EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0935

2005/935/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2005/237/KE fir-rigward ta’ l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat tal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju ta’ l-influwenza tat-tjur fl-2005 (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5617)

OJ L 349M, 12.12.2006, p. 719–720 (MT)
OJ L 340, 23.12.2005, p. 78–79 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/935/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

719


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2005/237/KE fir-rigward ta’ l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat tal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju ta’ l-influwenza tat-tjur fl-2005

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5617)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2005/935/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (2) tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarju li għandhom jiġu applikati fil-każ li jkun hemm tfaqqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet. Tipprevedi wkoll in-nominazzjoni tal-laboratorji nazzjonali ta’ l-influwenza tat-tjur u laboratorju referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/237/KE tal-15 ta’ Marzu 2005 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat ta’ ċerti laboratorji ta’ referenza Komunitarji fil-kamp tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin fl-2005 (3) tat għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-laboratorju referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur nominat fid-Direttiva 92/40/KEE.

(3)

Żviluppi reċenti fis-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li tikkonċerna l-influwenza tat-tjur fil-Komunità u f’pajjiżi terzi wasslu għal żieda sustanzjali fl-ammont tax-xogħol imwettaq mil-laboratorju referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur fir-rigward ta’ dik il-marda. Iż-żieda hija l-iktar minħabba l-karatterizzazzjoni tal-viruses li ġew sottomessi lil-laboratorju u l-produzzjoni u l-aġġornar tal-bord kurrenti tar-rejaġġenti u t-tqassim tagħhom.

(4)

Aktar minn hekk, il-laboratorju referenzjarju komunitarju għall-influwenza tat-tjur għandu rwol ewlieni fl-appoġġ ta’ l-unitajiet dijanjostiċi fil-laboratorji referenjarji nazzjonali, inklużi l-visti lil dawk il-laboratorji.

(5)

It-tkabbir ta’ l-arsenal dijanjostiku disponibbli, inkluża l-validazzjoni tat-tekniki dijanjostiċi molekolari il-ġodda, il-ħruġ ta’ standards u l-iżvolġiment ta’ testijiet bejn laboratorji differenti li nżiedu mal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-programm approvat ta’ ħidma fl-2005 żied l-attività imwettqa fil-laboratorju referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur.

(6)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni reċenti pprovduta mil-laboratorju referenzjarju Komunitarju għall-influwenza tat-tjur dwar in-nefqa meħtieġa għall-2005. Bil-konsiderazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-ħtiġijiet ta’ dak il-laboratorju għandha tiġi aġġustata u huwa għalhekk xieraq li jingħata iktar finanzjament għall-2005.

(7)

Id-Deċiżjoni 2005/237/KE għandha għalhekk tiġi emendata biex tirrifletti dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2005/237/KE “EUR 135 000” jinbidel b’ “EUR 285 000”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 72, 18.3.2005, p. 47.


Top