EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2257

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2257/2004 ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 3906/1989, (KE) Nru. 1267/1999, (KE) Nru. 1268/1999 u (KE) Nru. 2666/2000, sabiex jittieħed kont ta' l-istatus ta' kandidatura tal-Kroazja

OJ L 389, 30.12.2004, p. 1–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 153M, 7.6.2006, p. 403–406 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 8
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 8

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2257/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

403


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2257/2004

ta' l-20 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 3906/1989, (KE) Nru. 1267/1999, (KE) Nru. 1268/1999 u (KE) Nru. 2666/2000, sabiex jittieħed kont ta' l-istatus ta' kandidatura tal-Kroazja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew iddeċieda waqt il-laqgħa fi Brussel tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2004 li l-Kroazja ser tkun pajjiż kandidat għall-isħubija, u talab lill-Kummissjoni biex tħejji strateġija ta’ qabel l-adeżjoni għal Kroazja, inkluż l-istrumenti finanzjarji neċessarji.

(2)

Sabiex assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tkun ipprovduta lill-Kroazja huwa xieraq li tkun inkluża bħala benefiċċjarja taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru. 3906/1989 tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare) (2), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1267/99 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi strument għal politika strutturali għal qabel l-adeżjoni (ISPA) (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1268/99 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (4)(SAPARD).

(3)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fid-29 ta’ Ottobru 2001, fit-titolu III tiegħu jirrikjedi li l-Kroazja tippromwovi b’mod attiv il-koperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent.

(4)

Id-dimensjoni reġjonali ta’ l-assistenza tal-Komunità lill-Balkani tal-Punent qed jingħata attenzjoni speċjali permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2666/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar l-assistenza għall-Albanija, il-Bosnia u Ħerzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)(CARDS), sabiex tiġi promossa l-koperazzjoni reġjonali, u l-Kroazja għandha tibqa’ eliġibbli għal proġetti u programmi b’dimensjoni reġjonali.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/648/KE tiddetermina l-prinċipji, il-prioritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fil-Partnership Ewropew mal-Kroazja (6).

(6)

Il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-iżvilupp tar-Rettikolat ta’ Trasport Reġjonali tal-Qalba fl-Ewropa tax-Xlokk għandu jiffaċilita l-proċess ta’ l-għażla tal-miżuri ta’ prijorità għall-iżvilupp ta’ rettikolat ta’ trasport pan-Ewropew matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni.

(7)

Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) tirrikjedi ċertu addattamenti tar-Regolamenti biex it-terminoloġija u l-prattiċi tal-mument jiġu bi qbil mar-Regolamenti msemmija hawn fuq.

(8)

Għalkemm l-Istati l-Membri l-ġodda mhumiex imsemmija f’dan ir-Regolament, l-Artikolu 33 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) 3906/1989 u (KE) 1267/1999 għal dawk l-Istati Membri matul perjodu transitorju.

(9)

Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru. 1419/2004 (8) u r-Regolament (KE) Nru. 447/2004 (9) li jikkostitwixxu l-bażi legali għall-iffinanzjar ta’ miżuri taħt SAPARD taħt impenji li kienu għadhom ma ġewx mitmuma sad-data ta’ l-adeżjoni. Kull deċiżjoni mill-Kummissjoni li tista tkun għadha neċessarja sa l-iffinalizzar ta’ tali impenji u li ma tistax tkun ibbażata fuq iż-żewġ Regolamenti hawn fuq imsemmija għadha tista’ tkun ibbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru. 1268/1999 billi kien fis-seħħ qabel l-emenda ta’ dak ir-Regolament mir-Regolament preżenti.

(10)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru. 3906/89, (KE) Nru. 1267/1999, (KE) Nru. 1268/1999 u (KE) Nru. 2666/2000, għandhom jiġu emendati f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3906/89 huwa permezz ta' dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Għal pajjiżi applikanti b’partnerships ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fondi taħt il-programm PHARE għandhom jiffokaw fuq il-prijoritajiet ewlenin għall-adozzjoni ta’ l-acquis communautaire, jiġifieri t-tisħieħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali ta’ l-Istati applikanti u l-investiment, ħlief għat-tipi ta’ investimenti ffinanzjati bi qbil mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju li jistabbilixxi strument għal politika strutturali għal qabel l-adeżjoni (*) u (KE) Nru. 1268/1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (**), sakemm il-kondizzjonijiet għal miżuri għall-iffinanzjar taħt iż-żewġ Regolamenti jintlaħqu. L-iffinanzjar mill-PHARE jista’ ukoll jiġi użat biex jiġu ffinanzjati miżuri fl-oqsma ta’ l-ambjent, it-trasport u l-iżvilupp agrikolu u rurali li jiffurmaw parti inċidentali iżda parti indispensabbli ta' programmi integrati ta' bini mill-ġdid ta’ l-industrija jew ta’ żvilupp reġjonali.”;

(*)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament (KE) Nru. 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1)."

(**)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87."

(b)

Il-paragrafi 4 u 5 li jmiss għandhom jiżdiedu:

“4.   Assistenza tista’ tintuża biex tkopri l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li qed jirċeiveu taħt dan ir-Regolament f’koperazzjoni reġjonali, transkonfini, u fejn xieraq transnazzjonali u interreġjonali bejniethom u bejnhom u l-Istati Membri ta’ l-UE.

5.   Fejn meħtieġ, għajnuna tista’ tintuża biex tkopri l-parteċipazzjoni ta’ pajjiż li qed jirċeivi fi programmi reġjonali taħt strumenti oħra legali.”

2)

Fl-Artikolu 8, is-subparagrafu 2 li ġej għandu jiżdied:

“Il-Kummissjoni tista’, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (***), tiddeċiedi li tafda funzjonijiet ta’ l-awtorità pubblika, u b’mod partikulari funzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-budget lill-korpi elenkati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament. Il-korpi definiti fl-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 jistgħu jiġu fdati b’funzjonijiet ta’ awtorità pubblika jekk huma ta’ reputazzjoni internazzjonali magħrufa, konformi mas-sistemi ta’ tmexxija u kontroll magħrufa internazzjonalment, u huma kkontrollati minn awtorità pubblika.”;

(***)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1."

3)

Il-lista fl-Anness għandha tinbidel bil-lista li ġejja:

 

“Il-Bulgarija

 

Il-Kroazja

 

Ir-Rumanija”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) 1267/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel minn dan li ġej:

“1.   L-Istrument għall-Politika Strutturali ta’ Qabel l-Adeżjoni, minn hawn 'il quddiem ‘ISPA’ huwa hawnhekk stabbilit.

ISPA għandha tipprovdi assistenza biex tikkontribwixxi għat-tħejjija għall-adeżjoni tal-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, minn hawn il-quddiem ‘il-pajjiżi benefiċjarji’, fill-qasam tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, dwar il-politika ta’ l-ambjent u t-trasport bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament.”;

2)

Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 3 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Minkejja dak imsemmi hawn fuq, l-assistenza tal-Komunità lill-Kroazja ser tingħata matul il-perjodu 2005-2006.”;

3)

Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni sentenza ta’ dan l-Artikolu, l-allokazzjoni għall-Kroazja għall-2005 u l-2006 taħt dan l-istrument għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni a bażi ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità amministrattiva ta’ assorbiment u l-bżonnijiet ta’ investiment ta’dan il-pajjiż benefiċjarju li jirriżultaw mill-adeżjoni.”;

4)

Fl-Artikolu 9(1)(a), il-kliem “mill-1 ta’ Jannar 2000 u f’kull każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2002”, għandu jiġi mħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) 1268/99 għandu jkun emendat kif ġej:

1)

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas għall-appoġġ tal-Komunità għal agrikoltura sostenibbli u żvilupp rurali sostenibbli għall-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni għall-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija. Ir-Regolament għandu jibqa’ ukoll applikabbli għal finalizzazzjoni ta’ kull programm mibdi minnu fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja qabel l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.”;

2)

Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 4(2) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-Kroazja il-pjan, taħt l-istess kondizzjonijiet kif stipulati fl-ewwel subparagrafu, għandu jkopri perjodu ta' sentejn massimu mis-sena 2005.”;

3)

Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 5(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mandankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Kroazja, il-programm rispettiv ma għandux ikun suġġett għal verifika f'nofs il-perijodu li fih japplika.”;

4)

L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel minn dan li ġej:

“1.   Assistenza Komunitarja taħt ir-Regolament għandha tingħata waqt il-perjodu 2000 sa 2006, bl-eċċezzjoni ta’ l-assistenza Komunitarja għall-Kroazja li għandha tingħata matul il-perjodu bejn l-2005 u l-2006. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-budgett fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.”;

(b)

Fl-aħħar tal-paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, għall-Kroazja l-allokazzjoni annwali finanzjarja għandha tiġi determinata separatament.”;

5)

L-Artikolu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha talloka r-riżorsi disponibbli lill-pajjiżi applikanti għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2). Fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni biex pajjiż isir eliġibbli għall-assistenza taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha dwar l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għall-perspettiva finanzjarja preżenti għal dak il-pajjiż applikant.”.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) 2666/2000 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 1(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mill-2005 il-Kroazja għandha tkun eliġibbli bħala pajjiż li jirċievi biss għal proġetti u programmi b’dimensjoni reġjonali, kif deskritta fil-qosor fl-Artikolu 2. Minkejja s-sentenza preċedenti, il-Kroazja għandha tibqa’ eliġibbli għal proġetti u programmi taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE.”;

2)

L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel minn dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza Komunitarja bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (****).”;

(****)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1."

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-Kummissjoni tista’, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru. 1605/2002, tiddeċiedi li tafda funzjonijiet ta’ l-awtorità pubblika, u b’mod partikulari funzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-budget lill-korpi elenkati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament imsemmi. Il-korpi definiti fl-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament imsemmi jistgħu jiġu fdati b’funzjonijiet ta’ awtorità pubblika jekk huma ta’ reputazzjoni internazzjonali magħrufa, jikkonformaw mas-sistemi ta’ tmexxija u kontroll magħrufa internazzjonalment, u huma kkontrollati minn awtorità pubblika.”.

Artikolu 5

Għall-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni, u għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1266/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kordinament ta’ l-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta’ l-istrateġija (1) ta’ qabel l-adeżjoni, fejn qed issir referenza għall-Partnership ta’ Adeżjoni (2) u l-Ftehim ta’ l-Ewropa, dan għandu jinftiehem fil-każ tal-Kroazja li jirreferi għall-Partnership Ewropew (3) u għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar l-20 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

D. VAN GEEL


(1)  Opinjoni mogħtija fi (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 769/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 769/2004.

(4)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 769/2004.

(5)  ĠU L 306, 7.12. 2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2415/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 3.).

(6)  ĠU L 297, 22.9. 2004, p. 19-28.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 258, 5.8.2004, p. 11.

(9)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 64.

(1)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 68

(2)  ĠU L 85, 20.3.1998 p. 1.

(3)  ĠU L 86, 23.3.2004, p. 1.


Top