Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2125

2125/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/2004 ta’ l- 14 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops

ĠU L 368, 15.12.2004, pp. 8–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, pp. 51–54 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2125/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2125/2004

ta’ l-14 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-ħops (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn ‘il quddiem referuti bħala “l-Istati l-Membri l-ġodda”), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 (2) għandu jiġi aġġornat f’ċerti aspetti.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 jispeċifika fit-testi li għandhom jiddaħħlu fiċ-ċertifikati fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Dawn it-testi għandhom jiġu speċifikati fil-lingwi tal-Istati l-Membri l-ġodda.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 jistabilixxi d-dati tal-iskadenza fejn l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b’żoni u reġjuni ta' produzzjoni tal-ħops, u ċentri ta' ċertifikazzjoni. Id-dati tal-iskadenza għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-Istati l-Membri l-ġodda.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 għandu jiġi emendat b'mod konformi ma' dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 5a jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5a

Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1784/77 għandu jinkludi mill-inqas wieħed mit-testi indikati f’Anness IIa, applikat mill-awtorità illi jkollha poter twettaq tali ċertifikazzjonijiet.”

2)

Fl-Artikolu 6(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni s-subparagrafu:

“Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, din l-informazzjoni għandha tiġi komunikata sal-1 ta’ Jannar 2005.”

3)

Fl-Artikolu 11 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, din l-informazzjoni għandha tiġi komunikata sal-1 ta’ Jannar 2005.”

4)

L-Anness I ta' dan r-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IIa.

5)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 14 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 18).

(2)   ĠU L 117, 29.4.1978, p. 43. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1021/95 (ĠU L 103, 6.5.1995, p. 20).


ANNESS I

“ANNESS IIa

TESTI REFERUTI FL-ARTIKOLU 5a

[bl-Ispanjol] Producto certificado — Reglamento (CEE) n° 890/78,

[biċ-Ċek] Ověřený produkt — Nařízení (EHS) 890/78,

[bid-Daniż] Certificeret produkt — Forordning (EØF) nr. 890/78,

[bil-Ġermaniż] Zertifiziertes Erzeugnis — Verordnung (EWG) Nr. 890/78,

[bl-Estoni] Sertifitseeritud Produkt — (EMÜ) Määrus Nr 890/78,

[bil-Grieg] πιστοποιημένο προϊόν — κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 890/78,

[bl-Ingliż] Certified product — Regulation (EEC) No 890/78,

[bil-Franċiż] Producto certificado — Reglamento (CEE) n° 890/78,

[bit-Taljan] Prodotto certificato — Regolamento (CEE) n. 890/78,

[bil-Latvjan] Sertificēts Produkts — Reglaments (EEK) N° 890/78

[bil-Litwan] Sertifikuotas produktas — Reglamentas (EEB) Nr. 890/78,

[bl-Ungeriż] Minösitett Termèk — Rendelet (EGK) No 890/78

[bil-Malti] Prodott Iċċertifikat — Regolament (KEE) Nru 890/78

[bid-Daniż] Gecertificeerd produkt — Verordening (EEG) nr. 890/78,

[bil-Pollakk] Produkt certyfikowany — Rozporządzenie (EWG) Nr 890/78,

[bil-Portugiż] Produto certificado — Regulamento (CEE) n° 890/78,

[bis-Slovakk] Certificiran pridelek — Uredba (EES) št. 890/78,

[bis-Sloven] Certifikovaný výrobok — Nariadenie (EHS) č. 890/78,

[bil-Finlandiż] Varmennettu tuote — Asetus (ETY) N:o 890/78,

[bl-Iżvediż] Certifierad produkt — Förordning (EEG) nr 890/78.”


ANNESS II

Punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 890/78 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.

L-Istati Membri li jagħmlu l-attestazzjoni

BE

għall-Belġju

CZ

għar-Repubblika Ċeka

DK

għad-Danimarka

DE

għall-Ġermanja

EE

għall-Estonja

EL

għall-Greċja

ES

għal Spanja

FR

għal Franza

IE

għall-Irlanda

IT

għall-Italja

CY

għal Ċipru

LV

għal-Latvja

LT

għal-Litwanja

LU

għal-Lussemburgu

HU

għall-Ungerija

MT

għal Malta

NL

għall-Olanda

AT

għall-Awstrija

PL

għall-Polonja

PT

għall-Portugall

SI

għas-Slovenja

SK

għas-Slovakkja

FI

għal Finlandja

SE

għall-Iżvezja

UK

għar-Renju Unit”


Top