EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0189

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Marzu 2005 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 dwar ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 512) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 62, 9.3.2005, p. 34–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 272M , 18.10.2005, p. 144–146 (MT)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/189/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

144


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Marzu 2005

li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 dwar ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 512)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/189/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b'mod partikolari l-Anness XIV tal-Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (a) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jistipula li l-ħtiġijiet strutturali stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju ta' l-1964 dwar kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk (2) u fl-Annessi A u B għad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar problemi sanitarji li għandhom effett fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti li joriġinaw minn annimali (3) m'għandhomx japplikaw għal stabbilimenti fl-Islovakkja li huma elenkati fl-Appendiċi (4) ta' l-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni sal-31 ta' Diċembru ta' l-2006, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet.

(2)

L-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/463/KE (5).

(3)

Skond l-informazzjoni minn dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Slovakka tliet stabbilimenti tal-laħam lestew il-proċess tagħhom ta' żvilupp u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Aktar minn hekk, żewġ stabbilimenti tal-laħam minn dik il-lista waqqfu l-attivitajiet tagħhom. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' l-istabbilimenti li huma fi stat ta' tranżizzjoni.

(4)

Tliet stabbilimenti tal-laħam fil-lista ta' stabbilimenti li huma fi stat ta' tranżizzjoni għamlu sforzi kbar sabiex jaslu fi stat ta' konformità mal-kondizzjonijiet strutturali stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Iżda, dawk l-istabbilimenti li mhumiex f'pożizzjoni li jispiċċaw il-proċess ta' żvilupp tagħhom sal-limitu ta' skadenza stabbilit minħabba restrizzjonijiet tekniċi eċċezzjonali Għalhekk huwa ġġustifikat li jitħalla iktar żmien għall-proċess ta' żvilupp tagħhom.

(5)

L-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. Għall-finijiet ta' ċarezza, dan għandu jiġi sostitwit.

(6)

Il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal ġie informat bil-miżuri li għalihom hemm provvediment f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni hu sostitwit mit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33.

(2)  ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 2012. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, tat-30.4.2004 p. 33, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 12).

(3)  ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  ĠU C 227 E, tat-23.9.2003, p. 1654.

(5)  ĠU L 156, tat-30.4.2004, p. 138; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, tas-7.6.2004 p. 95.


ANNESS

“APPENDIĊI

imsemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B ta' l-Anness XIV (*)

Lista ta' stabbilimenti, inklużi n-nuqqasijiet u skadenzi għall-korrezzjoni ta' dawn in-nuqqasijiet

Numru ta' approvazzjoni veterinarja

Isem ta' l-istabbiliment

Nuqqasijiet

Data ta' konformità sħiħa

GA 6-2

Sered'ský MP a.s.,

Bratislavská 385,

Sered'

 

Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE:

 

Anness I, Kapitolu I, punt 1(a), (b) u (g)

 

Anness I, Kapitolu I, punt 11

 

Anness I, Kapitolu II, punt 14(a)

 

Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE:

 

Anness A, Kapitolu I, punt 2(a), (b) u (c)

 

Anness A, Kapitolu I, punt 11

31.12.2006

PB 5-6-1

Slovryb a.s.,

Príbovce Hospodárske

stredisko Považská

Bystrica-Rybníky,

Žilinská 776/3, 017 01

Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE

 

Anness, Kapitolu III. I punt 1

 

Anness, Kapitolu III.I punt 2(a), (b), (c), (d), (e) u (g)

 

Anness, Kapitolu III. I punt 9

30.11.2006


Numru ta' approvazzjoni veterinarja

Isem u indirizz ta' l-istabbiliment

Settur: Laħam

Data ta' konformità

Attività ta' l-istabbilimenti

Laħam frisk, biċċerija, tqattigħ tal-laħam

Prodotti tal-laħam

Ħażna fil-kesħa

PE 6-10

COLAGEN SLOVAKIA, s.r.o.

Kúpeľná 193

958 04 Partizánske

x

x

 

30.4.2005

MI 6-1

Mäso ZEMPLÍN a.s.

Užhorodská č. 86

071 01 Michalovce

 

x

 

30.4.2005

MA 6-30

BERTO-Ignác Bertovič

Hlavná 1

900 66 Vysoká pri Morave

x

x

 

30.4.2005

CA 6-31

K.B.K. spol. s.r.o.

A. Hlinku 27

022 01 Čadca

 

x

 

15.2.2005


(*)  Għat-test ta' l-Anness XIV ara ĠU L 236, 23.9.2003, p. 915.”


Top