendati f’dan is-sens.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif ġej:

a)

Fil-Parti A ta’ l-Anness II huma miżjuda l-massimi tal-livelli tar-residwi tal-pestiċidji għal isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mecoprop, mecoprop-P, maleic hydrazide u fenamidone kif jidher fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

b)

Fil-Parti A ta’ l-Anness II il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-propyzamide huma sostitwiti b’dawk kif jidher fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:

a)

Fl-Anness II huma miżjuda l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mecoprop, mecoprop-P u fenamidone kif jidher fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

b)

Fl-Anness II il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-propyzamide u maleic hydrazide huma sostitwiti b’dawk kif jidher fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u skeda tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, nhar it-3 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/61/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 81)

(2)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/115/KE (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 64).

(3)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5).

(4)  ĠU L 101, 23.4.2003, p. 3

(5)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 30

(6)  ĠU L 184, 23.7.2003, p. 9

(7)  ĠU L 177, 16.7.2003, p. 12

(8)  ĠU L 211, 23.8.1993, p. 6

(9)  ĠU L 144, 18.6.1996, p. 12

(10)  ĠU L 144, 18.6.1996, p. 35

(11)  Gwida għall-previżjoni tad-dħul mill-ikel ta’ residwi tal-pestiċidj (riveduta), preparata mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Kodiċi fuq ir-Residwu tal-Pestiċidji, pubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)

(12)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti fuq kwistjonijiet relatati ma’ l-emenda ta’ l-annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html)


ANNESS I

Livelli massimi mg/kg

Residwi tal-pestiċidji

Prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs

isoxaflutole(total ta’ isoxaflutole, RPA 202248 u RPA 203328, espress bħala isoxaflutole) (1)

0,05 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, (Rye), Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn

trifloxystrobin

0,3 (p) Barli

0,05 (p) Segala

0,05 (p) Triticale, Qamħ

0,02 (*)  (p) Ċereali oħrajn

carfentrazone-ethyl (determinat bħala carfentrazone u espress bħala carfentrazone-ethyl)

0,05 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn

fenamidone

0,02 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn

mecoprop (total ta’ mecoprop-P u mecoprop espressi bħala mecoprop)

0,05 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn

Maleic hydrazide

0,2 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn


(1)  RPA 202248 huwa 2-cyano-3-cyclopropyl-1-(2-methylsulfonyl-4-trifluoromethylphenyl) propane-1,3-dione. RPA 203328 huwa 2-methanesulfonyl-4-trifluoromethylbenzoic acid

(*)  tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika

(p)  tindika livell massimu tar-residwi proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]


ANNESS II

Livelli massimi mg/kg

Residwi tal-pestiċidji

Prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs

propyzamide

0,02 (*)  (p)

ĊEREALI

Barli (xgħir), Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn


(*)  tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika

(p)  tindika livell massimu tar-residwi provviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]


ANNESS III

Residwi tal-pestiċidji u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs

isoxaflutole (total ta' isoxaflutole, RPA 202248 u RPA 203328, espress bħala isoxaflutole) (ara nota I) (1)

trifloxystrobin

carfentrazone-ethyl (determinat bħala carfentrazone u espress bħala carfentrazone-ethyl)

fenamidone

mecoprop(total ta' mecoprop-P u mecoprop espress bħala mecoprop)

1.

Frott, frisk, niexef jew mhux imsajjar, priservat bl-iffriżar, li ma fihx zokkor miżjud; ġewż

0,05  (*)  (p)

 

0,01  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

 

0,3  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Grejpfrut

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

Xkomp

 

 

 

 

 

Mandolin (li jinkludu klementini u ibridi oħrajn)

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(ii)

Ġewż tas-siġar (imqaxxar jew mhux imqaxxar)

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Lewż

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

Ġewż tal-kexju

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indji

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

Macadamia

 

 

 

 

 

Ġewż Amerikan

 

 

 

 

 

Ġewż tal-pin

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAL-KARPELLI

 

0,5  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Tuffieħ

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Berquq

 

1  (p)

 

 

 

Ċirasa

 

1  (p)

 

 

 

Ħawħ (li jinkludi nuċiprisk u ibridi simili)

 

1  (p)

 

 

 

Għajnbaqar

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

 

5  (p)

 

0,5  (p)

 

Għeneb tal-mejda

 

 

 

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

 

 

 

(b)

Frawli (ħlief slavaġ)

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(c)

Frott tal-kann (ħlief slavaġ)

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Tut

 

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

 

Għeneb kbir aħmar (loganberries)

 

 

 

 

 

Ċawsli

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief salvaġġi)

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Mirtill

 

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

 

Passolini (ħomor, suwed u bojod)

 

1  (p)

 

 

 

Ribes

 

1  (p)

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

(e)

Frott żgħir salvaġġ u frott salvaġġ

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(vi)

MIXXELLANJI

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Avokado

 

 

 

 

 

Banana

 

0,05  (p)

 

 

 

Tamal

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

Mango

 

 

 

 

 

Żebbuġ

 

 

 

 

 

Il-frott tal-fjura tal-Passjoni

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

2.

Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef

0,05  (*)  (p)

 

0,01  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

(i)

ĦAXIX TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Pitravi

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

Krafes

 

 

 

 

 

Ravanelli

 

 

 

 

 

Qaqoċċ ta’ Ġerusalemm

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

 

 

 

Ravanelli

 

 

 

 

 

Sassefrika

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

Lift ta' svezja

 

 

 

 

 

Nevew

 

 

 

 

 

Yam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(ii)

ĦAXIX BIL-BASLA

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Tewm

 

 

 

 

 

Basal

 

 

 

 

 

Shallots

 

 

 

 

 

Basal tar-Rebbiegħa

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(iii)

ĦAXIX LI JAGĦMLU L-FROTT

 

 

 

 

 

(a)

Solanaċja

 

 

 

 

 

Tadam

 

0,5  (p)

 

0,5  (p)

 

Bżar

 

 

 

 

 

Brunġiel

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(b)

Ħaxix tal-qara’ - qoxra li tittiekel

 

0,2  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Ħjar

 

 

 

 

 

Ħjar żgħir għall-immarinar

 

 

 

 

 

Zukkini

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(c)

Ħaxix tal-qara’ - qoxra li ma tittikilx

 

 

 

 

 

Bettieħ

 

0,3  (p)

 

0,1  (p)

 

Squashes

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(d)

Qamħ ħelu

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(iv)

ĦAXIX TAL-BRASSIKA

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

 

 

 

Brokkoli

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(b)

Brassika tar-ras

 

 

 

 

 

Brussels sprouts

 

 

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(c)

Brassika bil-weraq

 

 

 

 

 

Kaboċċa Ċiniża

 

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(d)

Kohlrabi

 

 

 

 

 

(v)

ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦXEJJEX AROMATIĊI FRISKI

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

(a)

Ħass u simili

 

 

 

2  (p)

 

Krexxun

 

 

 

 

 

Valerjanella

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

 

 

 

Scarole

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Spinaċi u simili

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(c)

Krexxun ta' l-ilma

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

(d)

Witloof

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Maxxita

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

Parsli

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(vi)

LEGUMI (frisk)

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Fażola (bil-miżwed)

 

 

 

 

 

Fażola (mingħajr miżwed)

 

 

 

 

 

Piżelli (bil-miżwed)

 

 

 

 

 

Piżelli (mingħajr miżwed)

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(vii)

ĦAXIX TAZ-ZKUK (frisk)

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Spraġ

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

 

Qaqoċċ globu

 

 

 

 

 

Kurrata

 

 

 

 

 

Rubarbru

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

 

0,02  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

(a)

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

 

 

 

 

3.

MŻIEWED

0,05  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

Fażola

 

 

 

 

 

Għads

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

4.

ŻERRIEGĦA TAŻ-ŻEJT

0,1  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-pepprin

 

 

 

 

 

Ġunġlien

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

 

 

 

Fażola tas-soja

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

5.

PATATA

0,05  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

Patata Bikrija

 

 

 

 

 

Ware potatoes

 

 

 

 

 

6.

TE’ (weraq u zkuk, niexfa, fermentati jew mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,1  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

7.

ĦOPS (nexfin), inklużi pilloli tal-ħop u trab mhux konċentrat

0,1  (*)  (p)

30  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)


(1)  RPA 202248 huwa 2-cyano-3-cyclopropyl-1-(2-methylsulfonyl-4-trifluoromethylphenyl) propane-1,3-dione RPA 203328 huwa 2-methanesulfonyl-4-trifluoromethylbenzoic acid

(*)  tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika

(p)  tindika livell massimu tar-residwi proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda].


ANNESS IV

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs

propyzamide

maleic hydrazide

1.

Frott, frisk, niexef jew mhux imsajjar, priservat bl-iffriżar, li ma fihx zokkor miżjud; ġewż

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

 

 

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Xkomp

 

 

Mandolin (li jinkludu klementini u ibridi oħrajn)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

Ġewż tas-siġar (imqaxxar jew mhux imqaxxar)

 

 

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Ġewż tal-kexju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indji

 

 

Ġellewż

 

 

Macadamia

 

 

Pecans

 

 

Ġewż tal-pin

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

FROTT TAL-KARPELLI

 

 

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

Apricots

 

 

Ċirasa

 

 

Ħawħ (li jinkludi nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għajnbaqar

 

 

Oħrajn

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

 

 

Għeneb tal-mejda

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

(b)

Frawli (ħlief slavaġ)

 

 

(c)

Frott tal-kann (ħlief slavaġ)

 

 

Tut

 

 

Dewberries

 

 

Għeneb kbir aħmar (loganberries)

 

 

Ċawsli

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief salvaġġi)

 

 

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolini (ħomor, suwed u bojod)

 

 

Ribes

 

 

Oħrajn

 

 

(e)

Frott żgħir salvaġġ u frott salvaġġ

 

 

(vi)

MIXXELLANJI

 

 

Avokados

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

 

 

Żebbuġ

 

 

Il-frott tal-fjura tal-Passjoni

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

 

 

2.

Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef

 

 

(i)

ĦAXIX TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

Pitravi

 

 

Karrotti

 

 

Krafes

 

 

Ravanelli

 

 

Qaqoċċ ta’ Ġerusalemm

 

 

Zunnarija

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

Ravanelli

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Lift ta' svezja

 

 

Nevew

 

 

Yam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦAXIX BIL-BASLA

0,02  (*)  (p)

 

Tewm

 

15  (p)

Basal

 

15  (p)

Shallots

 

15  (p)

Basal tar-Rebbiegħa

 

 

Oħrajn

 

0,2  (*)  (p)

(iii)

ĦAXIX LI JAGĦMLU L-FROTT

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

(a)

Solanaċja

 

 

Tadam

 

 

Bżar

 

 

Brunġiel

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Ħaxix tal-qara’ - qoxra li tittiekel

 

 

Ħjar

 

 

Ħjar żgħir għall-immarinar

 

 

Zukkini

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Ħaxix tal-qara’ - qoxra li ma tittikilx

 

 

Bettieħ

 

 

Squashes

 

 

Dulliegħ

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qamħ ħelu

 

 

(iv)

ĦAXIX TAL-BRASSIKA

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

Brokkoli

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassika tar-ras

 

 

Brussels sprouts

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Brassika bil-weraq

 

 

Kaboċċa Ċiniża

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Kohlrabi

 

 

(v)

ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦXEJJEX AROMATIĊI U FRISKI

 

0,2  (*)  (p)

(a)

Ħass u simili

1  (p)

 

Krexxun

 

 

Valerjanella

 

 

Ħass

 

 

Scarole

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u simili

0,02  (*)  (p)

 

Spinaċi u simili

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Krexxun ta' l-ilma

0,02  (*)  (p)

 

(d)

Witloof

0,02  (*)  (p)

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

1  (p)

 

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Parsli

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

 

(vi)

LEGUMI (frisk)

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

Fażola (bil-miżwed)

 

 

Fażola (mingħajr miżwed)

 

 

Piżelli (bil-miżwed)

 

 

Piżelli (mingħajr miżwed)

 

 

Oħrajn

 

 

(vii)

ĦAXIX TAZ-ZKUK (frisk)

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

Spraġ

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċ globu

 

 

Kurrata

 

 

Rubarbru

 

 

Oħrajn

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

(a)

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

 

3.

Mżiewed

0,02  (*)  (p)

0,2  (*)  (p)

Fażola

 

 

Għads

 

 

Piżelli

 

 

Oħrajn

 

 

4.

ŻERRIEGĦA TAŻ-ŻEJT

0,05  (*)  (p)

0,5  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħ tal-pepprin

 

 

Ġunġlien

 

 

Żerriegħ tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Fażola tas-soja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Oħrajn

 

 

5.

PATATA

0,02  (*)  (p)

50 (ara nota (1))

Patata Bikrija

 

 

Ware potatoes

 

 

6.

TE’ (weraq u zkuk, niexfa, fermentati jew mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,05  (*)  (p)

0,5  (*)  (p)

7.

ĦOPS (nexfin), inklużi pilloli tal-ħop u trab mhux konċentrat

0,05  (*)  (p)

0,5  (*)  (p)


(*)  tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika

(p)  tindika livell massimu tar-residwi provviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]

(1)  MRL tal-patata soġġetta għal reviżjoni ta’ rekwiżiti pendenti tad-data 18-il xahar mid-data ta’ l-applikazzjoni


Top