Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0886

2005/886/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Diċembru 2005 li tirrilaxxa lil Ċipru u lil Malta milli japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE fuq il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4756) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 326, 13.12.2005, p. 39–39 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 349M , 12.12.2006, p. 667–667 (MT)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/886/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

667


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2005

li tirrilaxxa lil Ċipru u lil Malta milli japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE fuq il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4756)

(It-testi bil-Ġrieg u bil-Malti biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/886/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE ta' l-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żrieragħ tal-pitravi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30a tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet mressqa minn Ċipru u minn Malta,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/54/KE tistipula ċerti dispożizzjonijiet għall-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi. Id-Direttiva tipprevedi wkoll, li suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw din id-Direttiva.

(2)

Iż-żerriegħa tal-pitravi normalment mhix imkabbra jew mqiegħda fis-suq f’Ċipru u f’Malta. Barra minn hekk, it-tkabbir tal-pitravi huwa ta’ importanza eknomika minima fil-pajjiżi msemmija fuq.

(3)

Sakemm jibqgħu dawk il-kundizzjonijiet, l-Istati Membri rilevanti għandhom jiġu rilaxxati mill-obblligu li japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE għall-materjal in kwistjoni.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ċipru u Malta huma b’dan rilaxxati mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 20

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru u lir-Repubblika ta’ Malta.

Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p 18).


Top