Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0369

2005/369/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri u li tistabbilixxi formati għad-dejta għall-iskopijiet tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (notifikat bid-dokument numru C(2005) 1355)

OJ L 119, 11.5.2005, p. 13–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 319M , 29.11.2008, p. 237–240 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 014 P. 197 - 200
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 014 P. 197 - 200
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 015 P. 5 - 8

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/369/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

237


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Mejju 2005

li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri u li tistabbilixxi formati għad-dejta għall-iskopijiet tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

(notifikat bid-dokument numru C(2005) 1355)

(2005/369/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPREJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex id-dejta prodotta mill-Istati Membri ssir paragunabbli, il-metodu ta’ kif tiġi kkalkulata l-osservanza tal-miri tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE għandu jiġi armonizzat, f’termini ta’ preżentazzjoni.

(2)

Sabiex jiġu bbilanċjati r-riskji tal-ineżattezzi mal-piż amministrattiv tal-ksib ta’ tagħrif preċiż, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw ċerti ipoteżijiet biex jistabbilixxu l-ammont ta’ materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) li jiġi rkuprat, użat mill-ġdid jew riċiklat.

(3)

Skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96/KE l-operazzjoni tat-trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew mill-Komunità dejjem sakemm it-trasport tal-iskart isir skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (2). L-Istati Membri li jibagħtu WEEE għat-trattament fi Stati Membri oħrajn jew li jesportaw WEEE għat-trattament f’pajjiżi terzi għandhom jitħallew jgħoddu l-ammont esportat bħala parti mill-miri stipulati fl-Artikolu 7(2) bil-kundizzjoni li l-WEEE jkun inġabar mill-Istat Membru li qed jesporta.

(4)

Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni jimxu mat-termini tal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw it-tagħrif mitlub fl-Artikolu 12(1) tad- Direttiva 2002/96/KE billi jużaw il-formati tad-dejta stipulati fit-tabella 1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom juru li qegħdin jaderixxu mar-rati ta’ rkupru, użu mill-ġdid u riċiklaġġ stipulati fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE billi jimlew it-tabella 2 li tidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Huma u jimlew din it-tabella, l-Istati Membri jistgħu jużaw ipoteżi dwar il-perċentwali medja ta’ materjali użati mill-ġdid, riċiklati u rkuprati, bħalma huma l-metalli, il-ħġieġ u l-plastik, u komponenti ta’ skart ta’ taghmir elettriku u elettroniku (WEEE).

2.   WEEE esportat għat-trattament f’pajjiż terz jew li jintbagħat għat-trattament fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96/KE jista’ jingħadd biss għall-finijiet tal-miri msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva mill-Istat Membru li jkun ġabar u esporta l-WEEE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk tkunx meħtieġa evidenza dokumentarja addizzjonali mal-prova mitluba skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96.

Artikolu 3

Meta jittrasmettu t-tabelli 1 u 2 tal-Anness lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni deskrizzjoni dettaljata ta’ kif inġabret id-dejta kif ukoll jagħtu spjegazzjoni tal-istimi u l-metodoloġija li ntużaw.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

(2)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Tabella 1

Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) miġbur u esportat (Artikolu 12 u Artikolu 5)

Kolonna numru

1

2

3

4

5

6

7

Kategorija tal-Prodott

Imqiegħed fis-suq

Miġbur minn abitazzjonijiet privati

Miġbur minn imkejjen li mhumiex abitazzjonijiet privati

Total WEEE Miġbur

Trattat fl-Istat Membru

Trattat fi Stat Membru ieħor

Trattat barra mill-KE

Piż Totali (1)

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

Piż Totali

tunnellati

1.

Apparat domestiku kbir

 

 

 

 

 

 

 

2.

Apparat domestiku żgħir

 

 

 

 

 

 

 

3.

IT & Telekomunikazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

4.

Tagħmir għall-konsumatur

 

 

 

 

 

 

 

5.

Tagħmir tad-dawl

 

 

 

 

 

 

 

5a.

Bozoz li jarmu l-gass

 

 

 

 

 

 

 

6.

Għodod elettriċi u elettroniċi

 

 

 

 

 

 

 

7.

Ġugarelli, tagħmir għall-passatempi u l-isport

 

 

 

 

 

 

 

8.

Apparat mediku

 

 

 

 

 

 

 

9.

Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

 

 

 

 

 

 

 

10.

Dispensers awtomatiċi

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Irkupru, riċiklaġġ u użu mill-ġdid, miri (Artikolu 7(2))

Kolonna numru

1

2

3

4

5

Kategorija tal-prodott

Irkupru

Rata ta’ rkupru

Total ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ

Rata ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ

WEEE użat mill-ġdid bħala apparat sħiħ

Piż Totali (2)

tunnellati

%

Piż Totali

tunnellati

%

Piż Totali

tunnellati

1.

Apparat domestiku kbir

 

 

 

 

 

2.

Apparat domestiku żgħir

 

 

 

 

 

3.

IT & Telekomunikazzjoni

 

 

 

 

 

4.

Tagħmir tal-konsumatur

 

 

 

 

 

5.

Tagħmir tad-dawl

 

 

 

 

 

5a.

Bozoz li jarmu l-gass

N.A.

N.A.

 

 

 

6.

Għodod elettriċi u elettroniċi

 

 

 

 

 

7.

Ġugarelli, tagħmir għall-passatempi u l-isport

 

 

 

 

 

8.

Apparat mediku

 

 

 

 

 

9.

Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

 

 

 

 

 

10.

Dispensers awtomatiċi

 

 

 

 

 

Nota: Il-kaxxi l-griżi jfissru li d-dejta għandha tkun irrappurtata fuq bażi volontarja biss.


(1)  Jekk dan ma jkunx possibbli, agħti l-ammonti.

(2)  Jekk dan ma jkunx possibbli, agħti l-ammonti.


Top