Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1973

1973/2004/KE: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima

OJ L 345, 20.11.2004, p. 1–84 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 9.12.2008, p. 58–141 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 060 P. 190 - 273
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 060 P. 190 - 273

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009R1121 . Latest consolidated version: 01/01/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1973/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

58


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1973/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima

WERREJ

Kapitolu 1

Ambitu u dispożizzjonijiet ġenerali 67

Kapitolu 2

Primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja 68

Kapitolu 3

Primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina 70

Kapitolu 4

Pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross 70

Kapitolu 5

Pagament skond l-erja għall-ġewż 70

Kapitolu 6

Għajnuna għal patata bil-lamtu 71

Kapitolu 7

Primjum għal prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali 72

Kapitolu 8

Għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija 72

Taqsima 1

Definizzjonijiet 72

Taqsima 2

Kuntratt 72

Taqsima 3

Emendi u tmiem ta’ kuntratt 73

Taqsima 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi 74

Taqsima 5

Kundizzjoni għall-pagament ta’ l-għajnuna 74

Taqsima 6

Kuntratt u l-obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri 75

Taqsima 7

Garanziji 75

Taqsima 8

Dokumenti għal bejgħ, trasferiment jew ikkunsinjar fi Stat membru ieħor jew esportazzjoni 76

Taqsima 9

Kontrolli 76

Taqsima 10

Esklużjoni mill-iskema u evalwazzjoni 78

Kapitolu 9

Għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli 78

Kapitolu 10

Għajnuna għaż-żrieragħ 78

Kapitolu 11

Pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli 79

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-eliġibbiltà għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli 79

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet speċjali li jkopru ċerti uċuħ kultivabbli 80

Taqsima 3

Erjas bażi, produzzjoni ta’ referenza u limiti 80

Taqsima 4

Twarrib 82

Taqsima 5

Dispożizzjonijiet finali 83

Kapitolu 12

Primjums għal nagħaġ u mogħoż 83

Taqsima 1

Pagamenti diretti 83

Taqsima 2

Limiti, Riżervi u Trasferimenti 85

Taqsima 3

Pagamenti addizzjonali 86

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet ġenerali 87

Kapitolu 13

Pagamenti għal ċanga u vitella 87

Taqsima 1

Primjum speċjali (l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 87

Taqsima 2

Primjum għad-destaġonalizzazzjoni (l-Artikolu 124 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 89

Taqsima 3

Primjum għal baqar li jreddgħu (l-Artikoli 125 sa 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 90

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu 93

Taqsima 5

Primjum tal-qatla (l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 95

Taqsima 6

Pagamenti addizzjonali (l-Artikoli 133 sa 136 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 97

Taqsima 7

Dispożizzjonijiet ġenerali 97

Taqsima 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali 99

Kapitolu 14

Skema ta’ pagament wieħed skond l-erja 100

Kapitolu 15

Pagamenti nazzjonali diretti komplementari 101

Kapitolu 16

Użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima 101

Taqsima 1

Definizzjonijiet 101

Taqsima 2

Kuntratt 102

Taqsima 3

Emendi u tmiem ta’ kuntratt 103

Taqsima 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi 104

Taqsima 5

Kundizzjoni għall-pagament ta’ l-għajnuna 104

Taqsima 6

Kuntratt u l-obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri 104

Taqsima 7

Garanziji 105

Taqsima 8

Dokumenti għal bejgħ, trasferiment jew ikkunsinjar fi Stat membru ieħor jew esportazzjoni 106

Taqsima 9

Kontrolli 107

Taqsima 10

Esklużjoni mill-iskema u evalwazzjoni 109

Kapitolu 17

Għajnuna skond l-erja għall-ħops 109

Kapitolu 18

Dispożizzjonijiet finali 110

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110 u l-Artikolu 145(c), (d), (e) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Titoli IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxu ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni ta’ xi wħud minn dawn l-iskemi diġà ġew stabbiliti bl-atti li ġejjin: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1686/72 tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar ċerti regoli dettaljati għal għajnuna għaż-żrieragħ (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/76 tat-22 ta’ Ġunju 1976 li jispeċifika l-varjetajiet differenti ta’ Lolium perenne L (3)., ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għal ċerti legumi (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/1999 tad-19 ta’ Marzu 1999 li jniżżel regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produtturi tal-ħops (5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ uħud mill-prodotti tal-bagħli (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premium (7), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta’ Novembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ l-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima (8), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 tal-21 ta’ Diċembru 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż rigward l-iskemi tal-premium u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2199/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni għas-sena 2004 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ ħlas għaż-żona unika għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (10), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2237/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (11). Fl-interess ta’ ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ikun xieraq li dawk l-atti jiġu revokati u sostitwiti b’Regolament wieħed li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal dawk l-iskemi kollha, li jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

(2)

Sabiex tkun żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ dawk l-iskemi, il-pagamenti skond l-erja għandhom ikunu ristretti għal ċerti żoni u għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet.

(3)

Malta għandha għadd kbir ħafna ta’ irziezet żgħar, inqas minn 0,3 ettaru fid-daqs. Biex wieħed jevita li ħafna bdiewa f’Malta jiġu skwalifikati minn pagamenti diretti bbażati fuq l-erja, f’Malta għandu jiġi ffissat daqs minimu ta’ 0,1 ha għall-applikazzjoni għal pagamenti diretti bbażati fuq l-erja u, għas-snin 2005 u 2006, Malta għandha titħalla tidderoga mill-Artikolu 107(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Iż-żrigħ ta’ raba’ bl-iskop uniku li wieħed jikkwalifika għall-pagamenti skond l-erja m'għandux jitħalla jsir. Ċerti kundizzjonijiet relatati maż-żrigħ u l-kultivazzjoni ta’ uċuħ għandhom ikunu speċifikati, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ qamħ ta’ l-Awstralja, pjanti ta’ proteina u ross. L-istandards lokali għandhom ikunu rispettati sabiex tiġi riflessa d-diversità tal-prattika agrikola fil-Komunità.

(5)

Għandha tkun permessa applikazzjoni waħda biss għal pagament skond l-erja b’referenza għal kull biċċa art ikkultivata f’sena partikolari minbarra f’każijiet fejn il-pagament skond l-erja jkun qed jingħata bħala suppliment għall-istess prodott tar-raba’ jew l-għajnuna tkun tikkonċerna l-produzzjoni ta’ żrieragħ. Jistgħu jingħataw pagamenti skond l-erja fuq prodotti tar-raba’ ssussidjati taħt xi skema li tkun tagħmel parti mill-politika strutturali jew ambjentali tal-Komunità.

(6)

Skemi ta’ appoġġ ibbażati fuq għajnuna skond l-erja jipprevedu li fejn l-erja li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna teċċedi l-erja garantita jew l-erjas bażi jew is-suberjas bażi massimi, l-erja għal kull bidwi li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna dik is-sena għandha titnaqqas proporzjonalment. Għalhekk ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-modalitajiet u l-iskadenzi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit il-koeffiċjent tat-tnaqqis u biex il-Kummissjoni tiġi infurmata bl-erjas li għalihom tkun tħallset l-għajnuna. L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għat-tnaqqis fl-ammont totali tal-kwantitajiet individwali ta’ referenza f’każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(7)

Skond l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għoti tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja huwa suġġett għall-użu ta’ ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ varjetajiet rikonoxxuti, fiż-żona ta’ produzzjoni, li huma ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tas-smid jew l-għaġin. Sabiex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu rispettati, għandhom jiġu ffissati l-kriterji għall-metodu ta’ skrinjar ta’ varjetajiet f’kull wieħed mill-Istati Membri u għandha tiġi ffissata l-proċedura għall-elenkar ta’ lista tal-varjetajiet eliġibbli kif ukoll il-kwantità minima ta’ żrieragħ iċċertifikati li għandha tintuża.

(8)

Iż-żmien qasir ta’ bejn l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-dħul fis-seħħ tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja jagħmilha impossibbli li wieħed jistabbilixxi lista tal-varjetajiet eliġibbli għall-għoti ta’ l-għajnuna fis-sena 2005 f’konformità mal-metodu ta’ skrinjar intenzjonat. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu lista tranżizzjonali bbażata fuq selezzjoni ta’ varjetajiet kurrenti.

(9)

F’xi reġjuni, il-prodotti tar-raba’ ta’ proteina jinżergħu tradizzjonalment f’taħlita ma’ ċereali għal raġunijiet agronomiċi. Bħala riżultat il-wiċċ ikun jikkonsisti prinċipalment fi prodotti tar-raba’ ta’ proteina. Għall-iskop ta’ l-għoti tal-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina, l-erjas li jinżergħu b’dan il-mod għandhom għalhekk jitqiesu bħala erjas ta’ prodotti tar-raba’ ta’ proteina.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti standards għaż-żrieragħ tal-lupina ħelwa u testijiet biex jiddeterminaw jekk żrieragħ f’kampjun ikunux ta’ lupina ħelwa jew le.

(11)

Għall-effiċjenza u t-tmexxija tajba ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-ġewż, l-għajnuna li tingħata skond l-erja m’għandhiex tintuża biex tiffinanzja tħawwiliet marġinali jew siġar iżolati. Għandhom għalhekk jiġu ddefiniti d-daqs minimu ta’ plott u d-densità minima tas-siġar f’ort speċjalizzat. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bejn il-pjanijiet eżistenti ta’ titjib li jiskadu wara l-introduzzjoni ta’ l-iskema l-ġdida ta’ għajnuna, ikun xieraq li jkun hemm provvediment għal miżuri tranżizzjonali.

(12)

It-termini tal-pagament kif ukoll il-kalkolu tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross ma jiddependux biss fuq l-erja bażi jew l-erjas iffissati għal kull wieħed mill-Istati Membri produtturi bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, imma wkoll fuq is-suddiviżjoni possibbli f’suberjas bażi ta’ dawk l-erjas bażi u fuq il-kriterji oġġettivi magħżulin minn kull wieħed mill-Istati Membri biex jesegwixxi din is-suddiviżjoni, fuq kundizzjonijiet li bihom tkun qed issir il-kultivazzjoni fi bċejjeċ ta’ art ikkultivata u fuq id-daqs minimu ta’ l-erjas bażi. B’konsegwenza ta’ dan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-modalitajiet tat-twaqqif, it-tmexxija u l-kultivazzjoni li huma applikabbli għall-erjas bażi u s-suberjas bażi.

(13)

L-osservazzjoni ta’ eċċess possibbli ta’ l-erja bażi msemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 timplika tnaqqis fil-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross. Sabiex jiġu deċiżi l-modalitajiet tal-kalkolu għal dan it-tnaqqis, il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati kif ukoll il-koeffiċjenti applikabbli għandhom ikunu ddefiniti.

(14)

Fil-kontroll ta’ wara l-ħlasijiet tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross huwa preżunt li l-Kummissjoni tkun ġiet mogħtija ċerta informazzjoni relatata mal-kultivazzjoni ta’ l-erjas bażi u s-suberjas bażi. Għal dak l-iskop, l-informazzjoni dettaljata li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kif ukoll l-iskadenzi għal dawn il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu determinati.

(15)

L-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għal għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata li hija suġġetta għal kuntratt ta’ kultivazzjoni u fil-limitu tal-kwota stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (12). Għandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna u, fejn ikun applikabbli, għandhom isiru referenzi għad-dispożizzjonijiet eżistenti band’oħra li jikkonċernaw is-sistema ta’ kwoti li hemm provvediment għaliha fir-Regolament (KE) Nru 1868/94.

(16)

L-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipulaw li l-primjum għal prodotti tal-ħalib u l-pagament addizzjonali jitħallsu lill-produtturi. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (13) jagħmel provvediment għal dispożizzjonijiet speċifiċi f’każ ta’ inattività. Għalhekk ikun xieraq li, meta persuna naturali jew legali li jkollha kwantità ta’ referenza individwali ma tkunx qed tissodisfa aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu tat-tnax-il xahar qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena kkonċernata, isir provvediment għal esklużjoni mill-benefiċċju tal-primjum u l-pagament.

(17)

L-Artikoli 88 u 92 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għal skema ġdida ta’ għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija biex tingħata lill-bdiewa. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2461/1999, li jeskludi l-pitravi mill-għajnuna, il-kultivazzjoni tal-pitravi għandha tkun eskluża mill-iskema ta’ għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija.

(18)

Għandhom jiġu stabbiliti t-termini ta’ l-eliġibbiltà għall-għajnuna. Għal dak l-iskop, għandu jkun stabbilit li l-produttur u l-ewwel proċessur għandhom jidħlu f’kuntratt bejniethom fejn ikollha x’taqsam il-materja prima agrikola kkonċernata. Għandhom jiġu ddefiniti wkoll il-kundizzjonijiet fejn l-ipproċessar isir mill-bidwi fl-azjenda tiegħu.

(19)

Biex ikun żgurat li l-materja prima tkun ġiet ipproċessata fil-prodott għall-enerġija speċifikat, l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw garanzija, minkejja l-fatt li l-għajnuna ma tingħatax lill-ewwel proċessuri imma lill-bdiewa. Il-garanzija għandha tkun għolja biżżejjed li timpedixxi kull riskju li l-materja prima tispiċċa tiġi ddevjata mid-destinazzjoni tagħha. Barra dan, sabiex is-sistema ta’ kontroll ta’ l-iskema tkun waħda effettiva, il-bejgħ ta’ materja prima u ta’ prodotti semiproċessati għandu jkun limitat għal massimu ta’ tnejn qabel l-ipproċessar finali.

(20)

Għandha ssir distinzjoni espliċita bejn l-obbligi ta’ l-applikant, li jintemmu ladarba l-kwantità totali ta’ materja prima miġbura tkun ġiet ikkunsinjata, u l-obbligi fir-responsabbiltà ta’ l-ewwel proċessuri, li jibdew ma’ l-ikkunsinjar u jintemmu bl-ipproċessar finali tal-materja prima fi prodotti għall-enerġija.

(21)

Ċerti operazzjonijiet ta’ trasport fit-territorju Komunitarju li jinvolvu materja prima u prodotti dderivati minnha għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli li jesiġu l-użu ta’ kopji tal-kontroll T5 li jridu jinħarġu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (14). Għandu jsir provvediment għal evidenza alternattiva kemm-il darba l-kopja tal-kontroll T5 tintilef b’riżultat ta’ ċirkostanzi li ma jkunx responsabbli għalihom il-proċessur.

(22)

L-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għal tnaqqis fl-għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli meta l-ammont totali ta’ għajnuna mitluba jkun jeċċedi l-limitu ffissat. Għandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti l-modalitajiet għall-kalkolu tal-koeffiċjent tat-tnaqqis.

(23)

L-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-possibbiltà li tingħata għajnuna diretta għall-produzzjoni ta’ xi waħda mill-ispeċijiet ta’ żrieragħ jew aktar.

(24)

L-għajnuna tista’ tingħata biss għall-produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi jew żrieragħ iċċertifkati u dawn il-prodotti għandhom ikunu ddefiniti biċ-ċar b’referenza għad-Direttivi dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ: id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (15), id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (16), u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (17).

(25)

Biex il-kontrolli jkunu possibbli, iż-żrieragħ bażiċi u ż-żrieragħ iċċertifkati għandhom jiġu prodotti skond kuntratti ta’ tkabbir jew dikjarazzjonijiet ta’ tkabbir li għandhom jiġu annessi ma’ applikazzjoni waħda u l-istabbilimenti u l-kultivaturi taż-żrieragħ għandhom ikunu approvati jew irreġistrati uffiċjalment. Għandhom jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għal każijiet fejn stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ minn Stat Membru jkabbar żrieragħ fi Stat Membru ieħor.

(26)

Għal raġunijiet amministrattivi, l-għajnuna għandha, f’kull wieħed mill-Istati Membri, tingħata biss b’referenza għall-prodotti miġbura fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

(27)

Skond l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, titħallas għajnuna għal produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi jew ċċertifkati ta’ varjetajiet tal-Cannabis sativa L. b’kontenut ta’ tetraidrokannabinol li ma jaqbiżx iż-0,2 %. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi mal-Komunità kollha tar-regoli għall-għoti ta’ l-għajnuna, għandha tintuża għal dak l-iskop il-lista tal-varjetajiet tal-Cannabis sativa L. eliġibbli għall-għajnuna elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll integrati kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (18).

(28)

L-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiddefinixxi r-raba’ li huwa eliġibbli għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli. Dak l-Artikolu jawtorizza ċerti eċċezzjonijiet taħt il-kontroll ta’ l-Istati Membri li ma jimminawx l-effettività ta’ l-arranġamenti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Sabiex ikun evitat kull riskju bħal dan, għandhom jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-erja totali tar-raba’ eliġibbli tibqa’ fil-livell kurrenti u biex jimpedixxu kull żieda konsiderevoli fiha. F’ċerti każijiet dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu erjas li qabel kienu eliġibbli jibdew jitqiesu ineliġibbli bħala miżura protettiva.

(29)

L-Istati Membri fejn il-qamħirrum m’huwiex prodott tar-raba’ tradizzjonali jistgħu jagħmlu l-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin eliġibbli għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li tkun definita t-tifsira ta’ ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

(30)

L-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jissuġġetta l-pagament skond l-erja għall-kittien u qanneb imkabbra għall-fibra għall-iffinalizzar ta’ kuntratt jew obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut (19). Għandu jsir provvediment biex kopja tal-kuntratt jew l-obbligu tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal pagamenti. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-varjetajiet ta’ kittien u qanneb imkabbra għall-fibra huma dawk elenkati bħala pjanti tal-fibra fil-Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli u, fil-każ tal-kittien b’mod partikolari, bħala “kittien tal-fibra”. Barra minn hekk, fil-każ tal-qanneb, il-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tal-varjetajiet awtorizzati ma jistax jeċċedi ż-0,2 %. Għaldaqstant lista tal-varjetajiet ta’ kittien eliġibbli għandha tiġi elenkata, billi l-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004. Sabiex jiġu pprovduti garanziji aktar serji fil-każ tal-qanneb, għandu jkun meħtieġ ukoll l-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati.

(31)

L-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jeħtieġ li l-produtturi taċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pjanti ta’ proteina jkunu lestew miż-żrigħ mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju. F’ċerti każijiet, iż-żrigħ jista’ jitħalla għal wara l-31 ta’ Mejju minħabba t-temp. L-iskadenza għaż-żrigħ u għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għandha tiġi estiża għal xi prodotti tar-raba’ f’ċerti reġjuni. Madankollu, dawn l-estensjonijiet m’għandhomx jaffettwaw ħażin l-effikaċja tas-sistema ta’ appoġġ jew jimminaw is-sistema ta’ kontroll introdotta bil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(32)

Sabiex ikun żgurat li l-industrija ta’ l-ipproċessar tirċievi provvisti regolari ta’ qamħ ħelu tul is-sena kummerċjali kollha, il-produtturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jifirxu ż-żergħat tagħhom fuq perjodu ta’ żmien itwal. Għaldaqstant id-data finali għaż-żrigħ tal-qamħ ħelu għandha tiġi differita għal 15 ta’ Ġunju.

(33)

Ikun xieraq li jsir provvediment biex tintuża kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ qamħ ta’ l-Awstralja fil-każ tas-suppliment u għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja. Bid-diversità ta’ prattika agrikola fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom fil-mira, l-iffissar tal-kwantità minima għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati.

(34)

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha tiġi ddefinita t-tifsira ta’ irrigazzjoni.

(35)

Għandhom ikunu speċifikati l-erjas li jridu jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li tiġi evalwata kull qabża fl-erja bażi u r-regoli li jiddeterminaw id-dimensjoni ta’ dan il-qbiż. Fejn erja bażi separata tkun ġiet stabbilita għall-qamħirrum, erjas irrigati jew ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-erjas li jridu jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li tiġi kkalkulata kull qabża fl-erja bażi inkwistjoni. Ir-regoli li jiddeterminaw kull qabża fl-erja bażi għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ l-erja bażi fil-każijiet kollha. Għandu jkun speċifikat ukoll il-mod li bih il-qabża trid tiġi kkalkulata b’referenza għall-erjas garantiti massimi għal qamħ ta’ l-Awstralja. Għandha tkun speċifikata wkoll il-proċedura li trid tiġi osservata biex tiġi stabbilita l-qabża fil-limitu tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(36)

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-eliġibbiltà għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli hija kundizzjonali minħabba l-obbligu li għandhom il-produtturi kkonċernati biex iwarrbu parti mill-erja ta’ l-azjendi tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati li jkunu jistgħu jiżguraw l-effettività meħtieġa ta’ l-iskema. Għal dak il-għan, għandu jsir provvediment biex l-erjas magħduda bħala mwarrba jkunu paragunabbli ma’ dawk magħduda għall-iskop li tiġi kkalkulata l-erja bażi reġjonali. Għandha tiġi ddefinita l-“uċuħ tal-legumi” msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(37)

Skond l-Artikolu 107(6) u fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għal dak li huwa raba’ li jitwarrab volontarjament. Dawk ir-regoli għandhom ikunu konsistenti mas-sistema fl-intier tagħha introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(38)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà għal primjums għal nagħaġ u mogħoż li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu 11 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet meħtieġa.

(39)

L-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-għoti ta’ primjum lil bdiewa bil-mogħoż tal-qatla f’ċerti żoni tal-Komunità. Għaldaqstant l-erjas imsemmija għandhom ikunu regolati skond il-kriterji stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni.

(40)

Skond l-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bdiewa bil-bhejjem li jkollhom mill-inqas 50 % ta’ l-erja ta’ l-azjendi tagħhom użata għal biedja li tkun tinsab f’żoni żvantaġġati jistgħu jikkwalifikaw għall-primjum supplimentari. L-Artikolu 113(2) jagħmel referenza għaż-żoni ġeografiċi speċifiċi fejn bdiewa bil-mogħoż tal-qatla jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikkwalifikaw għall-primjum tal-mogħoż. Għandhom isiru provvedimenti għal dikjarazzjoni li jkunu jridu jagħmlu l-bdiewa bil-bhejjem li jissodisfaw dawk il-kriterji biex jippruvaw li mill-inqas nofs l-art li jkunu qed jużaw għal produzzjoni agrikola tkun tinsab f’żoni żvantaġġati jew f’żoni li jikkwalifikaw għall-primjum tal-mogħoż.

(41)

Għall-iskop ta’ kontroll fuq l-eliġibbiltà għal-livell korrett ta’ primjum tan-nagħaġ, l-Istati Membri għandhom jelenkaw f’inventarju l-bdiewa bil-bhejjem li jkunu qed jikkummerċjaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ.

(42)

Bil-ħsieb li tkun implimentata s-sistema tal-limiti individwali kif introdotta bl-Artikoli 116, 117 u 118 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati għal dak li għandu x’jaqsam ma’, b’mod partikolari, l-użu ta’ drittijiet mogħtija bla ħlas, l-użu ta’ drittijiet normali inkluż l-użu minimu, il-kiri temporanju u t-trasferiment ta’ drittijiet, in-notifika ta’ bdil fil-limitu individwali u t-trasferiment ta’ drittijiet mir-riżerva nazzjonali. Xi wħud minn dawk ir-regoli huma dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati bħalma huma, dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ drittijiet, il-bdiewa ż-żgħar bil-bhejjem u l-bdiewa bil-bhejjem li jkunu qed jipparteċipaw fi programmi ta’ estensifikazzjoni u skemi ta’ rtirar kmieni, u, għall-iskop ta’ trasferimenti, il-wirt ta’ drittijiet ta’ primjums u l-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jużaw biss mergħa proprjetà pubblika jew kollettiva.

(43)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-arranġamenti l-ġodda u mħabba dan teħtieġ li l-Istati Membri jipprovdulha l-informazzjoni essenzjali li suppost għal dik li hija l-implimentazzjoni tar-regoli tal-primjums.

(44)

Jekk ikun applikabbli, għandha tintbagħat informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali fuq, u l-implimentazzjoni ta’, pagamenti addizzjonali.

(45)

It-Titolu IV, Kapitolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għal pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet meħtieġa għal dawk il-pagamenti.

(46)

L-għanijiet tal-limitu reġjonali u d-densità ta’ stokkjar jiddettaw li jista’ ma jibqax jiġi applikat għall-primjum speċjali b’referenza għall-istess kategorija ta’ età għal dawk il-bhejjem affettwati bl-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri. Għall-iskop tal-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, dawk il-bhejjem għandhom jitqiesu li jkunu kkwalifikaw għall-primjum speċjali.

(47)

Għandu jsir provvediment għad-dokument amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 123(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jrid jitħejja u jinħareġ fuq livell nazzjonali. Sabiex jingħata għarfien tal-kundizzjonijiet amministrattivi u ta’ kontroll partikolari fl-Istati Membri, għandhom ikunu permessi forom differenti tad-dokument amministrattiv.

(48)

L-Artikolu 123(3)(a) u l-Artikolu 130(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxu perjodu taż-żamma bħala kundizzjoni għall-għoti tal-primjum speċjali u tal-primjum tal-qatla. Għalhekk jeħtieġ li dak il-perjodu jiġi definit u kkwantifikat.

(49)

L-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum speċjali meta tasal il-qatla għandhom ikunu konsistenti ma’ l-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum tal-qatla. Għandhom ikunu speċifikati t-tipi ta’ dokumenti li għandhom jakkumpanjaw il-bhima sal-qatla, d-dispaċċ jew l-esportazzjoni. Sabiex jingħata għarfien tal-karatteristiċi speċifiċi tal-forma ta’ l-għotja meta tasal il-qatla, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ l-età għall-barrin imsewwija u l-metodu ta’ preżentazzjoni tal-karkassa għall-bhejjem ta’ l-ifrat adulti.

(50)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ l-għoti tal-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, skond l-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum tal-qatla. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex japplikaw din l-iskema ta’ primjums.

(51)

Għandu jiġi definit il-kunċett tal-baqra li tredda’ stabbilit fl-Artikolu 125 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. F’dak ir-rigward, għandhom jinżammu l-istess razez bħal dawk skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti eżistenti essenzjali jistgħu jkomplu jiġu applikati, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni medja tal-ħalib u l-primjum addizzjonali nazzjonali.

(52)

Ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati għal dak li għandu x’jaqsam ma’ b’mod partikolari l-limiti individwali, in-notifiki dwar il-limiti individwali u r-riżerva nazzjonali, id-drittijiet miksuba bla ħlas, l-użu ta’ drittijiet, it-trasferiment u l-kiri temporanju ta’ drittijiet, u t-trasferimenti mir-riżerva nazzjonali.

(53)

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex japplikaw l-iskema speċjali stabbilita fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għandhom ikunu speċifikati l-arranġamenti speċjali għall-għoti tal-primjum.

(54)

Għandu jiġi ddeterminat il-metodu biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar. Għandha tiġi stabbilita data biex tiġi nnotata l-kwantità ta’ referenza tal-ħalib.

(55)

Id-densità ta’ stokkjar għall-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni għandha tinkludi l-bhejjem ta’ l-ifrat kollha ta’ l-età ta’ sitt xhur jew aktar li jkun hemm fl-azjenda. Għaldaqstant huma meħtieġa regoli speċjali għall-għadd tal-bhejjem u għad-dikjarazzjoni tal-produttur tal-parteċipazzjoni fl-iskema. Għandu jsir provvediment għall-użu tad-database kompjuterizzata msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta’ l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (20).

(56)

Għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-pagament għall-estensifikazzjoni ma jingħatax lil bdiewa bil-bhejjem li jikkonformaw b’mod artifiċjali mar-rati medji ta’ stokkjar meħtieġa għall-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni.

(57)

Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri biex jiġu ddeterminati, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni ta’ baqar tal-ħalib. Għandhom ikunu speċifikati l-arranġamenti speċjali għall-għoti tal-primjum. Għandu jiġi stabbilit perjodu minimu taż-żamma.

(58)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni tar-regoli dwar perjodi, dati u limiti ta’ żmien tal-perjodu taż-żamma.

(59)

Għas-semplifikazzjoni, l-applikazzjoni għal għajnuna għall-‘istokk ta’ bhejjem 'li hemm provvediment għaliha fis-sistema integrata għandha titqies li tirrappreżenta applikazzjoni għall-primjum tal-qatla, bil-kundizzjoni li jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa biex tiġġustifika l-pagament tal-primjum u li l-bhima tinqatel fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, jew tiġi esportata.

(60)

Għandu jkun possibbli li tintuża d-database kompjuterizzata msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 biex ikun iffaċilitat l-immaniġġjar tal-primjum tal-qatla, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun iqis li d-database toffri assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tad-data ta’ ġo fiha għall-iskop tal-pagament ta’ primjums.

(61)

Il-primjum tal-qatla għall-għoġġiela huwa kundizzjonali minħabba l-limitu ta’ piż massimu. Ghaldaqstant għandu jiġi stabbilit tip standard ta’ preżentazzjoni tal-karkassa, li għaliha jkun japplika dan il-piż massimu.

(62)

Għandha tintbagħat informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali fuq il-pagamenti addizzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom.

(63)

Biex ikun żgurat li l-bdiewa bil-bhejjem jirċievu l-pagamenti malajr kemm jista’ jkun, għandu jsir provvediment għall-għoti ta’ ħlasijiet bil-quddiem. Madankollu, minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali jew reġjonali, għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-ħlas bil-quddiem ma jaqbiżx il-pagament definittiv. Għaldaqstant għandu jsir provvediment biex l-Istati Membri jitħallew inaqqsu l-persentaġġ tal-ħlas bil-quddiem għall-iskemi ta’ primjums li jkunu suġġetti għal dawk il-limiti.

(64)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi penalitajiet għall-użu jew iż-żamma illegali ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati bil-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti. Fil-każ ta’ trasgressjonijiet ripetuti, ir-regolarizzazzjoni tat-terminu taż-żmien tal-penalitajiet għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri, li huma f’qagħda aħjar biex jiġġudikaw is-serjetà vera ta’ l-offiża li tkun twettqet.

(65)

Jeħtieġ li tiġi ffissata d-data li tiddetermina għal liema elementi wieħed għandu jagħti każ fl-applikazzjoni ta’ l-iskemi tal-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu. Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni sigura u konsistenti, dik id-data għandha, bħala regola ġenerali, tkun id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Madankollu, fejn għandu x’jaqsam il-primjum speċjali li jitħallas għall-qatla, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali sabiex tkun evitata t-tmexxija ta’ ammonti minn sena għall-oħra bil-ħsieb li jinkiseb primjum ogħla. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum tal-qatla, id-data tal-qatla jew ta’ l-esportazzjoni tkun indikazzjoni aħjar ta’ kemm l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu twettqu tassew.

(66)

Ir-rata tal-kambju applikabbli fid-data ta’ l-avveniment operattiv għall-primjums għandha tiġi ffissata b’tali mod sabiex fil-prinċipju tiżgura li dawn il-primjums ma jġarrbux bdil akut meta jinqalbu fil-munita nazzjonali minħabba r-rata tal-kambju f’data waħda partikolari.

(67)

Għandu jsir provvediment biex l-Istati Membri jkunu suġġetti għal ċerti obbligi ta’ notifikazzjoni. Biex tkun iffaċilitata t-trażmissjoni u l-analiżi tad-data, għandu jiġi stabbilit format konsistenti għas-sottomissjoni ta’ dik id-data.

(68)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla għall-iskema l-ġdida, jeħtieġu dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-obbligu li jiġu mmarkati u identifikati l-bhejjem.

(69)

L-Artikolu 143b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jippermetti r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (l-Istati Membri l-ġodda) li jibdlu l-pagamenti diretti ma’ pagament wieħed (“l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja”). Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għamlu dik l-għażla. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja.

(70)

Bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u sabiex tkun evitata l-amministrazzjoni ta’ applikazzjonijiet numerużi li jkunu jfissru pagamenti ta’ inqas minn EUR 50 għal kull azjenda, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja talbu l-awtorizzazzjoni biex id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda jiġi ffissat f’livell ogħla minn 0,3 ha.

(71)

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għamlu stima tal-parti ta’ l-erja agrikola utilizzata li għandhom li kienet għadha miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 u pproponew li jaġġustawha skond id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda.

(72)

L-Artikolu 143c tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-possibbiltà li tiġi ssupplimentata l-għajnuna diretta mħallsa lil bidwi fl-Istati Membri l-ġodda, suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ din il-possibbiltà.

(73)

L-Artikolu 55(b) u l-ewwel inciz ta' l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi ezenzjoni mill-imwarrab jekk l-art tintuza biex tipproduci materjali ghall-manifattura gol-Komunità ta' prodotti li primarjament mhumiex intizi ghall-konsum tal-bniedem jew ta' l-annimali, provdut li jkunu applikati sistemi ta' kontroll effettivi.

(74)

Tajjeb li ma tiġix eskluża f’ċerti kundizzjonijiet il-koltivazzjoni tal-pitravi, tal-artiċokks jew tal-għeruq tal-indivja fuq l-art imwarrba. Dawn il-koltivazzjonijiet ma jistgħux igawdu minn ħlas meta wieħed jikkunsidra r-riskju li jistgħu jinfluwenzaw is-suq taz-zokkor. Madankollu hu meħtieġ li dawn il-koltivazzjonijiet jkunu konformi mar-regoli li jirregolaw l-użu tal-art imwarrba.

(75)

Jaqbel li jiġu definiti l-kundizzjonijiet dwar l-eliġibilità għall-benefiċċju ta’ din is-sistema. Hemm lok li tiġi ppreċiżata f’dan ir-rigward il-kundizzjoni għall-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-produttur u kemm il-kollettur kif ukoll l-ewwel proċessur dwar il-materji primi agrikoli kkonċernati. F’każ li l-ipproċessar isir mill-bidwi fuq il-medda art, xi kundizzjonijiet għandhom xorta waħda jiġu definiti.

(76)

Biex tiġi ggarantita l-konformità mal-punt 7 tal-memorandum ta’ ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropeja u l-Istati Uniti dwar ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt fil-kwadru tal-GATT, approvat permezz tad-Deċiżjoni 93/355/KE tal-Kunsill (21), jeħtieġ li jiġu implimentati l-metodi tal-applikazzjoni biex titnaqqas, jekk ikun hemm bżonn, il-kwantità ta’ prodotti sekondarji li jistgħu jiġu prodotti u maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali jekk il-kwantità totali tal-imsemmija prodotti sekondarji taqbeż il-miljun tunnellata metrika fis-sena, mogħtija bħala ekwivalenti ta’ dqiq tal-fażola tas-sojja.

(77)

Biex jiġi żgurat li l-materja prima tiġi pproċessata fil-prodott finali previst, għandha tingħata garanzija mill-kollettur jew mill-ewwel proċessur, għalkemm l-għajnuna tingħata lill-bidwi. Barra minn hekk, biex issir aktar effiċjenti s-sistema għall-kontroll tas-sistema, hemm lok li jiġi limitat in-numru ta’ proċessuri.

(78)

Jeħtieġ li ssir distinzjoni espliċita bejn l-obbligazzjonijiet tal-applikant li jispiċċaw meta ssir il-kunsinna tal-kwantità totali tal-materja prima miġbura, u l-obbligazzjonijiet, flimkien ma’ garanzija, tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur li jibdew mal-kunsinna u jispiċċaw mal-ipproċessar finali tal-materji primi fil-prodotti finali.

(79)

Ċerti attivitajiet ta’ trasport fuq it-territorju tal-Komunità ta’ materji primi u ta’ prodotti li ġew minnhom għandhom ikunu soġġetti għal sistemi tal-kontroll li jinkludu l-użu ta’ dikjarazzjonijiet u ta’ formoli tal-kontroll T5 li għandhom jiġu kkunsinjati b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Provi alternattivi għandhom ikunu maħsuba f’każ li l-formola tal-kontroll T5 ma tasalx għand l-awtorità responsabbli għall-kollettur jew għall-ewwel proċessur b’riżultat ta’ ċirkostanzi mhux imputabbli għal dan tal-aħħar. Biex tkun żgurata l-effiċjenza u l-ġestjoni tajba tas-sistema ta’ għajnuna, jaqbel jitwaqqfu d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll.

(80)

Minbarra l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 110o tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-għajnuna skond l-erja għall-ħops, għandhom jiġu stabbiliti xi kriterji addizzjonali sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tingħata għal erjas li fuqhom ikun qed jiġi kkultivat il-ħops taħt kundizzjonijiet normali ta’ kultivazzjoni. Il-kunċett ta’ erja “miżrugħa bil-ħops” għandha tiġi ddefinita fil-livell ta’ Komunità sabiex ikun żgurat li l-erjas li għalihom ikun qed isir il-pagament addizzjonali jiġu kkalkulati bl-istess mod. Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mod li bih is-somma totali disponibbli għal kull Stat Membru għall-pagamenti addizzjonali titqassam fuq l-erjas eliġibbli.

(81)

Għandu jiġi ffissat limitu ta’ żmien għall-obbligu tal-ħlas b’referenza għall-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (22) mill-gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata dwar il-mod kif ikun intuża l-pagament. Kull ammont mingħajr l-obbligu li jitħallas sa ċertu perjodu ta’ żmien għandu jintradd lura. Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mod li bih is-somma totali disponibbli għal kull Stat Membru għall-pagament titqassam lil gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti.

(82)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

AMBITU U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Materja tematika u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskemi ta’ appoġġ li ġejjin li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a)

primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

pagament skond l-erja għall-ġewż li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament;

(e)

għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament;

(f)

għajnuna għal patata bil-lamtu li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 6 ta’ dak ir-Regolament;

(g)

primjum għal prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 7 ta’ dak ir-Regolament;

(h)

għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

(i)

għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 ta’ dak ir-Regolament;

(j)

pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament;

(k)

primjums għal nagħaġ u mogħoż li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 11 ta’ dak ir-Regolament;

(l)

pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 12 ta’ dak ir-Regolament;

(m)

għajnuna għal legumi mnixxfa li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 13 ta’ dak ir-Regolament;

(n)

skema ta’ pagament wieħed skond l-erja li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 143b ta’ dak ir-Regolament;

(o)

pagamenti diretti komplementari nazzjonali li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 143c ta’ dak ir-Regolament;

(p)

għajnuna skond l-erja għall-ħops li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 10d ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima taħt l-iskema ta’ pagament wieħed li hemm provvediment għaliha fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-iskema ta’ pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet tal-pagament

1.   Il-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (e), (h), (i), (j), (m) u (p) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti tar-raba’, li għalihom tkun saret applikazzjoni b’referenza għal mill-inqas 0,3 ettaru, fejn kull biċċa art ikkultavata tkun taqbeż id-daqs minimu ffissat mill-Istat Membru taħt il-limitu li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ ta’ Malta, il-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (e), (h), (i), (j), (m) u (p) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti tar-raba’, li għalihom tkun saret applikazzjoni b’referenza għal mill-inqas 0,1 ettaru, fejn kull biċċa art ikkultivata tkun taqbeż id-daqs minimu ffissat mill-Istat Membru taħt il-limitu li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

2.   Il-pagament dirett imsemmi fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (h) u (j) għandu jingħata biss għall-erjas li jkunu miżrugħa kompletament u li fuqhom il-kundizzjonijiet kollha ta’ kultivazzjoni normali jkunu ġew esegwiti skond l-istandards lokali.

Madankollu, fil-każ tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u tal-pagament għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament, prodotti tar-raba’ mkabbrin f’erjas li jkunu miżrugħa għal kollox u li jkunu qed jiġu kkultivati skond l-istandards lokali, imma li ma jilħqux l-istadju tat-tirħis minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna bil-kundizzjoni li l-erjas imsemmija ma jintużaw għal ebda skop ieħor sa dan l-istadju ta’ tkabbir.

3.   F’sena partikolari, ma tistax issir aktar minn applikazzjoni waħda għal pagament skond l-erja taħt xi skema ffinanzjata konformi ma’ l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 (23) b’referenza għal kull biċċa art ikkultivata.

Madankollu:

(a)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagamenti għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(d)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-pagamenti għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli msemmija fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

4.   Ir-raba’ li jintuża għall-produzzjoni ta’ materja prima msemmi fl-Artikolu 55 (b) u fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ikkultivat bl-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament m’għandux ikun eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja li hemm provvediment għaliha fit-Titolu II Kapitolu VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (24), bl-eċċezzjoni ta’ l-appoġġ li jingħata b’referenza għall-ispejjeż tat-tixtil ta’ speċijiet li jikbru malajr kif hemm provvediment għalih fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 31(3) ta’ dak ir-Regolament.

Il-materja prima msemmija fl-Artikolu 55 punt b) u 107 (3) l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li titkabbar fuq raba’ tat-twarrib u prodotti intermedji, prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji dderivati minnha m’għandhom ikunu eliġibbli għal ebda finanzjament mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija konformi ma’ l-Artikolu 1(2) punt a) u b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

5.   Għall-iskop tal-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament, “żrieragħ tal-lupina ħelwa” tfisser dawk il-varjetajiet ta’ lupina li jipproduċu żerriegħa li ma tkunx tikkomprendi aktar minn 5 % ta’ żerriegħa morra. Il-kontenut ta’ żerriegħa morra għandu jiġi kkalkulat skond it-test li hemm fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ trażmissjoni elettronika d-data li ġejja:

(a)

mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena kkonċernata: id-data disponibbli dwar l-erjas, jew il-kwantitajiet fil-każ tal-primjum għal prodotti tal-ħalib u l-pagament addizzjonali li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalih tkun intalbet l-għajnuna għal dik is-sena kalendarja, fejn il-każ jista’ jiġi suddiviż bis-suberja bażi;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena kkonċernata: data definittiva dwar l-erjas jew il-kwantitajiet imsemmija fil-punt (a), filwaqt li jiġu kkunsidrati l-verifiki li jkunu saru diġà;

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara: id-data finali li tikkorrispondi għall-erjas jew il-kwantitajiet li għalihom tkun fil-fatt tħallset l-għajnuna għas-sena kkonċernata, wara, fejn ikun applikabbli, it-tnaqqis tat-tinqis fl-erja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

L-erjas għandhom ikunu espressi f’ettari sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f’tunnellati metriċi sa tliet pożizzjonijiet deċimali.

Artikolu 4

Koeffiċjent tat-tnaqqis

1.   Il-koeffiċjent tat-tnaqqis ta’ l-erja fil-każ imsemmi fl-Artikoli 75, 78(2), 82, 85, 89(2), 98, 143 u 143b(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew tal-kwantitajiet u l-kriterji oġġettivi fil-każ imsemmi fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi ffissat mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena kkonċernata fuq bażi tat-tagħrif ikkomunikat skond l-Artikolu 3(b) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 75, l-Artikolu 82, l-Artikolu 85, l-Artikolu 95(4), l-Artikolu 98, l-Artikolu 143 u l-Artikolu 143b(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, il-koeffiċjent tat-tnaqqis applikat u, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament, il-kriterji oġġettivi applikati.

KAPITOLU 2

PRIMJUM SPEĊIFIKU TAL-KWALITÀ GĦALL-QAMĦ TA’ L-AWSTRALJA

Artikolu 5

Skrinjar ta’ varjetajiet

1.   L-Istati Membri elenkati fl-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jistabbilixxu l-lista tal-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 72 ta’ dak ir-Regolament skond il-metodu ta’ skrinjar ta’ varjetajiet stabbilit fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom, mill-inqas kull sentejn, jidentifikaw mill-inqas żewġ varjetajiet rappreżentattivi. Il-varjetajiet rappreżentattivi għandhom ikunu l-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja l-aktar iċċertifikati.

3.   L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja b’konformità mal-parametri ta’ kwalità li ġejjin u jassenjaw għal kull wieħed mill-parametri l-importanza rilevanti:

(a)

il-kontenut ta’ proteina (40 %);

(b)

il-kwalità ta’ glutina (30 %):

(c)

l-indiċi ta’ l-isfar (20 %);

(d)

il-piż speċifiku jew il-piż ta’ elf qalba (10 %).

Is-somma tal-medji tal-parametri tal-kwalità msemmija f’(a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu, immoltiplikata bil-valur indikat bħala persentaġġ, għandha tikkostitwixxi l-indiċi tal-kwalità tal-varjetajiet.

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jqabbel, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn, l-indiċijiet tal-kwalità tal-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja ma’ dawk tal-varjetajiet rappreżentattivi fil-livell reġjonali. Il-varjetajiet li għandhom jiġu eżaminati huma dawk reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, bl-esklużjoni ta’ dawk il-varjetajiet li għalihom ebda tagħrif analitiku ma jkun disponibbli fl-aħħar tliet snin għaliex ma jkunux għadhom qed jintużaw jew jiġu ċċertifikati.

Għal dak il-għan, skond l-indiċi tal-kwalità medja ta’ 100 attribwit lill-varjetajiet rappreżentattivi, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkalkula, għal kull wieħed mill-parametri tal-kwalità li hemm provvediment għalihom fil-punti (a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-persentaġġ li jrid jiġi assenjat lill-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja l-oħra meta mqabbel ma’ l-indiċi ta’ 100. Il-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja b’indiċi ugwali għal 98 jew ogħla biss għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja.

4.   Stat Membru jista’ jeskludi mil-lista ta’ varjetajiet eliġibbli l-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja li jkollhom rata medja ta’ telf fl-aspett żġieġi tagħhom (“mitadinage”) li jaqbeż is-27 %.

5.   Il-varjetajiet li jkunu reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jiġu eżaminati wkoll għall-eliġibbiltà tagħhom.

Artikolu 6

Metodi ta’ l-analiżi

1.   Il-metodi ta’ l-analiżi tal-kontenut ta’ proteina, il-piż speċifiku u r-rata ta’ telf fl-aspett żġieġi tal-qamħ ta’ l-Awstralja (“mitadinage”) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 (25).

2.   L-indiċi ta’ l-isfar għandu jitkejjel skond il-metodu ICC 152 jew metodu ekwivalenti rikonoxxut.

3.   Il-kwalità ta’ glutina għandha titkejjel skond il-metodu ICC 158 jew b’konformità mal-metodu ICC 151.

Artikolu 7

Kwantità ta’ żrieragħ iċċertifikati

L-Istati Membri għandhom jiffissaw, qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena li għaliha jkun qed jingħata l-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja, il-kwantità minima ta’ żerriegħa, iċċertifikata skond id-Direttiva 66/402/KEE (26), li trid tintuża skond il-prattiki agrikoli kurrenti fiż-żona ta’ produzzjoni kkonċernata.

Artikolu 8

Pubblikazzjonijiet u komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista ta’ varjetajiet selezzjonati li jkunu eliġibbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-primjum speċjali għall-kwalità ta’ qamħ ta’ l-Awstralja, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru għall-varjetajiet tax-xitwa, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru għall-varjetajiet tar-rebbiegħa, tas-sena qabel is-sena li għaliha jkun qed jingħata l-primjum.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar minn xahar wara d-dati previsti fil-paragrafu 1, il-lista msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll, jekk tkun ġiet emendata, il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata li għandha tintuża.

Artikolu 9

Validità

1.   Il-varjetajiet inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja għal perjodi ta’ ħames snin li jkunu jibdew mid-data ta’ l-ewwel inklużjoni tagħhom f’dik il-lista.

2.   L-eliġibbiltà ta’ kull waħda mill-varjetajiet tista’ tiġi estiża għal perjodu ta’ ħames snin, skond ir-riżultati ta’ l-analiżijiet kwalitattivi li jkunu ġew esegwiti matul it-tieni u t-tielet sena tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għal ħames snin.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista tal-varjetajiet magħżula li jkunu eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja b’referenza għas-sena 2005, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2004 għall-varjetajiet tax-xitwa u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004 għall-varjetajiet tar-rebbiegħa.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista msemmija fil-paragrafu 1 billi jeliminaw mil-lista ta’ varjetajiet li jkunu reġistrati fil-katalgu nazzjonali l-varjetajiet li ma jkunux ġew iċċertifikati fl-2003 u l-2004 u dawk li ma jkunux jissodisfaw mill-inqas tnejn mill-erba’ parametri li ġejjin:

(a)

kontenut minimu ta’ proteina ta’ 11,5 %;

(b)

piż speċifiku minimu ta’ 78 kg/hl jew piż minimu ta’ elf qalba ta’ 42 g;

(c)

rata massima ta’ telf fl-aspett żġieġi tal-qamħ ta’ l-Awstralja (“mitadinage”) ta’ 27 %;

(d)

kontenut minimu ta’ glutina ta’ 10 %.

3.   Il-listi tal-varjetajiet li huma eliġibbli għall-primjum fl-2005 u l-2006 jistgħu jinkludu varjetajiet li jkunu fil-lista tal-varjetajiet magħżula ta’ Stat Membru ieħor fuq bażi tar-riżultati ta’ l-analiżijiet kwalitattivi li jkunu ġew esegwiti minn dak l-Istat Membru l-ieħor.

KAPITOLU 3

PRIMJUM GĦAL PRODOTTI TAR-RABA’ TA’ PROTEINA

Artikolu 11

Taħlita ta’ ċereali u prodotti tar-raba’ ta’ proteina

F’reġjuni fejn il-prodotti tar-raba’ ta’ proteina jinżergħu tradizzjonalment f’taħlita ma’ ċereali, il-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina għandu jitħallas fuq talba ta’ l-applikant bil-kundizzjoni li jipprova, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li l-prodotti tar-raba’ ta’ proteina huma predominanti fit-taħlita. L-erjas ikkonċernati m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

KAPITOLU 4

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

Artikolu 12

Dati għaż-żrigħ

Biex tkun eliġibbli għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, l-erja ddikjarata għandha tinżera’ mhux aktar tard:

(a)

mit-30 ta’ Ġunju ta’ qabel il-ġbir ikkonċernat, għal Spanja u l-Portugall,

(b)

mill-31 ta’ Mejju għall-Istati Membri produtturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Madankollu, fil-Gujana Franċiża, l-erjas għandhom jinżergħu rispettivament għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju ta’ qabel kull wieħed minnhom u l-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għandu jingħata fuq bażi tal-medja ta’ l-erjas miżrugħa għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ.

Artikolu 13

Koeffiċjent tat-tnaqqis

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross imsemmi fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi kkalkulat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 3, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru:

(i)

il-lista tal-varjetajiet reġistrati fil-katalgu nazzjonali, ikklassifikati b’konformità mal-kriterji ddefiniti fl-entrata 2 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 (27),

(ii)

l-erjas miżrugħa li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, skond il-varjetà tar-ross u skond l-erja bażi u suberja bażi, bl-użu tal-mudell li hemm fl-Anness III(A) ma’ dan ir-Regolament, inklużi l-eċċessi ta’ l-erjas bażi u s-suberjas bażi, skond kif iddefiniti minn kull wieħed mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, il-modifiki fir-rigward ta’ l-erjas miżrugħa li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, ikkomunikati skond is-subparagrafu 1 u bl-użu tal-formula mudell li hemm, fl-Anness III(B);

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju, l-informazzjoni li tikkonċerna l-erjas miżrugħa li għalihom ikun fil-fatt tħallas il-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għas-sena kummerċjali li tkun għaddiet, skond il-metodu ta’ kalkolu definit fl-Anness II u bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness III(C).

2.   Għall-Gujana Franċiża, l-informazzjoni li tikkonċerna l-erjas miżrugħa għandha tiġi kkomunikata fuq bażi tal-medja ta’ l-erjas miżrugħa matul iż-żewġ ċikli ta’ żrigħ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrevedu kull sena s-suddiviżjoni ta’ l-erja bażi jew erjas fis-suberjas bażi tagħhom u l-kriterji oġġettivi li fuqhom huma bbażati dawk is-suddiviżjonijiet. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dik l-informazzjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ qabel il-ġbir ikkonċernat.

KAPITOLU 5

PAGAMENT SKOND L-ERJA GĦALL-ĠEWŻ

Artikolu 15

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal għajnuna Komunitarja

1   Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu, ort ifisser erja omoġena u koeżiva bis-siġar tal-ġewż imħawlin li ma tkunx interċettata minn uċuħ jew imsaġar oħrajn u li tkun ġeografikament kontinwa. Siġar iżolati jew ringiela waħda ta’ siġar tal-ġewż imħawla f’linja parallela mat-triq jew uċuħ oħrajn m’għandhomx jingħaddu b’ort.

Bis-saħħa ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza ta’ siġar oħrajn barra siġar tal-ġewż sa limitu li jikkorrispondi għal 10 % ta’ l-għadd ta’ siġar stabbilit fil-paragrafu 3. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza ta’siġar tal-qastan jekk l-għadd ta’ siġar stabbilit fil-paragrafu 3 ikun rispettat bis-siġar tal-ġewż eliġibbli.

2.   Ortijiet għall-produzzjoni tal-ġewż biss u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu fid-data li trid tiġi ffissata skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom ikunu eliġibbli għall-pagament skond l-erja li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fil-każ ta’ ort fejn jitkabbru tipi differenti ta’ ġewż u meta jkun hemm divrenzja fl-għajnuna skond il-funzjoni tal-prodotti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-livell ta’ għajnuna speċifika għat-tip tal-ġewż li jippredomina.

3.   Id-daqs minimu ta’ plott għall-ortijiet ma jistax ikollu erja tas-superfiċje inqas minn 0,10 ettaru.

Fl-ortijiet l-għadd ta’ siġar tal-ġewż għal kull ettaru ma jistax ikun inqas minn:

(i)

125 għall-ġellewż;

(ii)

50 għal-lewż;

(iii)

50 għall-ġewż;

(iv)

50 għall-pistaċċi;

(v)

30 għall-ħarrub.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw id-daqs minimu ta’ plott u d-densità ta’ siġar f’livell ogħla minn dak stabbilit fil-paragrafu 3 skond kriterji oġġettivi u sabiex tiġi kkunsidrata l-karatteristika speċifika ta’ l-erjas u l-produzzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal għajnuna nazzjonali

L-Artikolu 15 għandu japplika għall-għajnuna nazzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Stat Membru jista’ jistabbilixxi iżjed kriterji ta’ eliġibbiltà, bil-kundizzjoni li dawn il-kriterji jkunu konsistenti ma’ l-għanijiet ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiċi ta’ l-iskema ta’ għajnuna u ma jwasslux għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jaraw li dawk il-kriterji ta’ eliġibbiltà qed ikunu rispettati mill-bdiewa.

Artikolu 17

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’kull każ qabel id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni ffissata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u mhux aktar tard:

(a)

mill-31 ta’ Marzu, il-livelli ogħla u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 15(4) u l-kriterji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 16;

(b)

mill-15 ta’ Mejju, fejn Stat Membru jiddivrenzja l-għajnuna skond l-Artikolu 83(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-livell tal-pagament skond l-erja għal kull prodott u/jew l-erja garantita nazzjonali mmodifikata (“l-NGA”).

2.   Kull modifika fl-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni konformi mal-paragrafu 1 għandha tapplika għas-sena sussegwenti u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat akkumpanjata bil-kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw kull modifika bħal din.

Artikolu 18

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u taħt liema kundizzjonijiet il-pjanijiet ta’ titjib imsemmija fl-Artikolu 86(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhomx jitwaqqfu qabel l-iskadenza normali tagħhom u l-erjas relattivi jsirux eliġibbli taħt l-iskema li hemm provvediment għaliha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta jkun qed jiffissa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jiżgura li:

(a)

il-pjan ma jitwaqqafx qabel l-implimentazzjoni kompleta tal-perjodu annwali;

(b)

l-għanijiet inizjali tal-pjan ikunu ntlaħqu għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru.

KAPITOLU 6

GĦAJNUNA GĦAL PATATA BIL-LAMTU

Artikolu 19

Eliġibbiltà

L-għajnuna għal patata bil-lamtu li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tingħata għal patata li tkun koperta b’kuntratt ta’ kultivazzjoni kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003 (28), fuq bażi tal-piż nett tal-patata li jiġi deċiż b’wieħed mill-metodi deskritti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2003 (29) u l-kontenut ta’ lamtu tal-patata kkunsinjata, skond ir-rati ffissati fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

Ebda għajnuna għal patata bil-lamtu m’għandha tingħata għal patata b’kontenut ta’ lamtu ta’ inqas minn 13 %, ħlief fejn ma jkunx japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

Artikolu 20

Prezz minimu

L-għajnuna għal patata bil-lamtu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li tingħata prova li fl-istadju meta twasslet il-fabbrika tkun ġabet prezz ta’ mhux inqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 skond ir-rati ffissati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

Għandu japplika l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

Artikolu 21

Pagament

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna għal patata bil-lamtu għandha titħallas, mill-Istat Membru tat-territorju li fuqu jkun ġie mmanifatturat il-lamtu tal-patata, għal kull bidwi ladarba l-kwantitajiet kollha li jkollu għas-sena kummerċjali jkunu ġew ikkunsinjati lill-impriża li tipproduċi l-lamtu fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun ingħatat il-prova msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew rispettati.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħaddu ħlasijiet bil-quddiem, b’seħħ mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kummerċjali, ibbażati fuq il-partijiet differenti tal-kwantità ta’ patata bil-lamtu kkunsinjata mill-bidwi lill-impriża li tipproduċi l-lamtu għal dik is-sena kummerċjali. Kull pagament ta’ ħlas bil-quddiem għandu jsir għall-kwantità ta’ patata bil-lamtu kkunsinjata li għaliha tkun ingħatat il-prova msemmija fl-Artikolu 20 u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ikunu ġew rispettati.

3.   Ir-rata tal-kambju li tintuża biex l-għajnuna għal patata bil-lamtu tinqaleb fil-munita nazzjonali għandha tkun dik applikata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

KAPITOLU 7

PRIMJUM GĦAL PRODOTTI TAL-ĦALIB U PAGAMENT ADDIZZJONALI

Artikolu 22

Każijiet ta’ inattività

1   Meta persuna naturali jew legali bi kwantità ta’ referenza individwali ma tkunx taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ produttur li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jiġu fi tmiemhom fil-31 ta’ Marzu tas-sena kkonċernata, ebda primjum għal prodotti tal-ħalib u pagament addizzjonali m’għandhom jitħallsu għas-sena kkonċernata, jekk ma tippruvax qabel l-iskadenza ta’ l-applikazzjoni u għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-produzzjoni tkun intużat.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’każijiet debitament iġġustifikati li temporanjament ikunu qed jaffettwaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi kkonċernati u rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 8

GĦAJNUNA GĦAL PRODOTTI TAR-RABA’ GĦALL-ENERĠIJA

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet

Artikolu 23

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

“applikant” tfisser kull bidwi li jkun qed jikkultiva l-erjas imsemmija fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuna li hemm provvediment għaliha f’dak l-Artikolu;

(b)

“l-ewwel proċessur” tfisser kull xerrej ta’ materja prima agrikola li jidħol għall-ewwel ipproċessar tagħha bil-ħsieb li jikseb wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

TAQSIMA 2

Kuntratt

Artikolu 24

Użu ta’ materja prima

1.   Kull materja prima agrikola bl-eċċezzjoni tal-pitravi tista’ titkabbar fuq l-erjas koperti mill-għajnuna li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-kundizzjoni li primarjament tkun intenzjonata għall-użu fil-produzzjoni tal-prodotti għall-enerġija msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dak l-Artikolu.

Il-valur ekonomiku tal-prodotti għall-enerġija miksuba bl-ipproċessar ta’ materja prima għandu jkun ogħla minn dak tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba b’dan l-ipproċessar, kif deċiż bil-metodu ta’ valutazzjoni li hemm fl-Artikolu 39(3).

2.   Il-materja prima msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun koperta b’kuntratt skond l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

3.   L-applikanti għandhom jikkunsinjaw il-materja prima kollha miġbura lill-ewwel proċessur u li għandu jwassalha fil-Komunità u jiżgura li kwantità ekwivalenti għal din il-materja prima tintuża fil-manifattura ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti għall-enerġija kif imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fejn l-ewwel proċessur juża l-materja prima li attwalment tkun inġabret biex jimmanifattura prodott intermedju jew prodott sekondarju, huwa jista’ juża kwantità ekwivalenti għal dawn il-prodotti intermedji jew il-prodotti sekondarji biex jimmanifattura wieħed jew aktar mill-prodotti aħħarin kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-ewwel proċessur għandu jinforma b’dan lill-awtorità kompetenti li magħha tkun ġiet iddepożitata l-garanzija. Fejn din il-kwantità ekwivalenti tkun intużat fi Stat Membru ieħor barra dak fejn il-materja prima tkun inġabret, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bid-dettalji ta’ din it-tranżazzjoni.

4.   Skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali, l-ewwel proċessur jista’ jiddelega terza parti bil-ġbir tal-materja prima mingħand il-bidwi li jkun applika għall-għajnuna. Id-delegat għandu jaġixxi f’isem u fl-interess tal-proċessur li jibqa’ jerfa’ r-responsabbilità waħdu fir-rigward ta’ l-obbligi stabbiliti b’dan il-Kapitolu.

Artikolu 25

Derogi

1.   Minkejja l-Artikolu 24(2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti biex:

(a)

jużaw siġar tal-foresta ta’ rotazzjoni qasira koperti bl-ex 0602 90 41 jew iċ-ċereali jew iż-żrieragħ taż-żejt miġbura koperti kollha bil-kodiċijiet NM 1201 00 90, 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91 u 1206 00 99:

(i)

bħala fjuwil għat-tisħin ta’ l-azjenda agrikola tagħhom,

(ii)

għall-produzzjoni ta’ elettriku jew bijofjuwils għall-azjenda;

(b)

jipproċessaw il-materja prima kollha miġbura f’bijogass kopert bil-kodiċi NM 2711 29 00 għall-azjendi tagħhom.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-applikanti għandhom:

(a)

jimpenjaw irwieħhom, permezz ta’ dikjarazzjoni minflok il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 26, li jużaw jew jipproċessaw direttament il-materja prima koperta bid-dikjarazzjoni; l-Artikoli 26 u 40 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-każijiet.

(b)

jiżnu l-materja prima kollha miġbura għand korp jew impriża maħtura mill-Istat Membru u jżommu kotba separati għall-materja prima użata u l-prodotti u l-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħha; madankollu, fil-każ taċ-ċereali u ż-żrieragħ taż-żejt, u t-tiben, u fejn ikun ittieħed l-impjant kollu, l-użin jista’ jiġi sostitwit b’kejl volumetriku tal-materja prima.

3.   L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 għandhom jintroduċu miżuri ta’ kontroll adegwati biex ikun żgurat li l-materja prima tintuża direttament mill-azjenda jew tiġi pproċessata f’bijogass inkluż fil-kodiċi NM 2711 29 00.

4.   Ċereali u żrieragħ taż-żejt li jintużaw skond il-paragrafu 1(a) għandhom jiġu żnaturati skond il-metodu stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ż-żejt prodott mill-ipproċessar taż-żrieragħ taż-żejt skond il-paragrafu 1(a)(ii) jiġi żnaturat minflok iż-żrieragħ taż-żejt infushom, bil-kundizzjoni li dan l-iżnaturar isir immedjatament wara li ż-żrieragħ ikunu ġew ipproċessati f’żejt u li l-użu li jsir miż-żrieragħ jiġi vverifikat.

Artikolu 26

Kuntratt

1.   Biex jissostanzjaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna, l-applikanti għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-kuntratti li jkunu daħlu fihom ma’ l-ewwel proċessur.

2.   L-applikanti għandhom jiżguraw li l-kuntratti jkunu jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet kontraenti;

(b)

it-terminu taż-żmien tal-kuntratt;

(c)

l-ispeċijiet tal-materja prima kollha kkonċernati u l-erja li fuqha tkun qed titkabbar kull waħda mill-ispeċijiet;

(d)

kull kundizzjoni applikabbli għall-ikkunsinjar tal-kwantitajiet ta’ materja prima mbassra;

(e)

garanzija li jonoraw l-obbligi tagħhom konformi ma’ l-Artikolu 24(3);

(f)

l-użi aħħarin primarji intenzjonati tal-materja prima, filwaqt li kull wieħed mill-użi aħħarin ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24(1) u 39(3).

3.   L-applikanti għandhom jiżguraw li jidħlu għall-kuntratti kmieni biżżejjed biex l-ewwel proċessur ikun jista’ jiddepożita kopja għand l-awtorità kompetenti ta’ l-applikant fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

4.   Għall-iskopijiet ta’ kontroll, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu biex kull wieħed mill-applikanti jidħol f’kuntratt ta’ provvista separat għal kull materja prima.

TAQSIMA 3

Emenda u tmiem ta’ kuntratti

Artikolu 27

Emenda u tmiem ta’ kuntratti

Fejn il-partijiet kontraenti jemendaw jew itemmu l-kuntratt wara li l-applikant ikun iddepożita applikazzjoni għall-għajnuna, l-applikant jista’ jibqa’ jżomm din l-applikazzjoni għall-għajnuna biss jekk, ikun lest li jħalli l-ispezzonijiet rekwiżiti jsiru, u jinforma lill-awtorità kompetenti b’din l-emenda jew tmiem, mhux aktar tard mid-data ta’ l-għeluq iffissata fl-Istat Membru kkonċernat għal emendi fl-applikazzjoni.

Artikolu 28

Ċirkostanzi eċċezzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, fejn l-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu li, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, mhux ser ikun jista’ jissupplixxi l-materja prima kollha jew parti minnha speċifikata fil-kuntratt, l-awtorità kompetenti tista’, wara li tkun kisbet evidenza suffiċjenti ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, tawtorizza dawn l-emendi fil-kuntratt bħala apparantement iġġustifikati, jew tista’ tawtorizza t-tmiem tiegħu.

Fejn ir-raba’ kopert b’kuntratt jitnaqqas minħabba dawn l-emendi fih jew fejn kuntratt jiġi mitmum, l-applikant għandu jirrinunzja d-dritt li jkollu għall-għajnuna msemmija f’dan il-Kapitolu għall-erjas irtirati mill-kuntratt.

Artikolu 29

Bdil fl-użi aħħarin

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-ewwel proċessuri jistgħu jalteraw l-użi aħħarin primarji intenzjonati tal-materja prima, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(f), ladarba l-materja prima miftiehma tkun ġiet ikkunsinjata lilhom u ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(1) u fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) ikunu ġew sodisfatti.

Xi bdil fl-użi aħħarin għandu jsir bl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(1) u fl-Artikolu 39(3).

L-ewwel proċessuri għandhom javżaw minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fid-dawl tal-kontrolli rekwiżiti.

TAQSIMA 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi

Artikolu 30

Produzzjoni rappreżentattiva

Kull sena l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, bl-użu ta’ proċedura xierqa, il-produzzjoni rappreżentattiva li għandha tintlaħaq, u għandhom jinfurmawhom b’dan lill-applikanti kkonċernati.

Artikolu 31

Kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinjati

1.   L-applikanti għandhom jiddikjaraw il-kwantità totali ta’ materja prima miġbura skond l-ispeċi ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u għandhom jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinjata u l-partijiet lil min dawn il-kunsinji jkunu għaddew.

2.   Il-kwantitajiet attwali li jridu jiġu kkunsinjati mill-applikanti lill-ewwel proċessuri għandhom mill-inqas jikkorrispondu mal-produzzjoni rappreżentattiva.

Madankollu, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jaċċettaw kwantità sa 10 % taħt il-produzzjoni rappreżentattiva.

Barra minn hekk, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu awtorizzaw emenda f’kuntratti jew it-tmiem tagħhom skond l-Artikolu 28, huma jistgħu, fejn jitqies li jkun iġġustifikat li jagħmlu hekk, inaqqsu l-kwantitajiet li l-applikanti jkunu meħtieġa li jikkunsinjaw skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

TAQSIMA 5

Kundizzjonijiet għall-pagament ta’ l-għajnuna

Artikolu 32

Pagament

1.   L-għajnuna tista’ titħallas lill-applikanti qabel ma l-materja prima tiġi pproċessata. Madankollu, dawn il-pagamenti għandhom isiru biss fejn il-kwantitajiet rekwiżiti ta’ materja prima konformi ma’ dan il-Kapitolu jkunu ġew ikkunsinjati lill-ewwel proċessur u fejn:

(a)

tkun saret id-dikjarazzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 31(1);

(b)

kopja tal-kuntratt tkun ġiet iddepożitata ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur skond l-Artikolu 34(1) u l-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 24(1) ikunu ġew sodisfatti;

(c)

l-awtorità kompetenti tkun irċeviet prova li l-garanzija sħiħa li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 35(2) tkun ġiet iddepożitata;

(d)

l-awtorità kompetenti responsabbli mill-pagament tkun ivverifikat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ikunu ġew sodisfatti b’referenza għal kull waħda mill-applikazzjonijiet.

2.   Fil-każ ta’ prodotti tar-raba’ biennali, fejn il-materja prima tinġabar, u għal din ir-raġuni tiġi kkunsinjata, tul it-tieni sena ta’ kultivazzjoni biss, il-pagament għandu jsir f’kull waħda mis-sentejn wara d-data li fiha jkun ġie ffirmat il-kuntratt kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 26, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li:

(a)

l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew sodisfatti b’seħħ mill-ewwel sena tal-kultivazzjoni;

(b)

l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew sodisfatti, u l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) tkun ġiet ikkomunikata, fit-tieni sena tal-kultivazzjoni.

B’referenza għall-ewwel sena tal-kultivazzjoni, il-pagamenti għandhom isiru biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew prova li l-garanzija li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 35(2) tkun ġiet iddepożitata. B’referenza għat-tieni sena tal-kultivazzjoni, il-pagament jista’ jsir mingħajr ma tkun ġiet iddepożitata l-garanzija.

3.   Fil-każ ta’ prodotti tar-raba’ permanenti jew multiannwali, il-pagament ta’ l-għajnuna għandu jsir f’kull waħda mis-snin mid-data ta’ l-iffirmar tal-kuntratt. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

TAQSIMA 6

Kuntratt u obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri

Artikolu 33

Għadd ta’ proċessuri

Il-prodotti għall-enerġija jistgħu jinkisbu l-aktarnett sa mingħand it-tieni proċessur.

Artikolu 34

Kuntratt u obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri

1.   L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw kopja tal-kuntratt ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skond skeda li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat u mhux aktar tard mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Fejn l-applikanti u l-ewwel proċessuri jemendaw jew itemmu kuntratti qabel id-data msemmija fl-Artikolu 27 f’sena partikolari, l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kopja tal-kuntratt emendat jew mitmum, mhux aktar tard minn dik id-data.

2.   L-ewwel proċessuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni rekwiżita dwar il-katina ta’ l-ipproċessar ikkonċernata, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u l-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar li jridu jintużaw biex jiġu deċiżi l-kwantitajiet tal-prodotti aħħarin li jistgħu jinkisbu, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 40(1).

3.   L-ewwel proċessuri li jkunu ħadu f’idejhom il-materja prima mingħand l-applikanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-kwantitajiet ta’ materja prima li jkunu rċevew, filwaqt li jispeċifikaw l-ispeċi, l-isem u l-indirizz tal-parti kontraenti li tkun ikkunsinjat il-materja prima, il-post ta’ l-ikkunsinjar u r-referenza tal-kuntratt, fil-limitu ta’ żmien li jrid jiġi ffissat mill-Istati Membri li jkun jippermetti li l-pagamenti jsiru fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fejn l-Istat Membru ta’ l-ewwel proċessur ma jkunx l-istess Stat Membru fejn tkun tkabbret il-materja prima, l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-applikanti bil-kwantitajiet totali ta’ materja prima kkunsinjata, fi żmien 40 jum tax-xogħol wara li tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

TAQSIMA 7

Garanziji

Artikolu 35

L-ewwel proċessuri

1.   L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw garanzija sħiħa ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kif hemm provvediment għaliha fil-paragrafu 2 sad-data ta’ l-għeluq għas-sottimissjoni ta’ applikazzjonijiet għal pagament għas-sena inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-garanziji li jridu jiġu ddepożitati b’referenza għal kull materja prima għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi mmoltiplikata s-somma ta’ l-erjas kollha koperti b’kuntratt iffirmat mill-ewwel proċessur ikkonċernat u użati għall-produzzjoni ta’ dik il-materja prima, bir-rata ta’ EUR 60 għal kull ettaru.

3.   Fejn kuntratti li jkunu ġew emendati jew mitmuma skond l-Artikoli 27 u 28, il-garanziji ddepożitati għandhom jiġu aġġustati minħabba f’hekk.

4.   Persentaġġ tal-garanzija għandu jiġi rilaxxat għal kull materja prima bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur ikkonċernat tkun fil-pussess ta’ prova li l-kwantità ta’ materja prima inkwistjoni tkun ġiet ipproċessata bl-osservanza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 26(2)(f), filwaqt li jiġi kkunsidrat, fejn ikun meħtieġ, kull bdil konformi ma’ l-Artikolu 29.

Artikolu 36

Rekwiżiti primarji u subordinati

1.   L-obbligi li ġejjin għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (30):

(a)

l-obbligu li jiġu pproċessati l-kwantitajiet ta’ materja prima prinċipalment fil-prodotti aħħarin speċifikati fil-kuntratt. Il-materja prima għandha tiġi pproċessata sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara dik tal-ġbir;

(b)

l-obbligu li l-prodotti jkunu akkumpanjati b’kopja tal-kontroll T5 skond l-Artikoli 37 u 38 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-obbligi li ġejjin, id-dover ta’ l-ewwel proċessuri, għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti subordinati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85:

(a)

l-obbligu li jieħdu ħsieb l-ikkunsinjar ta’ kull materja prima kkunsinjata lilhom mill-applikanti konformi ma’ l-Artikolu 24(3) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-obbligu li jiddepożitaw kopji tal-kuntratti skond l-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-obbligu li jiddepożitaw garanzija skond l-Artikolu 35(1) ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 8

Dokumenti għall-bejgħ, it-trasferiment jew l-ikkunsinjar fi Stat Membru ieħor jew esportazzjoni

Artikolu 37

Kopja tal-kontroll T5

Fejn l-ewwel proċessuri jbiegħu jew jittrasferrixxu lit-tieni proċessuri fi Stati Membri oħra prodotti intermedji koperti b’kuntratti kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 26, il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati b’kopji tal-kontroll T5 maħruġa skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Waħda minn dawn li ġejjin għandha tiddaħħal taħt l-intestatura “Tagħrif ieħor” fil-kaxxa 104 tal-kopji tal-kontroll T5:

Producto destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el articulo 26 del Reglamento (CE) no 1973/2004 de la Comisión;

Použito pro zpracování nebo dodávku v souladu s článkem 26 nařízení Komise (ES) 1973/2004

Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 26 i Kommissionens forordning (EF) nr. 1973/2004

Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 26 der Verordnung (EG) Nr. 1973/2004 der Kommission zu verwenden

Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 26 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1973/2004 της Επιτροπής

To be used for processing or delivery in accordance with Article 26 of Commission Regulation (EC) No 1973/2004

Kasutamiseks töötlemisel või tarnimisel vastavalt komisjoni määruse (EÜ) nr 1973/2004 artiklile 26

À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l'article 26 du règlement (CE) no 1973/2004 de la Commission

Da consegnare o trasformare conformemente all'articolo 26 del regolamento (CE) n. 1973/2004 della Commissione

Izmantot pārstrādei vai piegādei saskaņā ar Komisijas Regulas (EK) Nr. 1973/2004 26. panta nosacījumiem

Naudoti perdirbimui arba pristatymui pagal Komisijos reglamento (EB) Nr. 1973/2004 26 straipsnio nuostatas

A Bizottság 2004/1973/EK rendelete szerint feldolgozásra, vagy átadásra használandó

Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 26 van Verordening (EG) nr. 1973/2004 van de Commissie

Do wykorzystania w procesie przetwórstwa bądź do dostawy zgodnie z postanowieniami zawartymi w art. 26 rozporządzenia Komisji (WE) nr 1973/2004

A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 26 do Regulamento (CE) n.o 1973/2004 da Comissão

Na spracovanie alebo dodávku v súlade s článkom 26 nariadenia Komisie (ES) č. 1973/2004

Se uporablja za predelavo ali dostavo v skladu s členom 26 Uredbe Komisije (ES) št. 1973/2004

Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 1973/2004 26 artiklan mukaisesti

Används till bearbetning eller leverans i enlighet med artikel 26 i kommissionens förordning (EG) nr 1973/2004.

Artikolu 38

Alternattivi għall-kopja tal-kontroll T5

Jekk il-kopja tal-kontroll T5 ma tiġix irritornata lill-uffiċċju tat-tluq tal-korp responsabbli mill-kontroll fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-ewwel proċessur xahrejn wara l-iskadenza taż-żmien perentorju għall-ipproċessar tal-materja prima li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 36(1)(a), minħabba dawn iċ-ċirkostanzi li ma jkunx responsabbli għalihom l-ewwel proċessur, id-dokumenti li ġejjin jistgħu jiġu aċċettati bħala alternattivi għall-kopja tal-kontroll T5:

(a)

fatturi tax-xiri għall-prodotti intermedji;

(b)

dikjarazzjonijiet mit-tieni proċessur li jivverifikaw l-ipproċessar finali tal-materja prima fi prodotti għall-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

fotokopji ċċertifikati mingħand it-tieni proċessur tad-dokumenti ta’ tagħrif finanzjarju li jkunu jippruvaw li l-ipproċessar ikun ġie esegwit.

TAQSIMA 9

Kontrolli

Artikolu 39

Żamma ta’ rekords

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tispeċifika r-rekords li jridu jinżammu mill-proċessuri u l-frekwenza tagħhom, li mill-inqas għandha tkun ta’ xahar.

Dawn ir-rekords għandhom jikkomprendu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet differenti ta’ materja prima li tkun inxtrat għall-ipproċessar;

(b)

il-kwantitajiet ta’ materja prima pproċessata u l-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji miksuba minnha;

(c)

il-ħela ta’ matul l-ipproċessar;

(d)

il-kwantitajiet li jkunu ġew meqruda u r-raġunijiet ta’ din il-qerda;

(e)

il-kwantitajiet u t-tipi tal-prodotti mibjugħa jew ittrasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba;

(f)

fejn ikun applikabbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-proċessuri sussegwenti.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur għandha tivverifika li l-kuntratt sottomess huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1). Fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux qed jiġu sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-applikanti għandhom jiġu nnotifikati.

3.   Bil-ħsieb li jiġi kkalkulat il-valur ekonomiku tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 24(1), l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fuq bażi ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), iqabblu s-somma tal-valuri tal-prodotti kollha għall-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ pproċessar. Kull wieħed mill-valuri għandu jkun daqs il-kwantità rilevanti mmultiplikata bil-medja tal-prezzijiet tal-fabbrika li jkunu ġew irreġistrati matul is-sena kummerċjali preċedenti. Fejn dawn il-prezzijiet ma jkunux disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet rilevanti huma, b’mod partikolari fuq bażi ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2).

Artikolu 40

Kontrolli fuq il-post fl-istabbiliment tal-proċessuri

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn ikun qed isir l-ipproċessar għandhom jivverifikaw il-konformità ma’ l-Artikolu 24(1) fuq il-post fl-istabbilimenti ta’ mill-inqas 25 % tal-proċessuri li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom, magħżula fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli għandhom jinvolvu mill-inqas:

(a)

paragun tas-somma tal-valuri tal-prodotti kollha għall-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ pproċessar;

(b)

analiżi tas-sistema tal-produzzjoni tal-proċessur, li tkun tikkomprendi verifiki u spezzjonijiet fiżiċi ta’ dokumenti kummerċjali, bil-ħsieb li jiġi vverifikat, fil-każ ta’ proċessuri, li l-kunsinji ta’ materja prima, prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji jkunu jaqblu.

Għall-iskop tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu b’mod partikolari fuq il-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima kkonċernata. Fejn dawn il-koeffiċjenti għall-esportazzjoni jkunu jeżistu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu applikati. Meta ma jkunux imma koeffiċjenti oħrajn ikunu jeżistu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu applikati. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispezzjoni għandha tkun ibbażata b’mod ewlieni fuq il-koeffiċjenti aċċettati b’mod ġenerali mill-industrija ta’ l-ipproċessar.

2.   Għall-operazzjonijiet ta’ pproċċessar imsemmija fl-Artikolu 25, għandhom isiru kontrolli fuq 10 % ta’ l-applikanti magħżula fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju filwaqt li jiġi kkunsidrat:

(a)

l-ammonti ta’ l-għajnuna;

(b)

l-għadd ta’ bċejjeċ ta’ art agrikola u l-erja koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna;

(c)

żviluppi mis-sena preċedenti;

(d)

il-konklużjonijiet tal-kontrolli li jkunu saru fis-snin imgħoddija;

(e)

parametri oħrajn li jridu jiġu ddefiniti mill-Istati Membri, ibbażati fuq ir-rappreżentattività tad-dikjarazzjonijiet sottomessi.

3.   Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 jiżvelaw irregolaritajiet f’mill-inqas 3 % tal-każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli addizzjonali matul is-sena u konsegwentement għandha żżid il-persentaġġ ta’ bdiewa suġġetti għal kontroll fuq il-post fis-sena sussegwenti.

4.   Jekk ikun hemm provvediment li ċerti elementi tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru fuq bażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta’ kontroll affidabbli u rappreżentattiv.

5.   Dwar kull kontroll fuq il-post għandu jsir rapport ta’ l-ispezzjoni ffirmat mill-ispettur li jkun qed jipprovdi d-dettalji tal-kontrolli li jkunu ġew esegwiti. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikolari:

(a)

id-data tal-kontroll;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

il-perjodu vverifikat;

(d)

it-tekniki tal-kontroll li jkunu ntużaw inkluża, fejn ikun applikabbli, referenza għall-metodi ta’ kampjunar;

(e)

ir-riżultati tal-kontroll.

Artikolu 41

Produzzjoni ta’ qanneb

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-qanneb imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (31) u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw.

Artikolu 42

Miżuri addizzjonali u assistenza reċiproka

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa għall-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jagħtu l-assistenza reċiproka li jkun hemm bżonn għall-iskopijiet tal-kontrolli meħtieġa konformi ma’ dan il-Kapitolu. Fejn dan il-Kapitolu ma jagħmilx provvediment għal tinqis u esklużjonijiet xierqa, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet nazzjonali xierqa kontra l-parteċipanti tas-suq involuti fil-proċedura għall-għoti ta’ l-għajnuna.

2.   Sa fejn ikun meħtieġ jew ikun jeżiġi dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin reċiprokament biex jiżguraw kontrolli effettivi, u jagħmluha possibbli li jiġu awtentikati d-dokumenti sottomessi u li tiġi vverifikata l-korrettezza tat-tagħrif skambjat.

TAQSIMA 10

Esklużjoni mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija u evalwazzjoni

Artikolu 43

Esklużjoni ta’ materja prima mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija u l-erja kkultivata minimali

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu kull materja prima agrikola mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija fejn din il-materja toħloq xi diffikultajiet mil-lat ta’ kontrolli, saħħa pubblika, ambjent, liġi kriminali, jew rata mnaqqsa għall-prodotti finali għall-enerġija.

2.   Għal kull materja prima msemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw erja kkultivata minimali.

Artikolu 44

Evalwazzjoni

Qabel il-15 ta’ Ottubru ta’ wara tmiem is-sena li għaliha tkun ingħatat l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jkun hemm bżonn biex tiġi evalwata l-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a)

l-erjas li jikkorrispondu għal kull waħda mill-ispeċijiet ta’ materja prima;

(b)

il-kwantitajiet ta’ kull wieħed mit-tipi ta’ materja prima, prodotti aħħarin, prodotti sekondarji u koprodotti miksuba, bid-dettalji tat-tip ta’ materja prima li tkun intużat;

(c)

il-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 25;

(d)

il-materja prima li tkun ġiet eskluża mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija konformi ma’ l-Artikolu 43(1) u l-erjas ikkultivati minimali msemmija fl-Artikolu 43(2).

KAPITOLU 9

GĦAJNUNA REĠJONALI SPEĊIFIKA GĦAL UĊUĦ KULTIVABBLI

Artikolu 45

Data taż-żrigħ

Biex tkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali speċjali għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-erja ddikjarata għandha tinżera’ sa data li trid tiġi ffissata mill-Istati Membri u li m’għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

KAPITOLU 10

GĦAJNUNA GĦAŻ-ŻRIERAGĦ

Artikolu 46

Żrieragħ iċċertifikati

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna għandha tingħata għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika u ċċertifikata uffiċjalment kif iddefinita bid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE u li tkun konformi ma’ l-istandards u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi, bi qbil ma’ l-Artikoli 47 sa 50 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Produzzjoni ta’ żrieragħ

1.   Iż-żerriegħa għandha tiġi prodotta:

(a)

jew skond kuntratt ta’ tkabbir iffirmat bejn stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ u xi ħadd li jkabbar iż-żrieragħ,

(b)

jew direttament mill-istabbiliment taż-żrieragħ jew il-kultivatur; filwaqt li din il-produzzjoni tkun affermata b’dikjarazzjoni ta’ tkabbir.

2.   L-istabbilimenti taż-żrieragħ u l-kultivaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri jew irreġistrati magħhom. L-approvazzjoni minn Stat Membru jew ir-reġistrazzjoni miegħu għandha tkun valida mal-Komunità kollha.

3.   Stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ li jkabbar żerriegħa jew li jkollu żerriegħa li tkun qed titkabbar fi Stat Membru ieħor barra dak fejn l-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun saret għandu jissupplixxi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, meta jkun mitlub, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ivverifikar ta’ l-intitolament għall-għajnuna.

Artikolu 48

Eliġibbiltà territorjali

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jagħti għajnuna biss b’referenza għal żrieragħ miġbura fit-territorju tiegħu matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena kummerċjali li għaliha tkun ġiet iffissata l-għajnuna.

L-għajnuna għandha tingħata lil kull min ikabbar iż-żrieragħ taħt kundizzjonijiet li jiżguraw trattament ugwali tal-benefiċjarji irrispettivament mill-post ta’ l-istabbiliment tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 49

Kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ

Għandha tingħata l-għajnuna biss bil-kundizzjoni li ż-żerriegħa tkun fil-fatt ġiet ikkummerċjalizzata għaż-żergħa mir-riċevitur mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-ġbir. “Ikkummerċjalizzata” tfisser disponibbli f’azjenda jew fi stokk, murija għall-bejgħ, offruta għall-bejgħ, mibjugħa jew ikkunsinjata lil persuna oħra.

Artikolu 50

Varjetajiet ta’ Cannabis sativa L.

Il-varjetajiet ta’ Cannabis sativa L. eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 99(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma dawk elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

KAPITOLU 11

PAGAMENT SKOND L-ERJA GĦALL-UĊUĦ KULTIVABBLI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-eliġibbiltà għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli

Artikolu 51

Raba’ eliġibbli

1.   Għall-iskopijiet tal-Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a)

“mergħa permanenti” tfisser “mergħa permanenti” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 punt (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004;

(b)

“uċuħ tar-raba' permanenti” tfisser “uċuħ tar-raba’ permanenti” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004.

2.   Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, raba’ taħt mergħa permanenti fl-2003 għandu jkun:

(a)

raba’ ddikjarat minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003 bħala wieħed taħt mergħa permanenti,

u

(b)

raba’ mhux iddikjarat minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003, jekk ma jiġix ippruvat li r-raba’ ma kienx wieħed taħt mergħa permanenti fl-2003.

3.   Konformi mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw biss mill-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu jekk ikunu kostretti li joqgħodu għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal erjas li jkunu suġġetti għal programm ta’ ristrutturar, iddefinit bħala “bidla fl-istruttura u/jew fl-erja eliġibbli ta’ azjenda imposta mill-awtoritajiet pubbliċi”, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jimpedixxu kull żieda sinifikanti fit-total ta’ l-erja agrikola eliġibbli għal pagament għal prodotti tar-raba’ f’erja kultivabbli; dan jista’ b’mod partikolari jinvolvi erjas li qabel kienu eliġibbli jibdew jitqiesu ineliġibbli bħala miżura protettiva; erjas ġodda ddikjarati bħala eliġibbli mill-Istati Membri taħt programm ta’ ristrutturar m’għandhomx jeċċedu b’aktar minn 5 % l-erjas ġodda ddikjarati bħala ineliġibbli taħt dak il-programm;

(b)

f’każ ta’ xi forma jew oħra ta’ intervent pubbliku, fejn dan l-intervent iwassal sabiex bidwi li jkabbar uċuħ fuq raba’ li qabel kien meqjus bħala ineliġibbli għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli jkompli l-attività agrikola normali tiegħu u l-imsemmi intervent ikun ifisser li raba’ li oriġinarjament kien eliġibbli ma jibqax iżjed hekk, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu l-erja agrikola totali eliġibbli tagħhom, la temporanjament u lanqas b’mod permanenti, b’aktar minn 0,1 % ta’ l-erja bażi total tagħhom;

(c)

fejn bdiewa jkunu jistgħu jagħtu raġunijiet rilevanti u oġġettivi għall-iskambjar ta’ raba’ ineliġibbli għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli ma’ raba’ eliġibbli fl-azjendi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ma jkunx hemm raġunijiet validi biex dawn l-iskambji jiġu rrifjutati, b’mod partikolari mil-lat ta’ riskji ambjentali, u għandhom jipprovdu prova bi pjanta sottomessa lill-Kummissjoni li l-ammont totali ta’ raba’ eliġibbli jkun ser jibqa’ l-istess; taħt ebda ċirkostanza ma jista’ jkun hemm skambji li jirriżultaw f’xi żieda fl-erja totali ta’ raba’ kultivabbli eliġibbli fl-azjenda; l-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment għal sistema ta’ notifika u approvazzjoni minn qabel ta’ skambji bħal dawn.

Artikolu 52

Kundizzjonijiet tal-pagament

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, il-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli għandhom jitħallsu esklużivament għal erjas:

(a)

li jkunu jinsabu f’reġjuni li mil-lat klimatiku u dak agrikolu jkunu adatti għat-tkabbir ta’ uċuħ kultivabbli; l-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar kull reġjun li ma jkunx adatt għall-produzzjoni ta’ ċerti uċuħ kultivabbli;

(b)

li fuqhom l-uċuħ tar-raba’ jinżammu mill-inqas sa ma jibda t-tirħis taħt kundizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-qamħ ta’ l-Awstralja, l-uċuħ tar-raba’ li għalihom ikun ingħata pagament għandhom barra dan jiġu kkultivati skond l-istandards lokali mill-inqas sat-30 ta’ Ġunju, jekk ma jinġabrux għax jimmaturaw kompletament qabel dik id-data.

Artikolu 53

Ammont reġjonali

1.   Fejn erjas ta’ produttur li jkunu eliġibbli għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli jkunu jinsabu f’aktar minn reġjun ta’ produzzjoni wieħed, l-ammont pagabbli għandu jiġi ddeterminat mil-lok ta’ kull waħda mill-erjas koperti bl-applikazzjoni tiegħu.

2.   L-Istati Membri li jittrattaw il-qamħirrum separatament f’reġjuni fejn il-qamħirrum prinċipalment jitkabbar biex jinħażen għall-għalf għandhom ikunu awtorizzati biex japplikaw il-produzzjoni għall-ġwież f’dak ir-reġjun għall-erjas kollha taħt il-qamħirrum fir-reġjuni msemmija.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet speċjali li jkopru ċerti uċuħ kultivabbli

Artikolu 54

Ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 100(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin” tfisser il-prodott tar-raba’ mkabbar f’erjas li b’mod ewlieni jinżergħu għal ħxejjex erbaċi u jinħasdu ħodor mill-inqas darba f’sena għall-preżervazzjoni f’ambjent magħluq b’fermentazzjoni anerobika.

L-erjas li jkunu rreġistrati għat-tkabbir ta’ żerriegħa tal-ħaxix iċċertifikata skond id-Direttiva 66/401/KEE matul is-sena kummerċjali kkonċernata m’għandhomx jikkwalifikaw għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni relatata mat-tirħis fil-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 52, għandhom japplikaw għall-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

3.   Fl-Istati Membri li jagħmlu provvediment għal erja speċifika għall-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin kif hemm fl-Anness IV, il-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja b’referenza għal ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

Artikolu 55

Qamħ ta’ l-Awstralja

1.   Applikazzjonijiet għall-għajnuna b’referenza għas-suppliment u l-għajnuna speċjali għal qamħ ta’ l-Awstralja stabbiliti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu validi biss fejn:

(a)

applikazzjoni għal pagament skond l-erja, kif imsemmi fl-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, tiġi sottomessa b’referenza għall-istess għadd ta’ ettari taħt il-qamħ ta’ l-Awstralja;

(b)

tintuża kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata skond id-Direttiva 66/402/KEE.

2.   L-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għajnuna, jiffissaw il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata li trid tintuża skond il-prattika agrikola fl-Istat Membru kkonċernat u jinnotifikawha lill-bdiewa.

Artikolu 56

Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra

1.   Il-pagament skond l-erja għal kittien u qanneb imkabbra għall-fibra huwa suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sottomissjoni ta’ kopja tal-kuntratt jew l-obbligu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament jew sa data aktar kmieni stabbilita mill-Istat Membru;

(b)

l-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet li ġejjin:

(i)

għal kittien imkabbar għall-fibra, il-varjetajiet elenkati fl-Anness V fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament;

(ii)

għal qanneb imkabbar għall-fibra, il-varjetajiet elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u ċċertifikati skond id-Direttiva 2002/57/KEE (32).

2.   Għall-iskopijiet ta’ l-għoti tal-pagament skond l-erja għal qanneb imkabbar għall-fibra, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw rata minima ta’ żrigħ kompatibbli ma’ prassi tajba tat-tkabbir tal-qanneb.

Artikolu 57

Data taż-żrigħ

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu d-data finali għaż-żrigħ sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju għall-prodotti tar-raba’ elenkati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament u fiż-żoni, li jridu jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati, li jinsabu fir-reġjuni speċifikati f’dak l-Anness.

TAQSIMA 3

Erjas bażi, produzzjoni ta’ referenza u limiti

Artikolu 58

Raba’ saqwi u dak mhux saqwi

1.   Fejn il-pjanijiet ta’ reġjonalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għall-produzzjoni differenti għal raba’ saqwi u dak mhux saqwi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiddeterminaw jekk erjas ikunux saqwi jew le tul is-sena kummerċjali. B’mod partikolari għandhom jistabbilixxu:

(a)

lista ta’ l-uċuħ kultivabbli li għalihom jistgħu jingħataw pagamenti skond l-erja bir-rata għall-produzzjoni tas-saqwi;

(b)

deskrizzjoni tat-tagħmir tat-tisqija li l-bidwi għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu; dan it-tagħmir għandu jkun proporzjonat skond l-erja kkonċernata u għandu jippermetti l-provvista ta’ l-ilma li jkun hemm bżonn għall-iżvilupp normali tal-pjanti matul iċ-ċiklu tat-tkabbir tagħhom;

(c)

il-perjodu rilevanti ta’ tisqija.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għar-reġjuni ta’ produzzjoni “regadío” fi Spanja jew reġjuni oħra fejn it-tisqija hija karatteristika storika marbuta ma’ l-artijiet agrikoli u tippermettilhom li jkunu distinti u elenkati.

Artikolu 59

Qabża fl-erja bażi

1.   Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erjas bażi reġjonali skond l-Artikolu 102 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tikkunsidra:

(a)

l-erja bażi reġjonali kif hemm fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

(b)

is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għal pagamenti skond l-erja sottomessi b’referenza għal kull wieħed mill-uċuħ tar-raba’, inkluż, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, it-twarrib korrispondenti obbligatorju.

Kull twarrib volontarju għandu jiġi inkluż ma’ erjas oħrajn għajr is-saqwi, għajr taħt il-qamħirrum u/jew għajr taħt il-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

2.   Is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi m’għandhiex tinkludi erjas, jew partijiet minnhom, koperti b’applikazzjonijiet li l-verifiki amministrattivi jkunu juru biċ-ċar li m’humiex iġġustifikati.

Fejn ikun applikabbli, l-erja li attwalment tiġi ddeterminata matul kontrolli fuq il-post konformi ma’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiġi kkunsidrata.

3.   Erjas miżrugħa għal uċuħ kultivabbli skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u użati biex jissostanzjaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament għandhom jiżdiedu mas-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet sottomessi, u aġġustati bi qbil mal-paragrafu 2.

4.   Il-qabża fl-erja bażi għandha tiġi kkalkulata skond it-tabella fl-Anness VI.

Artikolu 60

Qabża fl-erja limitata għall-qamħ ta’ l-Awstralja

1.   Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erja limitata għall-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment tal-pagament skond l-erja stabbilit fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għas-suppliment tal-pagamenti skond l-erja b’referenza għal qamħ ta’ l-Awstralja, aġġustata bi qbil ma’ l-Artikolu 59(2) ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, imnaqqsa bi qbil ma’ l-Artikolu 102 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erjas limitati eliġibbli għall-għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 61

Rata definittiva ta’ qabża fl-erjas u koeffiċjent tat-tnaqqis

1.   Fejn jinstab li l-erjas imsemmija fl-Artikoli 59 u 60 ikunu ġew maqbuża, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena kkonċernata, jiddetermina r-rata definittiva ta’ qabża bit-tarf imqassar f’żewġ punti deċimali.

2.   Ir-rata definittiva ta’ qabża ddeterminata b’dan il-mod għandha tintuża biex jiġi kkalkulat it-tnaqqis proporzjonali fl-erja eliġibbli:

(a)

għall-pagament skond l-erja ta’ l-uċuħ kulitvabbli skond l-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

għas-suppliment tiegħu u l-għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja skond l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u wara li l-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament ikun ġie applikat.

Artikolu 62

Suberjas bażi

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 102(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-pagament skond l-erja, jiddeterminaw dawn li ġejjin u jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom:

(a)

l-erja bażi nazzjonali li trid tkun suddiviża;

(b)

il-kriterji applikati mill-Istat Membru biex jistabbilixxi s-suberjas bażi;

(c)

is-suberjas bażi (in-numru, l-isem u d-daqs);

(d)

ir-regoli dettaljati li jikkonċentraw il-miżuri applikabbli f’każ ta’ qabża.

Artikolu 63

Limitu tas-somma ta’ pagamenti

Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fil-limitu tal-pagamenti li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-koeffiċjent tat-tnaqqis korrispondenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tnaqqis proporzjonali fl-erjas eliġibbli li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 102(1) u l-Artikolu 105(2) ta’ dak ir-Regolament.

TAQSIMA 4

Twarrib

Artikolu 64

Definizzjoni

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 107(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “twarrib” tfisser it-tħollija fil-mistrieħ ta’ erja eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja konformi ma’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 65

Kundizzjonijiet

1.   Għandu japplika l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 107(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u għas-snin 2005 u l-2006, Malta tista’ tiffissa r-rekwiżiti tad-daqs minimu għall-erjas imwarrba għal inqas minn 0,1 ha fid-daqs u 10 metri fil-wisa’.

Artikolu 66

Analiżi reġjonali

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija taħt it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu analizzati skond ir-reġjun bi qbil mal-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 103 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għal kull waħda mill-applikazzjonijiet għall-pagament skond l-erja f’reġjun partikolari tal-produzzjoni, għandu jkun hemm dikjarazzjoni tat-twarrib korrispondenti b’referenza għal mill-inqas l-għadd ta’ ettari korrispondenti fl-istess reġjun tal-produzzjoni.

3.   L-Istat Membru jista’ jagħmel provvediment għal deroga mill-paragrafu 2 bi qbil ma’ kriterji oġġettivi.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, it-twarrib obbligatorju li jkun jikkorrispondi ma’ applikazzjoni sottomessa għall-pagament skond l-erja jista’ jiġi affettwat fl-intier tiegħu jew parzjalment:

(a)

fi Spanja, fir-reġjun “secano” fil-każ ta’ azjendi li jinsabu fir-reġjuni ta’ produzzjoni “secano” u “regadío”;

(b)

f’xi reġjun ieħor ta’ produzzjoni, bil-kundizzjoni li l-erjas li ser jitwarrbu jkunu jinsabu f’reġjuni ta’ produzzjoni maġenb dawk fejn ikunu jinsabu l-erjas li jkunu qed jinħadmu.

5.   Fejn il-paragrafi 3 u 4 jkunu qed jiġu applikati, l-erja li ser titwarrab għandha tkun aġġustata biex tiġi kkunsidrata d-differenza bejn il-produzzjoni li tintuża biex jiġi kkalkulat il-pagament b’referenza għat-twarrib fir-reġjuni kkonċernati. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex twassal għal inqas ettari li jitħallew għat-twarrib milli jirrikjedi l-obbligu.

Artikolu 67

Uċuħ tal-legumi

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tat-tieni inċiż fl-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “uċuħ tal-legumi” tfisser erjas miżrugħa b’waħda jew aktar mill-ispeċijiet tal-legumi tal-magħlef elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Żrigħ ta’ taħlita ta’ ċereali u/jew ħxejjex għandu jkun permess suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-erja għandha b’mod ewlieni tinżera’ b’legumi tal-magħlef;

(b)

ma jkunux jistgħu jinġabru separatament.

Fejn standards speċifiċi dwar l-ambjent reġjonali stabbiliti mill-Istati Membri għal prodotti tar-raba’ organiċi jistipulaw limitu fuq erja miżrugħa bil-legumi tal-magħlef, il-kundizzjoni li tikkonċerna erjas li b’mod ewlieni jkunu miżrugħa b’legumi tal-magħlef stabbilita f’(a) tkun qed tiġi ssodisfata jekk mill-inqas wieħed jikkonforma ma’ 85 % tal-limitu ffissat mill-Istati Membri.

2.   Erjas li fuqhom uċuħ tal-legumi kif imsemmija fil-paragrafu 1 jikkwalifikaw bejn il-15 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awissu taħt l-iskema ta’ għajnuna li hemm provvediment għaliha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 (33) ma jkunux jikkwalifikaw għal pagamenti skond l-erja.

Artikolu 68

Pagamenti fuq raba’ mwarrba volontarjament

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 107(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippermettu bdiewa li jħallu għat-twarrib sa mill-inqas 10 % ta’ l-erja li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli u li ma tintużax biex jingħatalhom id-dritt għall-pagament ta’ l-intitolament tat-twarrib. Jista’ jiġi ffissat persentaġġ ogħla mill-Istat Membru filwaqt li jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet speċifiċi u tiġi żgurata okkupazzjoni suffiċjenti tar-raba’.

L-ammont bażiku għal twarrib volontarju għandu jkun ta’ EUR 63,00/t mis-sena kummerċjali 2005/2006. Fejn tkun ġiet iffissata produzzjoni differenti għal raba’ saqwi u dak mhux saqwi, għandhom japplikaw il-pagamenti tat-twarrib ta’ raba’ mhux saqwi.

L-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri adatti kompatibbli mas-sitwazzjoni speċifika ta’ l-erjas imwarrba volontarjament sabiex ikun żgurat li dawn jinżammu f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u li jitħares l-ambjent.

TAQSIMA 5

Komunikazzjonijiet

Artikolu 69

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX fil-format standardizzat li hemm deskritt fih, skond ir-reġjun tal-produzzjoni, l-erja bażi u l-pajjiż, bi qbil ma’ l-iskeda li hemm fl-Artikolu 3.

2.   Fejn jinstab li l-erjas imsemmija fl-Artikoli 59 u 60 ikunu ġew maqbuża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiffissa r-rata definittiva tal-qabża immedjatament u mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena kkonċernata u għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata. Id-data użata biex tiġi kkalkulata r-rata li biha tkun ġiet maqbuża l-erja bażi għandha titwassal permezz tal-formula li hemm fl-Anness VI.

3.   Fejn ir-rata tal-qabża tkun imqassma bi qbil ma’ l-Artikoli 102(5) u 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar din id-distribuzzjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru.

4.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 63, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-koeffiċjent tat-tnaqqis definittiv mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata.

KAPITOLU 12

PRIMJUMS GĦAL NAGĦAĠ U MOGĦOŻ

TAQSIMA 1

Pagamenti diretti

Artikolu 70

Applikazzjonijiet u perjodu taż-żamma

1.   Barra r-rekwiżiti taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li hemm provvediment għaliha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (“is-sistema integrata”), il-bdiewa għandhom jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom għall-primjums għal nagħaġ u mogħoż u primjums supplimentari jekk ikunux qed jikkummerċjalizzaw jew le l-ħalib tan-nagħaġ, jew prodotti tal-ħalib b’bażi tal-ħalib tan-nagħaġ, matul is-sena li għaliha jkun qed jintalab il-primjum.

2.   Applikazzjonijiet għall-primjum li jibbenefikaw minnu bdiewa fit-trobbija tan-nagħaġ u/jew mogħoż għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti, tul perjodu uniku ffissat mill-Istat Membru kkonċernat li jkun jibda mhux qabel l-1 ta’ Novembru u li jiġi fi tmiemu mhux wara t-30 ta’ April, rispettivament, qabel u wara l-bidu tas-sena li għaliha jkunu qed jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet.

Madankollu, ir-Renju Unit jista’ jiffissa perjodu differenti minn dak iffissat għall-Gran Brittanja b’referenza għall-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li matulu l-bidwi jikkommetti ruħu li jmantni fl-azjenda tiegħu l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikun qed jintalab il-primjum (“il-perjodu taż-żamma”) għandu jkun ta’ 100 jum u li jibda fl-ewwel jum wara l-aħħar jum tal-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 71

Erjas eliġibbli għall-primjum tal-mogħoż

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġu sodisfatti fl-erjas elenkati fl-Anness X.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi regolari, jivverifikaw jekk dawn il-kriterji jkomplux jiġu sodisfatti fl-erjas kollha elenkati fl-Anness X li jkunu jaqgħu fit-territorji rispettivi tagħhom. Wara din l-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull bżonn li jiġi emendat l-Anness X qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena qabel is-sena li għaliha tkun tapplika l-emenda. In-notifika għandha, b’mod partikolari, tindika ż-żoni, jew partijiet miż-żoni, elenkati fl-Anness X li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll iż-żoni eventwali li jkunu qed jissodisfaw dawn il-kriterji imma jkunu għadhom m’humiex elenkati fl-Anness X. Għal dawn iż-żoni potenzjali l-ġodda, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni dettaljata ta’ l-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 72

Applikazzjoni għall-primjum supplimentari u għall-primjum tal-mogħoż

1.   Sabiex jibbenefika mill-primjum supplimentari jew il-primjum tal-mogħoż, bidwi bil-bhejjem li l-azjenda tiegħu jkollha mill-inqas 50 % imma inqas minn 100 % ta’ l-erja tagħha qed tintuża għal biedja li tkun tinsab fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament, għandu jissottometti dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet li jkunu jindikaw il-lok ta’ l-art tiegħu, bi qbil mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:

2.   Bidwi bil-bhejjem li jkun meħtieġ jissottometti kull sena dikjarazzjoni ta’ l-erja agrikola totali ta’ l-azjenda tiegħu li tkun utilizzata, waqt l-applikazzjoni għall-għajnuna, kif hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jindika f’dik id-dikjarazzjoni dawk il-bċejjeċ ta’ art użati għal biedja li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ;

Bidwi bil-bhejjem li ma jkunx meħtieġ jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jissottometti kull sena dikjarazzjoni speċifika permezz, jekk ikun il-każ, tas-sistema għall-identifikazzjoni ta’ bċejjeċ ta’ art agrikola li hemm provvediment għaliha taħt is-sistema integrata.

Dik id-dikjarazzjoni speċifika għandha tindika l-lok ta’ l-art kollha proprjetà ta’ dak il-bidwi bil-bhejjem, kirjiet jew użi skond kwalunkwe arranġament, filwaqt li tindika l-erja tagħha u tagħti d-dettalji ta’ dawk il-bċejjeċ ta’ art użati għal biedja li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għad-dikjarazzjoni speċifika biex tiġi inkluża fl-applikazzjoni għall-primjum tan-nagħaġ u/jew il-mogħoż. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll li d-dikjarazzjoni speċifika ssir permezz tal-formula ta’ l-“applikazzjoni għall-pagament wieħed”.

3.   L-awtorità kompetenti nazzjonali tista’ titlob li jiġi ppreżentat l-att tal-proprjetà, kuntratt tal-kirja jew ftehim bil-miktub bejn il-bdiewa bil-bhejjem u, jekk ikun il-każ, affermazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali li tkun għaddiet għad-dispożizzjoni tal-bidwi kkonċernat l-art użata għal biedja. L-affermazzjoni għandha tindika l-erja ta’ l-art mogħtija lill-produttur u l-bċejjeċ ta’ art li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ.

Artikolu 73

Bdiewa bil-bhejjem li jipprattikaw it-tranżumanza

1.   L-applikazzjonijiet għall-primjums sottomessi minn bdiewa bil-bhejjem li jkollhom l-indirizzi ta’ l-irziezet tagħhom irreġistrati f’waħda mill-erjas ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 114(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jkunu jixtiequ jikkwalifikaw għall-primjum supplimentari għandhom jindikaw:

(a)

il-post jew il-postijiet fejn tkun ser issir it-tranżumanza fis-sena kurrenti;

(b)

il-perjodu ta’ mill-inqas 90 jum imsemmi fl-Artikolu 114(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u stabbilit għas-sena kurrenti.

2.   L-applikazzjonijiet għall-primjums mill-bdiewa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti li jiċċertifikaw li t-tranżumanza tkun tabilħaqq saret, minbarra f’każijiet ta’ xi forza maġġuri jew minħabba l-impatt ta’ ċirkostanzi naturali debitament iġġustifikati li jkunu affettwaw il-ħajja tal-merħla, matul is-sentejn preċedenti u b’mod partikolari b’affermazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali tal-post tat-tranżumanza li tiċċertifika li din tkun tabilħaqq saret tul mill-inqas 90 jum konsekuttiv.

Meta jkunu qed jagħmlu l-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-post tat-tranżumanza speċifikat fl-applikazzjoni għall-primjum huwa tabilħaqq f’erja msemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 74

Eliġibbiltà

1.   Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa fuq bażi ta’ l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li jkunu mantnew fl-azjenda tagħhom tul il-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 70(3).

2.   Bhejjem li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fid-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-aħħar jum tal-perjodu taż-żamma għandhom jitqiesu bħala bhejjem eliġibbli.

Artikolu 75

Inventarju ta’ bdiewa li jkunu qed jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ

Kull sena l-Istati Membri għandhom jelenkaw, mhux aktar tard mit-tletin jum tal-perjodu taż-żamma, inventarju ta’ bdiewa li jkunu qed jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ fuq bażi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70(1) li jkunu għamlu l-bdiewa.

Waqt l-elenkar ta’ l-inventarju, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-kontrolli u kull sors ieħor ta’ informazzjoni disponibbli għand l-awtorità kompetenti, b’mod partikolari informazzjoni miksuba mingħand proċessuri jew distributuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ mill-bdiewa.

Artikolu 76

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bl-informazzjoni relatata ma’ l-applikazzjonijiet għall-primjums li jkunu ġew sottomessi għas-sena kurrenti, bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness XI;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bl-għadd u l-ammont ta’ primjums imħallsa s-sena ta’ qabel wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis fl-għajnuna li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 120 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jekk ikun il-każ, bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness XII għal dan ir-Regolament;

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, b’kull bdil fil-lista ta’ l-erjas ġeografiċi fejn tiġi ppratikata t-tranżumanza msemmija fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament.

L-informazzjoni meħtieġa skond l-ewwel subparagrafu għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-korpi nazzjonali responsabbli mit-tħejjija ta’ statistika uffiċjali dwar is-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, fuq talba tagħhom.

2.   Fejn tinbidel l-informazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1, b’mod partikolari b’riżulat tal-kontrolli jew il-korrezzjonijiet jew it-titjib fiċ-ċifri preċedenti, għandu jiġi kkomunikat aġġornament lill-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-okkorrenza tal-bidla.

TAQSIMA 2

Limiti, Riżervi u Trasferimenti

Artikolu 77

Drittijiet miksuba bla ħlas

Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb bla ħlas drittijiet ta’ primjums mir-riżerva nazzjonali temporanjament huwa ma jkunx awtorizzat li jittrasferixxi drittijietu jew jikrihom għal perjodu ta’ tliet snin mid-data li jkun kiseb dawk id-drittijiet.

Artikolu 78

Użu tad-drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta’ drittijiet ikun jista’ jużahom billi jinqeda b’dawk id-drittijiet huwa stess u/jew jikri dawk id-drittijiet lil bidwi ieħor.

2.   Fejn bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu li hemm provvediment għalih fil-paragrafu 4, matul kull sena, il-parti li ma tkunx intużat għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali, minbarra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ bidwi li jkun jippossiedi massimu ta’ 20 dritt ta’ primjums, fejn dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, matul kull waħda mis-sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti biss li ma tkunx intużat matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali;

(b)

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi programm ta’ estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni;

(c)

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi skema ta’ rtirar kmieni rikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju;

(d)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

3.   Il-kiri temporanju għandu jsir biss b’referenza għal snin sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas l-għadd minimu ta’ bhejjem li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 79(1). Fi tmiem kull perjodu ta’ kiri temporanju, li ma jistax jaqbeż tliet snin konsekuttivi, bidwi jkun jista’, minbarra fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ drittijiet, jirkupra drittijietu kollha għalih innifsu, għal mill-inqas sentejn konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jutilizzax huwa stess minn mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu li hemm provvediment għalih fil-paragrafu 4 matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, kull sena jirtira u jgħaddi lura fir-riżerva nazzjonali dik il-parti tad-drittijiet li ma tkunx intużat mill-bidwi.

Madankollu, fil-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jipparteċipaw fi skemi ta’ rtirar kmieni rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment biex jiżdied it-terminu totali ta’ żmien tal-kiri temporanju fuq bażi ta’ dawn l-iskemi.

Il-bdiewa li jkunu ħadu l-inkarigu li jipparteċipaw fi programm ta’ estensifikazzjoni bi qbil mal-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (34) jew fi programm ta’ estensifikazzjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma jkunux awtorizzati li jikru u/jew jittrasferixxu temporanjament drittijiethom tul il-perjodu ta’ dik il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika f’każijiet fejn il-programm ikun jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta’ drittijiet lil bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom f’miżuri oħrajn barra dawk imsemmija f’dan is-subparagrafu tkun teħtieġ ix-xiri tad-drittijiet.

4.   Il-persentaġġ minimu ta’ l-użu tad-drittijiet ta’ primjum għandu jkun ta’ 70 %.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-persentaġġ sa 100 %. Huma għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-Kummissjoni bil-persentaġġ li jkunu bi ħsiebhom japplikaw.

Artikolu 79

Trasferiment ta’ drittijiet u kiri temporanju

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ l-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta’ drittijiet ta’ primjums li jistgħu jkunu suġġetti għal trasferiment parzjali li ma jkunx jinvolvi t-trasferiment ta’ azjenda. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż 10 drittijiet ta’ primjums.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet ta’ primjums u l-kiri temporanju ta’ dawn id-drittijiet għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru mill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jkun qed jirċievi d-drittijiet.

Din in-notifika għandha ssir bi skadenza ffissata mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data ta’ tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni għall-primjum f’dak l-Istat Membru, minbarra f’dawk il-każijiet fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt. F’dawk il-każijiet, il-bidwi/bidwija li tirċievi d-drittijiet għandha tkun f’qagħda li tforni d-dokumenti legali xierqa biex tipprova li hi tkun il-benefiċjarju tal-bidwi li jkun miet.

3.   Fil-każ ta’ trasferiment mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda, l-għadd ta’ drittijiet trasferiti mingħajr kumpens lir-riżerva nazzjonali f’ebda każ ma jista’ jkun ta’ inqas minn wieħed.

Artikolu 80

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ ta’ trasferimenti jew kiri temporanju ta’ drittijiet ta’ primjums, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali l-ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa kkonċernati bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li għalihom ikunu intitolati mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-produttur ikun issottometta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma japplikax fil-każ fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt kif imsemmi fl-Artikolu 79(2).

Artikolu 81

Bdiewa li l-art li jaħdmu mhix proprjetà tagħhom

Bdiewa li jkunu qed jaħdmu biss art proprjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li ma jibqgħux jużaw dik il-mergħa u jittrasferixxu drittijiethom kollha lil bidwi ieħor għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal bdiewa li jkunu qed ibiegħu jew jittrasferixxu l-azjendi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha dawn il-bdiewa għandhom jiġu ttrattati l-istess bħala bdiewa li jkunu qed jittrasferixxu drittijiethom ta’ primjums biss.

Artikolu 82

Trasferiment mir-riżerva nazzjonali

Fejn l-Istati Membri jagħmlu provvediment li t-trasferiment tad-drittijiet għandu jsir permezz tar-riżerva nazzjonali, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali analogi għal dawk f’dan il-Kapitolu. Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet:

(a)

l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għall-kiri temporanju li jsir permezz tar-riżerva nazzjonali;

(b)

fl-eventwalità tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ primjums jew il-kiri temporanju konformi mal-punt (a), it-trasferiment għar-riżerva ma jidħolx fis-seħħ jekk mhux wara n-notifika mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u t-trasferimenti mir-riżerva għal għand bidwi ieħor ma jidħlux fis-seħħ jekk mhux wara n-notifika lil dak il-bidwi mill-awtoritajiet.

Barra dan, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiżguraw li l-parti tad-drittijiet mhux koperta bit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 117(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiġi kkontrobilanċjata b’pagament mill-Istat Membru li jikkorrispondi għall-pagament li kien jirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li tiġi kkunsidrata b’mod partikolari x-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Il-pagament għandu jkun daqs il-pagament mitlub lil bidwi li jirċievi drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 83

Kalkolu tal-limiti individwali

Għandhom jintużaw numri sħaħ biss fil-kalkoli inizjali u l-aġġustamenti sussegwenti fil-limiti individwali fuq drittijiet ta’ primjums.

Għal dak il-għan, fejn ir-riżultat finali tal-kalkoli aritmetiċi ma jkunx numru sħiħ, għandu jintuża n-numru sħiħ l-aktar viċin. Madankollu, fejn ir-riżultat tal-kalkoli jinzerta bl-eżatt bejn numri sħaħ, għandu jintuża l-ogħla numru sħiħ.

Artikolu 84

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’dik il-parti tad-drittijiet ta’ primjums trasferiti li trid tgħaddi għal ġor-riżerva nazzjonali skond l-Artikolu 117(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fejn ikun applikabbli bil-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 117(3) ta’ dak ir-Regolament u, qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’kull emenda li ssir fih.

2.   Permezz tat-tabella li hemm fl-Annessi XIII u XIV, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena:

(a)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu għaddew lura fir-riżerva nazzjonali mingħajr pagament biex jikkumpensa wara trasferimenti ta’ drittijiet mingħajr it-trasferimenti ta’ azjendi matul is-sena preċedenti;

(b)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li ma ntużawx trasferiti għal ġor-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 118(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

bl-għadd ta’ drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 118(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul is-sena preċedenti;

(d)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums mogħtija lill-bdiewa f’żoni żvantaġġati mir-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti;

(e)

bid-dati li jikkonċernaw il-perjodi u l-iskadenzi relatati mat-trasferimenti ta’ drittijiet u ma’ l-applikazzjonijiet għall-primjum.

TAQSIMA 3

Pagamenti Addizzjonali

Artikolu 85

Pagamenti addizzjonali

L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti nazzjonali tagħhom li jkunu jikkonċernaw l-għoti tal-pagamenti addizzjonali li hemm provvediment għalih skond l-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament. Fejn ikun applikabbli dik l-informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari:

(a)

għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti skond l-għadd ta’ bhejjem:

(i)

ammonti indikattivi għal kull ras u arranġamenti ta’ l-għotjiet;

(ii)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u l-għadd ta’ bhejjem kkonċernati;

(iii)

rekwiżiti tad-densità speċifika ta’ stokkjar;

(iv)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni;

(b)

għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti skond l-erja, fejn ikun meħtieġ:

(i)

kalkolu ta’ l-erjas bażi reġjonali;

(ii)

ammonti indikattivi għal kull ettaru;

(iii)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u ta’ l-għadd ta’ ettari kkonċernati;

(iv)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni;

(c)

dettalji ta’ skemi oħra li jkunu ġew stabbiliti biex isiru pagamenti addizzjonali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull bdil fl-arranġamenti nazzjonali tagħhom fi żmien perjodu ta’ xahar mid-data ta’ kull bdil bħal dan.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 86

Kambju fil-munita nazzjonali

L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata għall-ammont tal-primjums u l-pagamenti msemmija fl-Artikoli 113, 114 u 119 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun il-bidu tas-sena kalendarja li b’referenza għaliha jkun qed jingħata l-primjum jew il-pagament.

Ir-rata tal-kambju li trid tintuża għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli għax-xahar ta’ Diċembru ta’ qabel id-data ta’ l-okkorrenza operattiva, maħduma pro rata temporis. Din għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ wara d-data ta’ l-okkorrenza operattiva.

KAPITOLU 13

PAGAMENTI GĦAĊ-ĊANGA U L-VITELLA

TAQSIMA 1

Primjum speċjali

(l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 87

Applikazzjonijiet

1.   1. Barra r-rekwiżiti taħt is-sistema integrata, kull waħda mill-applikazzjonijiet għal pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun fiha:

(a)

l-analiżi ta’ l-għadd ta’ bhejjem skond il-kategorija ta’ età;

(b)

referenza għall-passaporti jew id-dokumenti amministrattivi li jkunu qed jakkumpanjaw il-bhejjem li tkun qed issir l-applikazzjoni għalihom.

2.   Applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss b’referenza għal bhejjem li fid-data tal-bidu tal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 90 ikunu:

(a)

fil-każ ta’ barrin, mhux iżgħar minn seba’ xhur;

(b)

fil-każ ta’ barrin imsewwija:

(i)

mhux iżgħar minn seba’ xhur u mhux akbar minn 19-il xahar fil-każ ta’ l-ewwel kategorija ta’ età;

(ii)

mill-inqas 20 xahar fil-każ tat-tieni kategorija ta’ età.

Artikolu 88

Għotja tal-primjum

Bhejjem li ma jikkwalifikawx għall-primjum speċjali jew minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 123(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-applikazzjoni tad-densità ta’ stokkjar li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament ma tkunx tista’ tibqa’ ssir applikazzjoni għalihom għall-istess kategorija ta’ età u għandhom jitqiesu li jkun sar il-pagament tal-primjum għalihom.

Artikolu 89

Passaporti u dokumenti amministrattivi

1.   Fejn, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, il-passaport ma jkunx disponibbli, dan għandu jkun sostitwit b’dokument amministrattiv nazzjonali kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 123(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jiżguraw li l-passaporti jew id-dokumenti amministrattivi jaċċertaw li jingħata primjum wieħed biss għal kull bhima u għal kull kategorija ta’ età. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin, kif ikun meħtieġ, għal din il-fini.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li d-dokument amministrattiv nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun f’forma ta’:

(a)

dokument li jakkumpanja lil kull bhima individwali;

(b)

lista komprensiva, f’idejn il-bidwi, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-bhejjem ikkonċernati jibqgħu, mid-data li fiha tkun saret l-ewwel applikazzjoni, għand l-istess bidwi sa ma jitqiegħdu fis-suq għall-iskop tal-qatla;

(c)

lista komprensiva, f’idejn l-awtoritajiet ċentrali, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jew ir-reġjun ta’ l-Istat Membru li jkun qed jinqeda b’din il-possibbiltà jesegwixxi fuq il-post kontrolli fuq il-bhejjem kollha koperti bl-applikazzjoni, jivverifika l-movimenti ta’ dawk il-bhejjem u jagħmel marka distintiva fuq kull bhima vverifikata li l-bdiewa jkunu meħtieġa li jippermettu;

(d)

lista komprensiva, f’idejn l-awtoritajiet ċentrali, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija ta’ età u immedjatament jipprovdi l-informazzjoni fir-rigward ta’ l-istatus tal-primjum għal kull bhima kif jintalab jagħmel dan.

4.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jinqdew b’waħda jew aktar mill-possibbiltajiet li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xieraq u jgħaddulha d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni rilevanti.

Għall-iskopijiet tal-punt (c) paragrafu 3, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq weħidhom għandhom jitqiesu bħala reġjuni ta’ Stat Membru.

Artikolu 90

Perjodu taż-żamma

It-terminu taż-żmien tal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123(3) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun ta’ xahrejn, li jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-bidwi bil-bhejjem jista’ jiffissa dati tal-bidu oħrajn bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux jibdew aktar tard minn xahrejn wara l-jum li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 91

Limitu reġjonali

1.   Fejn mill-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 123(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 joħroġ numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda. Għal dan l-iskop, għandu jkun ikkunsidrat biss lill-ewwel pożizzjoni deċimali.

2.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 122(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew li jimmodifikaw ir-reġjuni eżistenti fit-territorji tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata, filwaqt li jagħtu definizzjoni tar-reġjun u tal-limitu ffissat. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 92

Limiti fuq l-għadd ta’ bhejjem għal kull azjenda

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jemendaw il-limitu ta’ għanem ta’ 90 ras għal kull azjenda u għal kull kategorija ta’ età msemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew li jidderogaw minnu, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

Fejn, barra minn hekk, l-Istati Membri jiffissaw għadd minimu ta’ bhejjem għal kull azjenda, li taħtu ma jiġix applikat it-tnaqqis proporzjonali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull emenda sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 93

Għoti meta tasal il-qatla

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ barrin, għall-kategorija ta’ età waħda;

(b)

fil-każ ta’ barrin imsewwija, għall-ewwel jew it-tieni kategorija ta’ età jew billi jiġi kkumbinat l-għoti tal-primjums għaż-żewġ kategoriji ta’ età.

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla skond il-paragrafu 1 għandhom jagħmlu provvediment li l-primjum għandu jingħata wkoll meta bhejjem eliġibbli jkunu qed jintbagħtu fi Stat Membru ieħor jew ikunu qed jiġu esportati lejn pajjiż terz.

3.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla skond il-paragrafu 1, din it-Taqsima u l-Artikolu 120 u l-Artikolu 121(1) u (2) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għotja tal-primjum.

4.   Barra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 121(1), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw jekk il-bhima tkunx barri jew għoġol, u għandha tkun akkumpanjata b’dokument li jkun fih id-dettalji meħtieġa għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 89(2). Dak id-dokument għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru:

(a)

il-passaport jew kopja tal-passaport fejn it-tip użat ikun jikkonsisti f’diversi kopji;

(b)

kopja tal-passaport fejn it-tip ta’ passaport użat ikun jikkonsisti f’kopja waħda biss li għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000; f’dak il-każ l-Istat Membru għandu jieħu passi biex ikun żgurat li l-informazzjoni ta’ fuq il-kopja tkun tikkorrispondi ma’ l-oriġinal;

(c)

id-dokument amministrattiv nazzjonali fejn il-passaport ma jkunx disponibbli, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-Istati Membri jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tad-dokument amministrattiv nazzjonali. F’dak il-każ għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija ta’ età lil bhejjem li kienu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju.

Fejn id-databases kompjuterizzata kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 ikun fihom, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li jkun qed jingħata primjum wieħed biss għal kull bhima u kull waħda mill-kategoriji ta’ età, l-applikazzjoni għall-għajnuna ma jkollhiex għalfejn tkun akkumpanjata bid-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Bis-saħħa ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn L-Istati Membri japplikaw l-alternattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 121(2), għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-bidwi jista’ jiddetermina l-bhejjem li jkun qed jitlob primjum speċjali għalihom.

5.   Fil-każ ta’ barrin, il-prova tal-qatla għandha tispeċifika l-piż tal-karkassa.

6.   Fejn il-bhima tkun qed tiġi ttrasportata, għandha tingħata prova tad-dispaċċ permezz ta’ stqarrija mingħand il-kunsinjatur li tkun tindika l-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-bhima.

F’dak il-każ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-kunsinjatur (jew kodiċi ekwivalenti);

(b)

in-numru ta’ l-identità tal-bhima;

(c)

stqarrija li l-bhima ma tkunx iżgħar minn disa’ xhur.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi qabel ma l-bhima tħalli t-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat u prova tad-dispaċċ għandha tiġi sottomessa fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-bhejjem ikunu ħallew it-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 94

Dettalji tas-sistema ta’ l-għotjiet

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 90, il-primjum għandu jitħallas lill-bdiewa li jkunu mantnew il-bhejjem għal perjodu minimu taż-żamma ta’ xahrejn li jiġi fi tmiemu f’inqas minn xahar qabel id-data tal-qatla jew l-ikkunsinjar jew li jiġi fi tmiemu f’inqas minn xahrejn qabel id-data ta’ l-esportazzjoni.

Fil-każ ta’ barrin imsewwija, il-pagament tal-primjum għandu jkun suġġett għar-regoli li ġejjin:

(a)

il-primjum b’referenza għall-ewwel kategorija ta’ età għandu jitħallas biss jekk il-bidwi jkun mantna l-bhima għal perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn bejn iż-żmien meta l-bhima ma kinitx iżgħar minn seba’ xhur u ż-żmien meta kienet iżgħar minn 22 xahar;

(b)

il-primjum b’referenza għat-tieni kategorija ta’ età għandu jitħallas biss jekk il-bidwi jkun mantna bhima ta’ mhux inqas minn 20 xahar għal perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn;

(c)

il-primjums b’referenza għaż-żewġ kategoriji ta’ età jistgħu jitħallsu flimkien biss jekk il-bidwi jkun mantna l-bhima għal mhux inqas minn erba’ xhur konsekuttivi b’osservanza tar-rekwiżiti ta’ l-età stabbiliti fil-punti (a) u (b);

(d)

jista’ jitħallas biss il-primjum b’referenza għat-tieni kategorija ta’ età jekk il-bhima tkun ġiet ittrasportata minn Stat Membru ieħor meta tkun laħqet għalqet id-19-il xahar.

2.   Fil-kuntest ta’ l-ikkalkular tad-densità ta’ stokkjar li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kull bhima li tkun saret applikazzjoni kkumbinata għaliha għaż-żewġ kategoriji ta’ età għandha tkun ikkunsidrata darbtejn.

3.   Il-piż tal-karkassa għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta’ karkassa skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 (35).

Fejn il-preżentazzjoni tal-karkassa tiddifferixxi minn dik tad-definizzjoni, il-fatturi korrettivi li hemm fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 (36) għandhom japplikaw.

Fejn il-qatla ssir f’biċċerija li ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni ta’ l-iskala ta’ gradazzjoni Komunitarja għall-karkassi tal-bhejjem ta’ l-ifrat adulti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-piż jiġi stabbilit fuq bażi tal-piż tal-bhima ħajja qabel il-qatla. F’dawn il-każijiet il-piż tal-karkassa għandu jitqies li hu daqs jew aktar minn 185 kilogramm jekk il-piż tal-bhima ħajja qabel il-qatla kien daqs jew aktar minn 340 kilogramm.

Artikolu 95

Notifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel il-bidu tas-sena kalendarja kkonċernata bid-deċiżjoni tagħhom, jew b’kull emenda li ssir fiha, li tkun tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 u l-proċeduri rilevanti.

TAQSIMA 2

Primjum għad-destaġonalizzazzjoni

(l-Artikolu 124 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 96

Applikazzjoni għall-primjum

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja, f’liema Stati Membri jista’ jingħata l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni għas-sena kalendarja sussegwenti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha jkun qed jingħata l-primjum jekk jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 124(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 97

Intitolament għall-primjum

1.   Il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni jista’ jingħata biss b’referenza għal barrin imsewwija li jkunu diġà rċevew il-primjum speċjali, jew jitqiesu li jkunu rċevew il-primjum speċjali konformi ma’ l-Artikolu 88, fi Stat Membru li jkun qed japplika il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni u li jinqatlu fi Stat Membru li jkun qed japplika l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

2.   Il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni jista’ jingħata biss lill-bidwi li jkun mantna l-bhima l-aħħar qabel il-qatla.

Artikolu 98

Applikazzjonijiet

1.   Il-bidwi bil-bhejjem għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-azjenda.

2.   L-applikazzjoni għandha titħejja skond l-Artikoli 93(4) u 121, applikati mutatis mutandis.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jivverifikaw li l-primjum speċjali jkun ingħata u għandhom jagħmlu kontrolli regolari, u mingħajr avviż tal-korrettezza taċ-ċertifikati li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 121.

TAQSIMA 3

Primjum għal baqar li jreddgħu

(l-Artikoli 125 sa 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 99

Baqar li jappertenu għal razza tal-laħam

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 122(d) u 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Baqar li jappartenu għar-razez ta’ l-ifrat elenkati fl-Anness XV għal dan ir-Regolament m’għandhomx jitqiesu li huma baqar li jappertenu għal razza tal-laħam.

Artikolu 100

Kwantità ta’ referenza individwali massima

1.   Fejn L-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-kwantità ta’ referenza individwali massima ta’ 120 000 kilogramm imsemmija fl-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew li jidderogaw minnha, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 101

Perjodu taż-żamma

Il-perjodu taż-żamma ta’ sitt xhur li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 102

Applikazzjonijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti taħt is-sistema integrata, fejn l-applikazzjoni tkun saret għall-primjum konformi ma’ l-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni għal pagamenti diretti li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun fiha:

(a)

stqarrija li tistabbilixxi l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-produttur fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li tibda fis-sena kalendarja kkonċernata; fejn din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li l-applikazzjoni tiġi sottomessa, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti ma’ l-ewwel opportunità li jsir hekk;

(b)

garanzija mill-bidwi li ma jżidx il-kwantità ta’ referenza individwali tiegħu fuq il-limitu kwantitattiv stabbilit fl-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fid-data li l-applikazzjoni tiġi sottomessa.

Il-punt (b) m’għandux japplika jekk l-Istat Membru jkun abolixxa l-limitu kwantitattiv.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur sħaħ matul is-sena kalendarja, li jridu jiġu deċiżi mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal perjodi separati għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fi żmien dak il-perjodu kollu.

Artikolu 103

Produzzjoni medja tal-ħalib

Il-produzzjoni medja tal-ħalib għandha tiġi kkalkulata fuq bażi tal-produzzjoni medja li hemm fl-Anness XVI. Madankollu, għal dak il-kalkolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw dokument rikonoxxut minnhom li jkun jiċċertifika l-produzzjoni medja tal-merħla tal-ħalib tal-bidwi.

Artikolu 104

Primjum addizzjonali nazzjonali

1.   Il-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista’ jingħata biss lil bidwi li, b’referenza għall-istess sena kalendarja, jirċievi l-primjum għal baqar li jreddgħu.

Il-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu għandu jingħata biss skond il-limitu ta’ l-għadd ta’ bhejjem li jikkwalifikaw għall-primjum għal baqar li jreddgħu, u jekk ikun il-każ wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kundizzjonijiet fi żmien xieraq qabel jiddaħħlu fis-seħħ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 105

Limitu individwali

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw limitu individwali għal kull bidwi skond l-Artikolu 126(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 106

Notifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’kull bdil fil-proċeduri użati biex jiġi implimentat it-tnaqqis tal-limiti individwali skond l-Artikolu 126(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’kull bdil fil-metodu ta’ l-ikkalkular tat-tnaqqis li hemm provvediment għalih fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

kull sena qabel l-1 ta’ Jannar, fejn ikun applikabbli, b’kull emenda fil-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 127(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Permezz tat-tabella li hemm fil-Parti 3 ta’ l-Anness XVIII, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu, proviżorjament, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju, definittivament, għal kull sena kalendarja:

(a)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu għaddew lura fir-riżerva nazzjonali mingħajr pagament biex jikkumpensa wara trasferimenti ta’ drittijiet mingħajr it-trasferimenti ta’ azjendi matul is-sena kalendarja preċedenti;

(b)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li ma ntużawx trasferiti għal ġor-riżerva nazzjonali matul is-sena kalendarja preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 109(2);

(c)

bl-għadd ta’ drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 128(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 107

Drittijiet miksuba bla ħlas

Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb drittijiet ta’ primjums bla ħlas mir-riżerva nazzjonali temporanjament huwa ma jkunx awtorizzat li jittrasferixxi u/jew jikri drittijietu matul it-tliet snin kalendarji sussegwenti.

Artikolu 108

Użu tad-drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta’ drittijiet ikun jista’ jużahom billi jinqeda b’dawk id-drittijiet huwa stess u/jew jikri dawk id-drittijiet lill-produttur ieħor.

2.   Fejn bidwi ma jkunx għamel użu ta’ mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull sena kalendarja, il-parti li ma tkunx intużat għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali, minbarra:

fil-każ ta’ bidwi li jkun jippossiedi massimu ta’ seba’ drittijiet ta’ primjums, fejn dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti li ma tkunx intużat matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali,

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi programm ta’ estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni,

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi skema ta’ rtirar bikri rikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju,

jew

f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

3.   Il-kiri temporanju għandu jsir biss b’referenza għal snin sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas l-għadd minimu ta’ bhejjem li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 109(1). Fi tmiem kull perjodu ta’ kiri temporanju, li ma jistax jeċċedi tliet snin konsekuttivi, bidwi jkun jista’, minbarra fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ drittijiet, jirkupra drittijietu kollha għalih innifsu, għal mill-inqas sentejn kalendarji konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jutilizzax huwa stess minn mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, kull sena jirtira u jgħaddi lura fir-riżerva nazzjonali dik il-parti tad-drittijiet li ma tkunx intużat mill-bidwi.

Madankollu, fil-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jipparteċipaw fi skemi ta’ rtirar bikri rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment biex jiżdied it-terminu totali ta’ żmien tal-kiri temporanju fuq bażi ta’ dawn l-iskemi.

Il-bdiewa li jkunu ħadu l-inkarigu li jipparteċipaw fi programm ta’ estensifikazzjoni skond il-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (37) jew fi programm ta’ estensifikazzjoni skond l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (38) ma jkunux awtorizzati li jikru u/jew jittrasferixxu temporanjament drittijiethom tul il-perjodu ta’ dik il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika f’każijiet fejn il-programm ikun jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta’ drittijiet lil bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom f’miżuri oħrajn barra dawk imsemmija f’dan is-subparagrafu tkun teħtieġ ix-xiri tad-drittijiet.

4.   Il-persentaġġ minimu ta’ l-użu tad-drittijiet ta’ primjums għandu jkun ta’ 70 %. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-persentaġġ sa 100 %.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-Kummissjoni bil-persentaġġ li jkunu bi ħsiebhom japplikaw jew b’kull bidla f’dan.

Artikolu 109

Trasferiment ta’ drittijiet u kiri temporanju

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ l-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta’ drittijiet ta’ primjums li għalihom jista’ jkun hemm trasferiment parzjali li ma jkunx jinvolvi t-trasferiment ta’ l-azjenda. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż ħames drittijiet ta’ primjums.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet ta’ primjums u l-kiri temporanju ta’ dawn id-drittijiet għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati b’mod konġunt lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru mill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jkun qed jirċievi d-drittijiet.

Din in-notifika għandha ssir bi skadenza ffissata mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data li fiha l-bidwi li jirċievi d-drittijiet ikun issottometta l-applikazzjoni tiegħu għall-primjum, minbarra f’dawk il-każijiet fejn it-trasferiment tad-drittijiet iseħħ b’wirt. F’dak il-każ, il-bidwi jew il-bidwija li tkun qed tirċievi d-drittijiet għandha tkun f’qagħda li tforni d-dokumenti legali xierqa biex tipprova li hi tkun il-benefiċjarju tal-bidwi li jkun miet.

Artikolu 110

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ ta’ trasferimenti jew kiri temporanju ta’ drittijiet ta’ primjums, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali l-ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa kkonċernati bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu intitolati għalih mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-bidwi jkun issottometta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma japplikax fil-każ fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt.

Artikolu 111

Bdiewa li l-art li jaħdmu mhix proprjetà tagħhom

Bdiewa li jkunu qed jaħdmu biss art proprjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li ma jibqgħux jużaw dik il-mergħa u jittrasferixxu drittijiethom kollha lil bidwi ieħor għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal bdiewa li jkunu qed ibiegħu jew jittrasferixxu l-azjendi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha dawn il-bdiewa għandhom jiġu ttrattati l-istess bħala bdiewa li jkunu qed jittrasferixxu drittijiethom għall-primjums biss.

Artikolu 112

Trasferiment mir-riżerva nazzjonali

Fejn l-Istati Membri jagħmel provvediment li t-trasferiment tad-drittijiet mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda għandu jsir permezz tar-riżerva nazzjonali skond l-Artikolu 127(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali analogi għal dawk li hemm fl-Artikoli 109 sa 111. Barra dan, f’dan il-każ:

l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-kiri temporanju jrid isir permezz tar-riżerva nazzjonali;

fejn drittijiet ta’ primjums ikunu trasferiti, jew mikrija temporanjament f’każijiet fejn l-ewwel inċiż jiġi applikat, trasferimenti fir-riżerva għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li jkunu ġew innotifikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u trasferimenti mir-riżerva għal għand bidwi ieħor għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati lil dak il-bidwi minn dawn l-awtoritajiet.

Barra dan, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li jsir pagament mill-Istat Membru għal dik il-parti l-oħra tad-drittijiet barra l-parti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikkorrispondi ma’ dak li kien jirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li tkun ikkunsidrata b’mod partikolari x-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Dan il-pagament għandu jkun daqs il-pagament li jintalab mill-bdiewa li jirċievu drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 113

Drittijiet parzjali

1.   Fejn il-kalkoli li jridu jsiru konformi ma’ l-Artikoli 105 sa 112 jipproduċu numri li ma jkunux numri sħaħ, għandu tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

2.   Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima tirriżulta fi drittijiet parzjali ta’ primjums, jew għall-bdiewa inkella għar-riżerva nazzjonali, dawn id-drittijiet parzjali għandhom jingħaddu.

3.   Fejn bidwi jkun jippossiedi dritt parzjali, dan id-dritt parzjali għandu jikkonferixxi biss il-jedd għall-frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda u, fejn ikun applikabbli, tal-primjum addizzjonali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 104 u tal-pagament għall-estensifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 118.

Artikolu 114

Skema speċjali għal baqar żgħar

1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jutilizzaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u, fl-istess waqt, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tagħrif rilevanti li jkun jippermetti li jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) ta’ dak ir-Regolament ikunux qed jiġu sodisfatti.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom ukoll, fejn ikun applikabbli, jikkomunikaw il-limitu speċifiku li jkunu ddeterminaw.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-deċiżjonijiet li jkunu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu japplikaw.

2.   L-Istati Membri li jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata, b’kull modifika fil-limitu speċifiku nazzjonali li jkunu ddeterminaw.

3.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali għandhom jistabbilixxu l-kriterji biex ikun żgurat li l-primjum li jitħallas lil bdiewa li l-merħla ta’ baqar żgħar li jkollhom tkun intenzjonata biex tgħammar mill-ġdid il-merħliet tal-baqar. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu b’mod partikolari limitu ta’ l-età u/jew rekwiżiti tar-razza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata bil-kriterji adottati. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

4.   Fejn l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 toħroġ numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda u, fejn ikun applikabbli, tal-primjum addizzjonali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 104 u tal-pagament għall-estensifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 118. Għal dan l-iskop għandha tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

5.   Fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikkonċerna l-għadd minimu ta’ bhejjem li jridu jinżammu għandu jiġi sodisfatt kompletament jew skond il-baqar li jreddgħu jekk il-bidwi jkun iddepożita applikazzjoni għall-baqar li jreddgħu jew skond il-baqar żgħar jekk il-bidwi jkun iddepożita applikazzjoni għal baqar żgħar.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 105 sa 113 m’għandhomx japplikaw taħt din l-iskema speċjali.

Artikolu 115

Ittondjar ta’ l-għadd ta’ bhejjem

Jekk il-kalkolu ta’ l-għadd massimu ta’ baqar żgħar bħala persentaġġ kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipproduċi riżultat li ma jkunx numru sħiħ, dak in-numru għandu jitnaqqas sa l-eqreb numru sħiħ jekk ikun inqas minn 0,5 u jiżdied sa l-eqreb numru sħiħ jekk ikun 0,5 jew aktar.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 116

Applikazzjonijiet għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu

1.   L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jagħmlu provvediment li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna f’pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu, għandhom ikunu għal għadd minimu ta’ bhejjem, bil-kundizzjoni li dak in-numru ma jkunx iżjed minn tlieta.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 102(2) u 118c(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu l-perjodi u d-dati għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-primjums u l-għadd ta’ applikazzjonijiet li l-bdiewa jkunu jistgħu jissottomettu għal kull skema ta’ primjum u sena kalendarja.

Artikolu 117

Densità ta’ stokkjar

1.   Għal kull wieħed mill-bdiewa li, b’referenza għall-istess sena kalendarja, jissottometti applikazzjoni għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-primjum speċjali jew għall-primjum għal baqar li jreddgħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għadd ta’ LUs (“livestock units”, unitajiet fl-istokk ta’ bhejjem) li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ bhejjem li għalihom jista’ jingħata primjum speċjali jew primjum għal baqar li jreddgħu, filwaqt li titqies l-erja għall-mergħa ta’ l-azjenda tiegħu.

2.   Biex tiġi stabbilita d-densità ta’ stokkjar imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

għandha tiġi kkunsidrata l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li jingħata bidu għaliha fis-sena kalendarja kkonċernata;

(b)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu dik il-kwantità ta’ referenza għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 103 ta’dan ir-Regolament.

3.   Biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ bhejjem eliġibbli għall-primjum:

(a)

l-għadd ta’ ettari ddeterminat skond ir-regoli stabbiliti fis-sistema integrata għandu jiġi mmultiplikat bid-densità ta’ stokkjar imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu l-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi għandu jitnaqqas miċ-ċifra miksuba b’dan il-mod;

(c)

l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għalihom għall-primjum għandu jitnaqqas miċ-ċifra miksuba b’dan il-mod.

Iċ-ċifra finali miksuba b’dan il-mod għandha tkun tikkorrispondi ma’ l-għadd massimu ta’ LUs li għalihom jista’ jingħata l-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil kull wieħed mill-bdiewa kkonċernati bid-densità ta’ stokkjar stabbilita għalih u bl-għadd ta’ LUs li jirriżulta li jkun jista’ jingħata primjum għalih.

Subtaqsima 2

Skema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni

(l-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 118

Parteċipazzjoni fl-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni

1.   Biex jikkwalifikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni, il-bdiewa għandhom jindikaw fl-applikazzjoni għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni.

2.   Bhejjem li jitqiesu li jkunu rċevew il-primjum speċjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88 ma jikkwalifikawx għall-pagament għall-estensifikazzjoni.

Artikolu 118a

Iddeterminar tad-densità ta’ stokkjar permezz ta’ ċensiment

1.   Sabiex jiġi vverifikat li l-għadd totali ta’ bhejjem ikkalkulat skond l-Artikolu 132(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jissodisfa r-rekwiżiti tad-densità ta’ stokkjar stabbiliti fl-Artikolu 132(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ta’ kull sena mill-inqas ħames dati għal ċensimenti tal-bhejjem u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Minbarra f’dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dati taċ-ċensimenti jistgħu jkunu kwalunkwe jum tas-sena, id-dati taċ-ċensimenti għandhom jitqassmu addoċċ b’tali mod li jkunu rappreżentattivi tas-sena intiera, billi jitbiddlu ta’ kull sena, u kull waħda mid-dati taċ-ċensimenti għandha tiġi ddeterminata a posteriori u nnotifikata lill-bidwi mhux qabel ġimagħtejn minn meta tiġi ddeterminata.

2.   Fid-dati taċ-ċensimenti l-bhejjem għandhom jingħaddu skond wieħed mill-metodi li ġejjin, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru:

(a)

l-Istati Membri jistgħu jitolbu lil kull wieħed mill-bdiewa jiddikjara, fuq bażi tar-reġistru tar-razzett tiegħu, qabel data li trid tkun iddeterminata mill-Istat Membru, l-għadd ta’ LUs jew l-għadd ta’ bhejjem ta’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ bhejjem ta’ l-ifrat imsemmija fit-tabella ta’ konverżjoni stabbilita fl-Artikolu 131(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

L-Istati Membri jistgħu jużaw id-databases kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 biex jiddeterminaw l-għadd ta’ LUs bil-kundizzjoni li dawk id-databases ikunu joffru, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru kkonċernat, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tat-tagħrif li jkun fihom għall-iskop ta’ l-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni.

3.   L-għadd ta’ LUs użat biex jiġi ddeterminat jekk il-bidwi jkunx qed jikkonforma mar-rekwiżiti tad-densità ta’ stokkjar stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun il-medja aritmetika tan-numri tal-LUs li jkunu ingħaddew fid-dati taċ-ċensimenti flimkien ma’ l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi man-nagħaġ u l-mogħoż li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-primjums għall-istess sena kalendarja.

Madankollu, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dati taċ-ċensimenti jistgħu jkunu kwalunkwe jum tas-sena, huma jistgħu jagħmlu provvediment li n-numri msemmija fil-paragrafi 2(a) u (b) għandhom jiġi kkalkulati pro rata temporis għall-perjodu li fih il-bhejjem ikunu qegħdin fl-azjenda.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta’ bdiewa li, b’mod anormali permezz ta’ rati ta’ stokkjar baxxi tul parti mis-sena, b’mod artifiċjali joħolqu l-kundizzjonijiet rekwiżiti mill-Artikolu 132 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 118b

Iddeterminar issemplifikat tad-densità ta’ stokkjar

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 118a, l-Istati Membri jistgħu joffru lill-bdiewa l-alternattiva li jagħżlu skema ssemplifikata biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar.

F’dak il-każ, il-bidwi għandu jinkludi f’applikazzjoni għall-għajnuna:

(a)

dikjarazzjoni li kuljum kien konformi mad-densità ta’ stokkjar massima stabbilita fl-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sad-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna;

(b)

garanzija li jikkonforma kuljum ma’ dik id-densità ta’ stokkjar bejn id-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna u l-31 ta’ Diċembru ta’ wara.

Fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun għażel li japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bidwi għandu jispeċifika fl-applikazzjoni tiegħu liema waħda miż-żewġ densitajiet ta’ stokkjar massimi jkun qed josserva. Il-bidwi jista’ jbiddel dik l-għażla qabel id-dikjarazzjoni ta’ verifika fuq il-post ta’ l-għadd ta’ bhejjem li jkollu.

Il-bidwi jista’ jinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-kanċellatura tal-garanzija msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu qabel id-dikjarazzjoni ta’ verifika fuq il-post ta’ l-għadd ta’ bhejjem tiegħu. F’dak il-każ huwa ma jikkwalifikax għall-pagament għall-estensifikazzjoni.

Id-dikjarazzjoni u l-garanzija li hemm provvediment għalihom fit-tieni subparagrafu għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kontrolli u pieni li hemm provvediment għalihom fis-sistema integrata.

2.   Fejn l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw, jew li jieqfu milli japplikaw, l-alternattiva stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

Artikolu 118c

Bdiewa f’żoni fil-muntanji

1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jutilizzaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u, fl-istess waqt, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tagħrif rilevanti li jkun jippermetti li jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunux qed jiġu sodisfatti.

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “bidwi f’żona fil-muntanji” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bidwi li r-razzett tiegħu jkun jinsab f’żona fil-muntanji;

(b)

bidwi li l-erja tiegħu għall-mergħa tkun tinsab mill-inqas 50 % f’żona fil-muntanji.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-deċiżjonijiet li jkunu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu japplikaw.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 118, paragrafu 1, il-bdiewa li jkunu jixtiequ li jikkwalifikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistqarru fl-applikazzjoni għall-għajnuna illi huma jkunu qed japplikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni. Il-bdiewa għandhom imantnu, għal mill-inqas sitt xhur konsekuttivi li jibdew fid-data li fiha l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 118 tiġi sottomessa, għadd ta’ baqar tal-ħalib mill-inqas daqs l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għall-pagament għall-estensifikazzjoni. Dak il-perjodu taż-żamma ta’ sitt xhur għandu jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur sħaħ matul is-sena kalendarja, li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal perjodi separati għas-sottomissjoni fi żmien dak il-perjodu kollu.

Artikolu 118d

Għadd massimu ta’ baqar tal-ħalib eliġibbli għall-pagament

L-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom jingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni lil bidwi ma jistax jaqbeż xi waħda miż-żewġ ċifri li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li tibda fis-sena kalendarja kkonċernata; dak l-għadd ta’ baqar għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-produzzjoni medja tal-ħalib iddefinita fl-Anness XVI;

(b)

l-għadd totali ta’ baqar fl-azjenda, iddeterminat skond l-Artikolu 118a, bl-għadd imnaqqas ta’ baqar li jreddgħu li jkun jikkorrispondi mal-limitu individwali.

Artikolu 119

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull emenda fid-definizzjoni ta’ “żona għall-għalf” użata għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 132(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

2.   Għall-iskop ta’ l-ikkalkular tad-densità ta’ stokkjar konformi ma’ din is-Subtaqsima, għandhom jiġu kkunsidrati biss l-ewwel żewġ pożizzjonijiet deċimali.

3.   Fl-eventwalità li l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jiddeċiedu li ebda bhima ma tkun tista’ tħalli l-unità tal-produzzjoni għajr għall-iskop tal-qatla, l-għadd ta’ unitajiet fl-istokk ta’ bhejjem li jkunu ġew irreġistrati fl-azjenda għandu jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent 0,8 għall-iskop ta’ min ikun qed japplika din is-Subtaqsima.

Dik il-miżura għandha tkun ristretta għall-perjodu, biż-żieda ta’ 20 jum, li fih id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun tapplika, bil-kundizzjoni li l-bidwi jkun informa lill-awtorità kompetenti, bil-miktub fi żmien 10 ijiem mid-deċiżjoni, bil-preżenza tal-bhejjem ikkonċernati u jkun ħa kull miżura meħtieġa biex jimpedixxi u/jew irażżan l-okkorrenza ta’ l-epiżutija.

TAQSIMA 5

Primjum tal-qatla

(l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 120

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li sabiex jikkwalifika għall-primjum tal-qatla għal sena kalendarja partikolari kull bidwi għandu, qabel jew fl-istess waqt li jkun qed jagħmel l-ewwel applikazzjoni għas-sena kalendarja, jissottometti stqarrija ta’ parteċipazzjoni.

Madankollu, fejn il-bidwi ma jagħmel ebda bdil fl-istqarrija ta’ parteċipazzjoni, l-Istat Membru jista’ jaċċetta li l-istqarrija preċedenti tkun għadha valida.

Artikolu 121

Applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-pagament tal-primjum tal-qatla, b’mod partikolari d-data tat-twelid tal-bhima fil-każ ta’ bhejjem imwielda wara l-1 ta’ Jannar 1998.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu li jrid jiġi ddeterminat mill-Istat Membru li ma jistax jeċċedi s-sitt xhur mill-qatla tal-bhima u, fejn il-bhima tiġi esportata, mid-data li tħalli t-territorju doganali Komunitarju, u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara minbarra f’każijiet eċċezzjonali li l-Istat Membru kkonċernat irid jiddeċiedi fejn il-bhejjem jiġu kkunsinjati jew esportati. Mingħajr preġudizzju għal dak il-limitu ta’ żmien, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perjodi u dati għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u jistgħu jiddeterminaw l-għadd ta’ applikazzjonijiet li kull wieħed mill-bdiewa jista’ jissottometi għal kull sena kalendarja.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi permezz ta’ persuna oħra minflok il-bidwi. F’dawn il-każijiet l-applikazzjoni għandha turi l-isem u l-indirizz tal-bidwi li suppost jikkwalifika għall-primjum tal-qatla.

Barra r-rekwiżiti li ġew introdotti bħala parti mis-sistema integrata, kull waħda mill-applikazzjonijiet għandha tkun:

(a)

f’każijiet fejn l-għotja ssir meta tasal il-qatla, b’ċertifikat mill-biċċerija jew kull dokument li l-biċċerija toħroġ jew tapprova li jkun fih mill-inqas l-istess informazzjoni, li tkun turi:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

id-data tal-qatla u n-numri ta’ l-identità u tal-qatla tal-bhima,

(iii)

fil-każ ta’ għoġġiela, il-piż tal-karkassa, ħlief fejn japplika l-Artikolu 122(4);

(b)

f’każijiet fejn il-bhima tiġi esportata lejn pajjiż terz:

(i)

l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

in-numru ta’ l-identità tal-bhima,

(iii)

id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni fejn tiġi ddikjarata l-età tal-bhima għall-bhejjem imwielda wara l-1 ta’ Jannar 1998 u, fil-każ ta’ għoġġiela, ħlief fejn japplika l-Artikolu 122(4), il-piż ta’ qabel il-qatla, li ma jistax jaqbeż it-300 kilogramm,

(iv)

prova li l-bhima tkun ħalliet it-territorju doganali Komunitarju, murija bl-istess manjiera kif isir għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tar-raba’ subparagrafu għandha titwassal permezz ta’ korp jew korpi approvati mill-Istat Membru, li jistgħu jagħmlu użu mill-informatika.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli regolari, u mingħajr avviż tal-korrettezza taċ-ċertifikati jew id-dokumenti maħruġa u, jekk ikun il-każ, ta’ l-informazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li informazzjoni dwar il-qatla tal-bhejjem, imdaħħla fid-databases kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, imwassla lill-awtorità kompetenti mill-biċċeriji għandha titqies l-istess daqs l-applikazzjonijiet għall-primjums tal-qatla fl-interess tal-bdiewa, bil-kundizzjoni li dawk id-databases jkunu joffru, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tat-tagħrif li jkun fihom għall-iskopijiet ta’ l-iskema ta’ primjums tal-qatla u, fejn ikun applikabbli, il-pagament ta’ primjum speċjali dwar il-qatla u/jew il-pagamenti addizzjonali jekk dawn jitħallsu dwar il-qatla, u/jew il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li għandhom jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet. F’dan il-każ huma jistgħu jiddeċiedu dwar it-tip ta’ informazzjoni li għandha takkumpanja l-applikazzjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull bidla sussegwenti qabel din tiġi implimentata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif li jgħaddi għad-dispożizzjoni ta’ l-aġenzija tal-pagamenti jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħallas il-primjum tal-qatla, b’mod partikolari:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet ta’ bhejjem kif imsemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 maqtula matul is-sena kkonċernata;

(b)

informazzjoni għal dik li hija konformità mal-limiti ta’ l-età u l-piż tal-karkassi tal-bhejjem imsemmija f’dak l-Artikolu u mal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa biex tħallas il-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla u/jew il-pagamenti addizzjonali jekk dawn jitħallsu dwar il-qatla, u/jew il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

3.   Fejn bhejjem li kienu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju wara l-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123, ukoll jekk l-Istat Membru fejn tkun saret il-qatla jkun għażel li japplika d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-biċċerija għandha toħroġ id-dokument imsemmi fil-punt (a) tar-raba’ subparagrafu ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, fejn ikollhom sistemi ta’ trasferiment ta’ tagħrif li jkunu kompatibbli, żewġ Stati Membri jistgħu jiftiehmu li japplikaw is-sistema li tissemma’ fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw kontrolli effettivi fuq l-awtentiċità tad-dokumenti sottomessi u/jew il-korrettezza tat-tagħrif skambjat. Għal dak il-għan l-Istat Membru ta’ fejn isir il-pagament għandu jibgħat regolarment lill-Istat Membru ta’ fejn issir il-qatla riassunt, issortjat skond il-biċċeriji, taċ-ċertifikati tal-qatla (jew informazzjoni minflokhom) li dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar ikun irċieva.

Artikolu 122

Piż u preżentazzjoni ta’ karkassi

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-karkassi tal-vitella għandhom jiġu ppreżentati wara li jitqaxxru, jitneħħielhom il-ġewwieni u jinħarġilhom demmhom, mingħajr ir-ras jew is-saqajn imma bil-fwied, il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi.

2.   Il-piż li jrid jiġi kkunsidrat għandu jkun il-piż tal-karkassa wara l-iffriżar tagħha, jew il-piż tal-karkassa qabel tiksaħ stabbilit kemm jista’ jkun malajr wara l-qatla, imnaqqas bi 2 %.

3.   Fejn il-karkassi jiġu ppreżentati mingħajr il-fwied, il-kliewi u/jew ix-xaħam tal-kliewi, il-piż tagħhom għandu jiżdied:

(a)

bi 3,5 kilogrammi għall-fwied;

(b)

b’0,5 kilogrammi għall-kliewi;

(c)

bi 3,5 kilogrammi għax-xaħam tal-kliewi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li fejn għoġol ikun iżgħar minn sitt xhur meta jasal għall-qatla jew l-esportazzjoni, ir-rekwiżit tal-piż imsemmi fl-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jitqies li jkun ġie sodisfatt.

Fejn il-piż tal-karkassa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit il-biċċerija, ir-rekwiżit tal-piż imsemmi fl-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jitqies li jkun ġie sodisfatt jekk il-piż ta’ qabel il-qatla ma jaqbiżx it-300 kilogramm.

Artikolu 123

Benefiċjarju tal-primjum

1.   Il-primjum tal-qatla għandu jitħallas lill-bidwi li jkun mantna l-bhima għall-perjodu minimu taż-żamma ta’ xahrejn li jkun ġie fi tmiemu f’inqas minn xahar qabel il-qatla jew li jkun ġie fi tmiemu f’inqas minn xahrejn qabel l-esportazzjoni.

2.   Fil-każ ta’ għoġġiela maqtula qabel l-età ta’ tliet xhur, il-perjodu taż-żamma għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 124

Limiti nazzjonali

1.   Il-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 130(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinsabu fl-Anness XVII għal dan ir-Regolament.

2.   Fejn mill-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 130(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 joħroġ għadd ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont tal-primjum tal-qatla għal unità waħda. Għal dan l-iskop għandha tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

TAQSIMA 6

Pagamenti addizzjonali

(l-Artikoli 133 sa 136 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 125

Arranġamenti nazzjonali

L-informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 137 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tinkludi dan li ġej:

(1)

Għal pagamenti skond l-għadd ta’ bhejjem, fejn ikun applikabbli:

(a)

l-ammonti indikattivi għal kull ras għal kull waħda mill-kategoriji ta’ bhejjem, u l-arranġamenti ta’ l-għotjiet;

(b)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali għal kull waħda mill-kategoriji ta’ bhejjem, li tkun tispeċifika jekk dawk il-pagamenti jkunux ser isiru f’forma ta’ suppliment għall-primjum tal-qatla, u ta’ l-għadd ta’ bhejjem kkonċernati;

(c)

ir-rekwiżiti tad-densità speċifika ta’ stokkjar, ħlief fil-każ ta’ pagamenti f’forma ta’ suppliment għall-primjum tal-qatla;

(d)

il-limitu fuq l-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat għal kull azjenda, fejn ikun applikabbli;

(e)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni.

Il-kategoriji ta’ bhejjem imsemmija fil-punti (a) u (b) huma barrin, barrin imsewwija, baqar li jreddgħu, baqar tal-ħalib, baqar żgħar li jkunu jikkwalifikaw għall-primjum għal baqar li jreddgħu, u baqar żgħar oħrajn, jew kull sottogrupp ta’ bhejjem li jiġi ddeterminat mill-Istat Membru u inkluż f’dawk il-kategoriji;

(2)

Għal pagamenti skond l-erja, fejn ikun meħtieġ:

(a)

il-kalkolu ta’ l-erjas bażi reġjonali;

(b)

l-ammonti indikattivi għal kull ettaru;

(c)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u ta’ l-għadd ta’ ettari kkonċernati;

(d)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni.

TAQSIMA 7

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 126

Pagament ta’ ħlasijiet bil-quddiem

1.   Skond l-Artikolu 28(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fuq bażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tħallas lill-bidwi, għall-għadd ta’ bhejjem meqjusa li jkunu eliġibbli, u ħlas bil-quddiem daqs 60 % tal-primjum speċjali, il-primjum għal baqar li jreddgħu u l-primjum tal-qatla.

Fil-każ tal-primjum speċjali, l-iskema speċjali għal baqar żgħar imsemmija fl-Artikolu 114 u l-primjum tal-qatla, il-persentaġġ ta’ ħlas bil-quddiem jista’ jitnaqqas mill-Istati Membri imma ma jistax ikun inqas minn 40 %.

Barra dan, fuq bażi tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li lill-bdiewa jgħaddulhom ħlas bil-quddiem ta’ massimu ta’ 60 % fuq l-ammont tal-pagamenti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-ħlas bil-quddiem jista’ ma jitħallasx qabel is-16 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-primjum jew ikun ingħata l-pagament addizzjonali.

2.   Il-pagament definittiv tal-primjum jew il-ħlas addizzjonali għandu jkun ammont daqs id-differenza ta’ bejn il-pagament tal-ħlas bil-quddiem u l-ammont tal-primjum jew il-ħlas addizzjonali li l-bidwi jkun intitolat għalih.

Artikolu 127

Sena ta’ l-allokazzjoni

1.   Id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għandha tikkostitwixxi l-okkorrenza operattiva għall-iddeterminar tas-sena li jiġu allokati fiha l-bhejjem koperti bil-primjum speċjali, primjum għal baqar li jreddgħu, primjum għad-destaġonalizzazzjoni u skemi ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni u l-għadd ta’ LUs li jrid jintuża biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar.

Madankollu, jekk il-primjum speċjali jkun qed jingħata skond l-Artikolu 93, l-ammont tal-primjum applikabbli għandu jkun dak fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun saret il-qatla jew l-esportazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-bhima tkun inqatlet jew ġiet esportata mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru;

(b)

fejn l-applikazzjoni għall-primjum għal dik il-bhima tkun ġiet sottomessa wara dik id-data.

2.   Għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum tal-qatla, għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tar-rata ta’ l-għajnuna u l-ikkalkular tat-tnaqqis proporzjonali skond l-Artikolu 124, is-sena ta’ l-allokazzjoni għandha tkun is-sena tal-qatla jew l-esportazzjoni.

Artikolu 128

Kambju fil-munita nazzjonali

Il-kambju fil-munita nazzjonali ta’ l-ammonti ta’ primjums, il-pagament għall-estensifikazzjoni u l-pagamenti addizzjonali għandu jsir skond il-medja, ikkalkulata pro rata temporis, tar-rati tal-kambju applikabbli għax-xahar ta’ Diċembru ta’ qabel is-sena ta’ l-allokazzjoni ddeterminata skond l-Artikolu 127. Ir-rata medja tal-kambju għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ wara.

Artikolu 129

Pieni għall-użu illegali jew iż-żamma ta’ ċerti sustanzi jew prodotti

Fl-eventwalità ta’ trasgressjonijiet ripetuti minħabba l-użu illegali jew iż-żamma ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati bir-regolamenti Komunitarji rilevanti fis-settur veterinarju, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, fid-dawl tas-serjetà tat-trasgressjoni, it-terminu taż-żmien ta’ l-esklużjoni mill-iskemi ta’ għajnuna konformi mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 140(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 130

Iddeterminar tal-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib

Sa tmiem il-ħdax-il perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 102(1)(a), 117(2)(a) u 118d(a) ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li fil-każ ta’ bdiewa bil-ħalib li jirrinunzjaw jew li jieħdu f’idejhom il-kwantitajiet individwali ta’ referenza kollha jew parti minnhom b’seħħ mill-31 ta’ Marzu jew l-1 ta’ April rispettivament skond l-Artikolu 5(j) u (k) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 jew konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 16, 17 u 18 ta’ dak ir-Regolament, dawn li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati fl-1 ta’ April:

(a)

il-kwantità ta’ referenza individwali massima tal-ħalib disponibbli biex jikkwalifika għall-primjum għal baqar li jreddgħu u l-għadd massimu ta’ baqar li jreddgħu;

(b)

l-għoti ta’ pagamenti addizzjonali għal kull ras għal baqar tal-ħalib;

(c)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib għall-iskop ta’ l-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni ta’ baqar tal-ħalib imrawma f’azjendi li jkunu jinsabu f’żoni fil-muntanji;

(d)

id-densità ta’ stokkjar.

Artikolu 130a

Iddeterminar ta’ perjodi taż-żamma

L-aħħar jum tal-perjodi taż-żamma msemmija fl-Artikoli 90, 94(1), 101, 118c(2) u 123 għandu jkun l-aħħar jum, ikunx jum tax-xogħol jew le, ta’ qabel il-jum li fih ikun hemm l-istess għadd fil-jum tal-bidu tal-perjodu.

Artikolu 131

Notifikazzjoni

1.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk l-għajnuna tkunx ingħatat dwar il-qatla jew dwar l-esportazzjoni, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

2.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel:

(i)

bl-għadd ta’ baqar li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum għal baqar li jreddgħu, analizzati b’konformità ma’ l-iskemi msemmija fl-Artikolu 125(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati;

(b)

mhux aktar tard mill-31 Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ baqar u baqar żgħar li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum għal baqar li jreddgħu, analizzati b’konformità ma’ l-iskemi msemmija fl-Artikolu 125(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati fil-każ ta’ kull waħda mill-iskemi;

(ii)

fejn ikun applikabbli, bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limitu speċifiku nazzjonali għal baqar żgħar.

(iii)

fejn ikun applikabbli, bl-għotja ta’ kull primjum nazzjonali barra l-primjum għal baqar li jreddgħu, fejn għandhom jindikaw:

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-primjum,

l-ammont li jkun ingħata għal kull bhima;

(iv)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk l-għajnuna tkunx ingħatat dwar il-qatla jew dwar l-esportazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(v)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

3.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati.

(b)

mhux aktar tard mill-31 Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

4.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum speċjali, analizzati skond il-kategorija ta’ età u t-tip ta’ bhima (barri jew għoġol);

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum speċjali, analizzati skond il-kategorija ta’ età u t-tip ta’ bhima (barri jew għoġol), u bl-għadd tal-bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem analizzati skond il-kategorija ta’ età li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum speċjali b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limitu reġjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti bl-ammonti tal-primjums li fil-fatt ikunu tħallsu, b’konformità ma’ l-għażla li tkun saret għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni parzjali ta’ l-iskema ta’ pagament wieħed, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis stabbilita fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 139 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

6.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

fejn ikun applikabbli, ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, analizzati skond jekk ikunux ibbenefikaw mill-ewwel jew mit-tieni porzjon tal-primjum speċjali, u bl-għadd ta’ bdiewa li jikkorrispondi ma’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ età;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat, analizzati skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati, murija separatament skond dawn il-limiti;

(ii)

bl-għadd ta’ baqar u baqar żgħar, analizzati skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa, murija separatament skond dawn il-limiti;

(iii)

bl-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni;

(iv)

bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum mhux affettwat mid-densità ta’ stokkjar, u bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji speċifikati f’dan l-Artikolu permezz tat-tabelli li hemm fl-Annessi XVIII u XIX.

TAQSIMA 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 132

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ir-rekwiżit li jiġu identifikati u rreġistrati l-bhejjem stabbiliti fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika, għall-bhejjem imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1998, skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE (39), ħlief fil-każ ta’ bhejjem li jkunu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju.

Artikolu 133

Dispożizzjonijiet applikabbli fil-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli l-oħra ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikoli 96, 97, 98, 117, 118 sa 118e u 125 għandhom japplikaw fis-snin kalendarji 2005 u 2006 sakemm l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

KAPITOLU 14

SKEMA TA’ PAGAMENT WIEĦED SKOND L-ERJA

(l-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 134

Daqs minimu ta’ erja eliġibbli għal kull azjenda

Id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti f’livell ogħla minn 0,3 ettaru, kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jinsab fl-Anness XX.

Artikolu 135

Erjas agrikoli

L-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja, kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 143b(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jinsabu fl-Anness XXI.

Artikolu 136

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b (6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja minbarra l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(2)(b) u (c), l-Artikolu 12(1)(c) u (2), l-Artikolu 13(2) sa (8), l-Artikolu 14 (2) u (3), l-Artikoli 16 u 17, l-Artikolu 21(3), l-Artikolu 24(1)(b), (d) u (e), l-Artikolu 26(1)(a), (b) u (c) u (2)(b), (c) u (d), l-Artikolu 27(2)(g), (h), (i) u (j), l-Artikolu 28(1)(d), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31, l-Artikoli 34 sa 40, l-Artikolu 49(2) u (3), l-Artikolu 50(2), (4), (5) u (6), l-Artikoli 51 sa 64, l-Artikolu 69 u l-Artikolu 71(1) tiegħu.

Artikolu 137

Applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja

1.   L-applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni waħda skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja għandha tindika l-erjas eliġibbli skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 138

Tnaqqis u esklużjonijiet b’referenza għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

1.   Minbarra f’każijiet ta’ xi forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif iddefiniti mill-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, fejn, b’riżultat ta’ kontroll amministrattiv jew fuq il-post, jinstab li d-differenza stabbilita bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata, skond it-tifsira tal-punt (22) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, tkun aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 30 % ta’ l-erja ddeterminata, l-ammont li jrid jingħata taħt l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja għandu jitnaqqas, għas-sena kkonċernata, bid-differenza li tinstab għal darbtejn.

Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 30 % ta’ l-erja ddeterminata, ma tingħata ebda għajnuna għas-sena kkonċernata.

Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 50 %, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont li jkun jikkorrispondi għad-differenza ta’ bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata. Dak l-ammont għandu jinqata’ kontra pagamenti għall-għajnuna li jkun intitolat għalihom il-bidwi fil-kuntest ta’ l-applikazzjonijiet li jiddepożita fil-perkors tat-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja ta’ din il-konstatazzjoni.

2.   Fejn id-differenzi bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata jirriżultaw minn irregolaritajiet kommessi b’mod intenzjonat, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat m’għandhiex tingħata għas-sena kalendarja kkonċernata.

Barra minn hekk, fejn dik id-differenza tkun aktar minn 20 % ta’ l-erja ddeterminata, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont li jkun jikkorrispondi għad-differenza ta’ bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata. Dak l-ammont għandu jinqata’ kontra pagamenti għall-għajnuna li jkun intitolat għalihom il-bidwi fil-kuntest ta’ l-applikazzjonijiet li jiddepożita tul it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja ta’ din il-konstatazzjoni.

3.   Għall-iskop li tiġi stabbilita l-erja ddeterminata skond it-tifsira tal-punt (22) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, għandhom japplikaw l-Artikolu 143b(5) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 137 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 15

PAGAMENTI NAZZJONALI DIRETTI KOMPLEMENTARI

(l-Artikolu 143c tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 139

Koeffiċjent tat-tnaqqis

Fejn f’xi settur partikolari l-pagamenti diretti komplementari nazzjonali jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 143c(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-rata ta’ pagamenti diretti komplementari nazzjonali tas-settur ikkonċernat għandha titnaqqas proporzjonalment bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent tat-tnaqqis.

Artikolu 140

Kontrolli u sanzjonijiet

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għal pagament dirett komplementari nazzjonali kkofinanzjat skond l-Artikolu 33h tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

2.   F’każ li ma jkunx hemm kofinanzjament, l-Istati l-Membri l-ġodda kkonċernati għandhom japplikaw miżuri ta’ kontroll xierqa sabiex ikun żgurat illi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagamenti diretti komplementari nazzjonali, iddefiniti bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 143c(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jiġu osservati.

Artikolu 141

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport li jkun jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti komplementari nazzjonali qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:

(a)

kull bdil fis-sitwazzjoni li tkun taffettwa l-pagamenti diretti komplementari nazzjonali;

(b)

għal kull wieħed mill-pagamenti diretti komplementari nazzjonali, l-għadd ta’ benefiċjarji, u ettari jew unitajiet ta’ pagamenti mħallsa;

(c)

rapport dwar kontrolli u sanzjonijiet applikati skond l-Artikolu 140.

Artikolu 142

Għajnuna ta’ l-Istat

Pagamenti diretti komplementari nazzjonali li ma jitħallsux b’konformità ma’ l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 143c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali ta’ l-Istat skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (40).

KAPITOLU 16

UŻU TA’ ART IMWARRBA GĦALL-PRODUZZJONI TA’ MATERJA PRIMA

SEZZJONI 1

Skop u definizzjonijiet

Artikolu 143

Skop

1.   L-art imwarrba fil-kwadru tas-sistemi għas-sostenn dirett maħsuba mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ tintuża, b’konformità mal-Artikolu 55 b) u mal-Artikolu 107 paragrafu 3, l-ewwel sing, ta’ dan ir-Regolament, għall-produzzjoni ta’ materji primi li jservu għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali fil-kundizzjonijiet maħsuba minn dan il-kapitolu.

2.   Ma għandux isir ħlas għall-art imwarrba li fuqha jiġu kkoltivati pitravi, artiċokks jew indivja. Madankollu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu huma applikabbli għal dawk il-koltivazzjonijiet fuq l-art imwarrba, bl-istess kundizzjonijiet daqs kieku sar il-ħlas.

Il-koltivazzjonijiet ta’ dawn il-materji primi fuq l-art imwarrba huma permessi b’kundizzjoni li:

(a)

il-pitravi ma jservux għall-produzzjoni taz-zokkor, definit fir-Regolament (KE) Nru 314/2002 (41), la bħala prodott intermedjarju, la bħala koprodott, anqas bħala prodott sekondarju;

(b)

l-għeruq tal-indivja u l-artiċokks ma għandhomx jiġu sottomessi għall-proċessi tal-idrolisi definita fir-Regolament (KEE) Nru 314/2002, sew fl-istat naturali, sew bħala prodott intermedjarju, bħall-glutina, sew bħala koprodott, bħall-oligofructose, jew bħala prodott sekondarju potenzjali.

Artikolu 144

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, wieħed ifisser permezz ta’:

a)

“attur”, il-bidwi li juġa l-art imwarrba b’konformità mal-Artikolu 55 b) u ma’ l’Artikolu 107 paragrafu 3, l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

b)

“kollettur”, kull persuna, firmatarja tal-kuntratt maħsub fl-Artikolu 147, li tixtri għan-nom tagħha materji primi msemmija fl-Artikolu 145 maħsuba għall-finijiet previsti fl-Anness XXIII;

c)

“l-ewwel proċessur”, l-utent tal-materji primi agrikoli li jirriżultaw mill-ewwel proċess bil-ħsieb li jinkiseb prodott wieħed jew bosta prodotti msemmija fl-Anness XXIII ta’ dan ir-Regolament.

SEZZJONI 2

Kuntratt

Artikolu 145

Użu tal-materja prima

1.   Kull materja prima agrikola tista’ tkun ikkoltivata fuq l-erja mwarrba b’konformità mal-Artikolu 53 punt b) u mal-Artikolu 107 paragrafu 3 l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-valur ekonomiku tal-prodotti użati għal skopijiet mhux alimentari msemmija fl-Anness XXIII ta’ dan ir-regolament li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-materji primi għandu jkun ogħla minn dak tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal użi oħra u li jirriżultaw mill-istess ipproċessar, b’konformità mal-metodu tal-evalwazzjoni previst mill-Artikolu 163, paragrafu 3 ta’ dan ir-Rregolament.

2.   Il-materji primi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal kuntratt b’konformità mal-Artikolu 147 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148.

3.   L-applikant iwassal il-kunsinna tal-materja prima kollha kemm lill-kollettur kif ukoll lill-ewwel proċessur li jirċiviha u li jiggarantixxi l-użu fil-Komunità ta’ kwantità ekwivalenti ta’ din il-materja prima fil-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew bosta prodotti lesti maħsuba għal skopijiet mhux alimentari msemmija fl-Anness XXIII.

Jekk l-ewwel proċessur juża l-materja prima effettivament miġbura għall-iskop tal-produzzjoni ta’ prodott intermedjarju jew ta’ prodott sekondarju, jista’ juża kwantità ekwivalenti ta’ dan il-prodott intermedjarju jew ta’ dan il-prodott sekondarju għall-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew bosta prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu.

Fil-każ imsemmi fit-tieni paragrafu, jew jekk il-kollettur ibiegħ l-ekwivalenti tal-materja prima maħsuda, l-ewwel proċessur jew il-kollettur għandu jinforma l-awtorità kompetenti li magħha hi ddepożitata l-garanzija. Jekk din il-kwantità ekwivalenti hi użata fi Stat Membru minbarra dak li fih inħasdet il-materja prima, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiskambjaw informazzjoni dwar it-transazzjoni msemmija.

4.   Fil-kwadru tal-miżuri nazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali, l-ewwel proċessur jista’ jiddelega lil terza persuna l-ġbir tal-materja prima mill-bidwi li qed jitlob l-għajnuna. Il-proċessur jibqa’ l-uniku responsabbli fir-rigward tal-obbligazzjonijiet maħsuba minn dan il-kapitolu.

Artikolu 146

Deroga

1.   B’deroga għall-Artikolu 145, paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-applikant biex:

a)

juża ċ-ċereali kollha jew ix-xtieli kollha li jipproduċu ż-żejt li jaqgħu taħt il-kodici NC 1201 00 90, 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91 u 1206 00 99, maħsuda:

i)

bħala fjuwils biex isaħħan l-art agrikola tiegħu;

ii)

għall-produzzjoni, fuq l-art agrikolu tiegħu, ta’ enerġija jew ta’ bijokarburanti;

b)

jipproċessa, fuq l-art agrikola tiegħu, il-materja prima kollha maħsuda f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NC 2711 29 00.

2.   Fil-każi msemmija fil-paragrafu 1, min jagħmel it-talba:

a)

jintrabat, b’dikjarazzjoni li tieħu post il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, li juża jew jipproċessa direttament il-materja prima li hi soġġetta għad-dikjarazzjoni msemmija; l-Artikoli 147 sa 164 japplikaw mutatis mutandis.

b)

jara li l-materja prima maħsuda kollha tintiżen minn awtorità jew intrapriża awtorizzata mill-Istat Membru u jimplimenta kontabilità speċifika tal-materja prima użata u tal-prodotti u l-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-ipproċessar; madankollu, għaċ-ċereali u x-xtieli li jipproduċu ż-żejt, għat-tiben u anke f’każ li tintuża x-xitla kollha, l-użin jista’ jinbidel bid-determinazzjoni volumetrika tal-materja prima.

3.   L-Istat Membru li jagħmel użu mill-faċilità offruta fil-paragrafu 1 jimplimenta miżuri tal-kontroll adegwati li jiggarantixxu l-użu dirett ta’ materja prima fuq ir-raba jew l-ipproċessar f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NC 2711 29 00.

4.   Iċ-ċereali jew ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt użati b’konformità mal-paragrafu 1, punt a), huma soġġetti għal tibdil li l-metodu tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu madankollu jawtorizzaw it-tibdil taż-żejt prodott bl-ipproċessar taż-żrieragħ li jipproduċu ż-żejt imsemmi fil-paragrafu 1, punt a) ii), flok it-tibdil taż-żrieragħ, b’kundizzjoni li t-tibdil isir eżatt wara l-ipproċessar f’żejt u li miżuri tal-kontroll relatati mal-użu taż-żrieragħ ikunu implimentati.

Artikolu 147

Kuntratt

1.   L-applikant għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, b’appoġġ għat-talba tiegħu għall-għajnuna, kuntratt konkluż bejnu u jew kollettur jew l-ewwel proċessur. Madankollu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-kuntratt jista’ jiġi konkluż biss bejn l-applikant u l-ewwel proċessur.

2.   L-applikant għandu jkun ċert li l-kuntratt jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-isem u l-indirizz tal-partijiet li qed jiffirmaw il-kuntratt;

b)

it-tul tal-kuntratt;

c)

l-ispeċi ta’ kull materja prima kkonċernata u l-erja okkupata minn kull speċi;

d)

kull kundizzjoni applikabbli għall-kunsinna, kif ukoll għax-xtieli li jipproduċu ż-żejt il-kwantità previdibbli, ikkunsidrata rappreżentattiva mill-awtorità kompetenti, tal-materja prima inkwistjoni;

e)

ir-rabta li jiġu rrispettati l-obbligazzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 145, paragrafu 3;

f)

l-użiijiet finali prinċipali maħsuba għall-materja prima, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, paragrafu 1, u fl-Artikolu 163, paragrafu 3.

3.   Min jagħmel it-talba għandu jara li l-kuntratt jiġi konkluż f’data li tippermetti lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur jiddepożita kopja tal-kuntratt mal-awtorità kompetenti li taħthom jaqa’ l-kollettur jew il-proċessur fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 157, paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu, għal raġunijiet ta’ kontroll, li kull applikant jista’ jikkonkludi kunntratt wieħed biss għall-provvista ta’ materja prima.

5.   Meta l-kuntratt jikkonċerna żrieragħ tal-lift, tal-kolza, tal-ġirasol jew fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90, l-applikant għandu jagħmel fiċ-ċert li l-kuntratt jispeċifika, barra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-kwantità totali previdibbli ta’ prodotti sekondarji u l-kwantità previdibbli ta’ prodotti sekondarji maħsuba għal skopijiet oħra barra l-konsum min-nies jew mill-annimali, imfissra fiż-żewġ każijiet skont l-ispeċi.

Il-kwantitajiet imsemmija għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi tar-rapporti li ġejjin:

a)

100 kilogramma ta’ żrieragħ tal-lift u/jew tal-kolza li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90 jew 1205 90 00 għandhom jiżu kkunsidrati ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodotti sekondarji;

b)

100 kilogramma ta’ żrieragħ tal-ġirasol li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1206 00 91 jew NC 1206 00 99 għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodotti sekondarji;

c)

100 kilogramma ta’ żrieragħ ta’ fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1201 00 90 għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal 78 kilogramma ta’ prodotti sekondarji.

Artikolu 148

Materji primi li ma għandhomx ikunu soġġetti għal kuntratt

B’deroga għall-Artikolu 147, il-materji primi elenkati fl-Anness XXII m’għandhomx neċessarjament ikunu soġġetti għal kuntratt.

Biex jirċievi l-ħlas, l-applikant li jixtieq juża art imwarrba biex fuqha jikkoltiva materji primi jintrabat b’dikjarazzjoni bil-miktub mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mill-mument li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-ħlas, li, f’każ tal-użu din l-art agrikola jew tal-bejgħ ta’ materji primi kkonċernati, dawn ikunu allokati għall-użi li għalihom hemm provvediment fl-Anness XXIII.

Artikolu 149

Ekwivalenza tal-prodotti sekondarji tax-xtieli li jipproduċu ż-żejt f’dqiq tas-sojja

1.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li fiha jiġi effettwat il-ħsad tal-materja, dwar il-kwantità totali prevista, speċi speċi, ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali li tirriżulta mill-kuntratti affettwati mill-Artikolu 147, jekk dawn il-kuntratti jikkonċernaw iż-żrieragħ tal-lift, iż-żrieragħ tal-kolza, iż-żrieragħ tal-ġirasol jew il-fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90, kif ukoll l-erja skont l-ispeċi ta’ dawn ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt.

2.   Il-Kummissjoni tikkalkola l-kwantità totali prevista ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali, espressa f’ekwivalenti-dqiq tas-sojja, mill-informazzjoni pprovduta b’konformità mal-paragrafu 1 billi jiġu applikati l-koeffiċjenti li ġejjin:

oilcakes tas-sojja: 48 %,

oilcakes tal-kolza: 32 %,

oilcakes tal-ġirasol: 28 %.

Jekk, fuq il-bażi tal-kalkolu effettwat b’konformità mal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tinduna li nqabeż l-ogħla limitu ta’ 1 miljun tunnellata ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali, hija tistabbilixxi, kemm jista’ jkun malajar u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha jsir il-ħsad tal-materja prima, il-persentaġġ ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull kuntratt, bil-ħsieb li tiġi kkalkolata l-kwantità massima ta’ prodotti sekondarji li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali.

SEZZJONI 3

Modifika jew revoka tal-kuntratt

Artikolu 150

Modifika jew revoka tal-kuntratt

Fil-każijiet fejn il-partijiet li qed jiffirmaw il-kuntratt jimmodifikaw jew jirrevokaw il-kuntratt wara li l-applikant ikun iddepożita t-talba għall-għajnuna, dan tal-aħħar ikun jista’ jiġi awtorizzat li jżomm l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna biss jekk jinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha dwar il-modifika jew ir-revoka bil-ħsieb li jippermetti l-kontrolli kollha meħtieġa, mhux aktar tard mid-data finali stabbilita għall-modifika tal-applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 151

ċirkostanzi eċċezzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 150, jekk l-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti li, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunx f’pożizzjoni li jipprovdi l-materja prima kollha jew parti minn dik indikata fil-kuntratt, l-awtorità kompetenti tista’, wara li tkun ġabet provi suffiċjenti taċ-ċirkostanzi msemmija, tawtorizza modifika tal-kuntratt sa fejn dan jidher ġustifikat, jew ir-revoka tiegħu.

F’każ li l-modifika tal-kuntratt tfisser tnaqqis tal-art li hi s-suġġett tal-kuntratt jew f’każ li l-kuntratt jiġi revokat, l-applikant, biex iżomm id-dritt tiegħu għall-ħlas, hu obbligat li:

a)

iwarrab l-art inkwistjoni, bil-mezzi awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

b)

ma jbigħx, iċedi jew juża l-materja prima kkoltivata fuq l-art imneħħija mill-kuntratt.

Artikolu 152

Modifiki tal-użi finali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 150, il-kollettur jew l-ewwel proċessur hu awtorizzat li jimmodifika l-użi finali prinċipali previsti tal-materji primi msemmija fl-Artikolu 147, paragrafu 2, punt f), wara li l-materji primi taħt kuntratt ikunu ġew ipprovduti lilu u li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 154, paragrafu 1, u fl-artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, ġew sodisfatti.

Il-modifika tal-użi finali għandha tiġi effettwata b’rispett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu, paragrafu 1, it-tieni linja, u fl-Artikolu 163, paragrafu 3.

Il-kollettur jew l-ewwel proċessur għandu jinforma qabel lill-Awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, biex jippermetti li jiġu eżerċitati l-kontrolli meħtieġa.

SEZZJONI 4

Ġabriet rappreżentattivi u kwantitajiet biex jiġu kkunsinjati

Artikolu 153

Produttività rappreżentattiva

L-Istati Membri jistabbilixxu kull sena u skont proċedura xierqa l-produttività rappreżentattiva li għandhom effettivament jinkisbu, u jinfurmaw b’dawn lill-applikanti kkonċernati.

Madankollu, il-materji primi elenkati fl-Anness XXII jistgħu jiġu eżentati mill-produttività rappreżentattiva.

Artikolu 154

Kwantitajiet li għandhom jiġu kkunsinjati

1.   L-applikant jiddikjara lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-kwantità totali tal-materja prima maħsuda, ta’ kull speċi, u jikkonferma l-kwantità kkunsinjata u l-persuna li lilha kkunsinna din il-materja prima.

2.   Il-kwantità li effettivament għandha tiġi kkunsinj ata mill-applikant lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur għandha tikkorrispondi mill-anqas mal-produttività rappreżentattiva.

Madankollu, f’każijiet puntwalment ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw, eċċezzjonalment, li din il-kwantità tkun anqas mill-produttività rappreżentattiv, sa 10 % ta’ din il-produttività.

Barra minn hekk, f’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat modifika jew revoka tal-kuntratt, b’konformità mal-Artikolu 151, l-awtorità kompetenti tista’ tnaqqas, sakemm dan jidher ġustifikat, il-kwantità li l-applikant hu obbligat li jipprovdi b’konformità mal-ewwel paragrafu.

SEZZJONI 5

Kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna

Artikolu 155

ħlas

1.   Il-ħlas tal-għajnuna lill-applikant jista’ jseħħ qabel l-ipproċessar tal-materja prima. Madankollu, il-ħlas għandu jiġi effettwat biss jekk il-kwantità tal-materja prima li għandha tiġi kkunsinjata fil-kwadru ta’ dan il-kapitolu ġiet ikkunsin jata lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur u jekk:

a)

id-dikjarazzjoni maħsuba fl-Artikolu 154, paragrafu 1, ġiet effettwata;

b)

kopja tal-kuntratt ġiet depożitata għand l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur b’konformità mal-Artikolu 158, paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 145, paragrafu 1 ġew sodisfatti;

c)

l-awtorità kompetenti tkun irċeviet il-prova tal-ħlas kollu tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 158, paragrafu 2;

d)

l-awtorità kompetenti nkarigata bil-ħlas tkun ivverifikat għal kull applikazzjoni li ġew irrispettati l-kundizzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 147.

2.   F’każ ta’ koltivazzjoni biennali fejn il-ħsad u, b’konsegwenza, il-kunsinna tal-materja prima jsiru biss waqt it-tieni sena tal-koltivazzjoni, il-ħlas għandu jiġi effettwat waqt is-sentejn wara l-konklużjoni tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, b’kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiddikjaraw li:

a)

l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punti b), c) u d) għandhom jiġu rrispettati mill-ewwel sena tal-koltivazzjoni;

b)

l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punt a) kif ukoll il-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, għandhom jiġu rrispettati fit-tieni sena.

Għall-ewwel sena tal-koltivazzjoni, il-ħlas għandu jiġi effettwat biss jekk l-awtorità kompetenti rċeviet il-prova tad-depożitu tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 158, paragrafu 2. Għat-tieni sena tal-koltivazzjoni, id-depożitu tal-garanzija mhux meħtieġ biex jiġi effettwat il-ħlas.

3.   F’każ ta’ koltivazzjoni permanenti jew perenni, il-ħlas tal-għajnuna għandu jiġi effettwat kull sena mill-konklużjoni tal-kuntratt. Il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis.

SEZZJONI 6

Obbligazzjonijiet tal-k ollettur u tal-applikant

Artikolu 156

Numru ta’ proċessuri

Il-prodotti mhux alimentari għandhom jinkisbu, l-aktar, minn terz proċessur.

Artikolu 157

Obbligazzjonijiet

1.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur jiddepożita kopja tal-kuntratt mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, skont skeda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat, mhux aktar tard mid-data definittiva tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru kkonċernat, waqt is-sena inkwistjoni.

Jekk l-applikant u l-kollettur jew l-ewwel proċessur jimmodifikaw jew jirrevokaw il-kuntratt qaabel id-data msemmija fl-Artikolu 150 waqt sena speċifikata, il-kollettur jew l-ewwel proċessur iħalli kopja tal-kuntratt immodifikat jew revokat mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha mhux aktar tard minn dik id-data.

2.   L-ewwel proċessur jipprovdi lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina ta’ pproċessar inkwistjoni, l-aktar fejn jidħlu l-prezzijiet u l-koeffiċjenti tekniċi tal-ipproċessar li jservu biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ prodotti lesti li jistgħu jinkisbu msemmija fl-Artikolu 164, paragrafu 2, it-tieni linja.

3.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur wara li jkun irċieva l-materja prima kkunsinjata mill-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha dwar il-kwantità ta’ materja prima riċevuta, billi jispeċifika l-ispeċi kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-parti kuntrattwali li kkunsinnalu l-materja prima, il-post tal-kunsinna u r-referenza tal-kuntratt imsemmi, fi żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri f’mod li jippermetti li l-ħlas isir fiż-żmien imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

F’każ li l-Istat Membru tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur ikun differenti minn dak li fih ġiet ikkoltivata l-materja prima, l-awtorità kompetenti kkonċernata tinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-applikant, fi żmien erbgħin ġurnata tax-xogħol minn meta tkun irċeviet il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, dwar il-kwantità totali ta’ materja prima kkunsinjata.

SEZZJONI 7

Garanziji

Artikolu 158

Garanzija tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur

1.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur jiddepożita l-garanzija kollha msemmija fil-paragrafu 2 mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha mhux aktar tard mid-data limitu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas waqt is-sena inkwistjoni u fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-garanzija għandha tiġi kkalkolata, għal kull materja prima, fuq il-bażi tal-ammont ta’ 250 euro kull ettaru multiplikat bis-somma tal-art kollha kkoltivata li hi soġġetta għal kuntratt iffirmat mill-kollettur jew l-ewwel proċessur ikkonċernat u li għandha tiġi użata għall-produzzjoni tal-materja prima msemmija.

3.   F’każ li l-kuntratt ikun ġie mmodifikat jew revokat taħt il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 150 jew fl-Artikolu 151, il-garanzija ddepożitata għandha b’konsegwenza tiġi adattata.

4.   Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata, prorata, għal kull materja prima, sakemm l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur tkun kisbet il-provi li ġejjin:

a)

il-prova li l-kwantitajiet ta’ materji primi inkwistjoni ikunu ġew ipproċessati b’konformità mal-użi imsemmi fl-Artikolu 147, paragrafu 2, punt f), meta wieħed iqis, jekk meħtieġ, kull modifika effettwata rispett il-miżuri tal-Artikolu 152;

b)

meta l-kuntratt ikun dwar żrieragħ tal-lift, tal-kolza, tal-ġirasol jew fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC es 1205 00 90, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90 u l-proċedura prevista fl-Artikolu 149, paragrafu 2, it-tieni linja, tkun għall-applikazzjoni, il-prova li l-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji li jaqbżu l-kwantità massima li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali sabu żbokki oħra barra s-suq alimentari.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-pargrafu 4, meta l-garanzija tkun ġiet iddepożitata mill-kollettur, hi tiġi rilaxxata wara li l-materja prima inkwistjoni tkun ġiet ikkunsinjata lill-ewwel proċessur b’kundizzjoni li l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur għandu l-prova li l-ewwel proċessur iddepożita garanzija mal-awtorità kompetenti tiegħu.

Artikolu 159

Rekwiżiti prinċipali u subordinati

1.   L-obbligi li ġejjin jikkostitwixxu r-rekwiżiti prinżipali għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 tal-Kummissjoni:

a)

l-obbligu tal-ipproċessar bħala skop prinċipali kwantitajiet ta’ materja prima f’prodotti lesti msemmija fil-kuntratt. L-ipproċessar għandu jkun sar qabel il-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara s-sena tal-ħsad tal-materja;

b)

l-obbligu tas-sejba, qabel id-data msemmija fil-punt a), ta’ żbokki oħra minbarra s-suq alimentari għall-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji li jaqbżu l-kwantità massima li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali meta l-proċedura prevista mill-Artikolu 149, paragrafu 2, it-tieni linja, ta’ dan ir-regolament tkun applikata;

c)

l-obbligu li l-prodott ikun akkumpanjat minn formola tal-kontroll T5 b’konformità mal-Artikoli 160 u 161 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-obbligi li ġejjin, li huma d-dmir tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur, jikkostitwixxu rekwiżiti subordinati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85:

a)

l-obbligu tar-riċeviment tal-materji primi kollha kkunsinjati mill-applikant b’konformità mal-Artikolu 145, paragrafu 3, ta’ dan ir-Regolament;

b)

l-obbligu li tiġi ddepożitata kopja tal-kuntratt b’konformità mal-Artikolu 157, paragrafu 1, ta’ dan ir-regolament;

c)

l-obbligu li jiġu effettwati l-komunikazzjonijiet b’konformità mal-Artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, ta’ dan ir-Regolament;

d)

l-obbligu li tiġi ddepożitata l-garanzija b’konformità mal-Artikolu 158, paragrafu 1, ta’ dan ir-Regolament.

SEZZJONI 8

Dokumenti għall-bejgħ, il-waqfien jew il-kunsinna fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni

Artikolu 160

Formola tal-kontroll T5

1.   F’każ li proċessur ibiegħ jew iċedi lil proċessur stabbilit fi Stat Membru ieħor prodotti intermedjarji li huma soġġetti għal kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn formola tal-kontroll T5 ikkunsinjata b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

F’każ li proċessur ibiegħ jew iċedi lil proċessur stabbilit fi Stat Membru ieħor materji primi li huma soġġetti għal kuntratt, l-ewwel linja tapplika.

2.   Waħda mill-frażijiet li ġejjin għandha tinkiteb fil-kolonna “oħrajn” fil-kaxxa 104 tal-formola tal-kontroll T5:

Producto destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el articulo 147 del Reglamento (CE) no 1973/2004 de la Comisión;

Použito pro zpracování nebo dodávku v souladu s článkem 147 nařízení Rady (ES) 1973/2004

Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 147 i Kommissionens forordning (EF) nr. 1973/2004

Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 147 der Verordnung (EG) Nr. 1973/2004 der Kommission zu verwenden

Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 147 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1973/2004 της Επιτροπής

To be used for processing or delivery in accordance with Article 147 of Commission Regulation (EC) No 1973/2004

Kasutamiseks töötlemisel või tarnimisel vastavalt komisjoni määruse (EÜ) nr 1973/2004 artiklile 147

À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l'article 147 du règlement (CE) no 1973/2004 de la Commission

Da consegnare o trasformare conformemente all'articolo 147 del regolamento (CE) n. 1973/2004 della Commissione

Izmantot pārstrādei vai piegādei saskaņā ar Komisijas Regulas (EK) Nr. 1973/2004 147. panta nosacījumiem

Naudoti perdirbimui arba pristatymui pagal Komisijos reglamento (EB) Nr. 1973/2004 147 straipsnio nuostatas

A Bizottság 2004/1973/EK rendelete szerint feldolgozásra, vagy átadásra használandó

Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 147 van Verordening (EG) nr. 1973/2004 van de Commissie

Do wykorzystania w procesie przetwórstwa bądź do dostawy zgodnie z postanowieniami zawartymi w art. 147 rozporządzenia Komisji (WE) nr 1973/2004

A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 147 do Regulamento (CE) n.o 1973/2004 da Comissão

Na spracovanie alebo dodávku v súlade s článkom 147 nariadenia Komisie (ES) č. 1973/2004

Se uporablja za predelavo ali dostavo v skladu s členom 147 Uredbe Komisije (ES) št. 1973/2004

Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 1973/2004 147 artiklan mukaisesti

Används till bearbetning eller leverans i enlighet med artikel 147 i kommissionens förordning (EG) nr 1973/2004.

Artikolu 161

Formola tal-kontroll T5 għall-esportazzjoni

F’każ li prodott wieħed jew bosta prodotti lesti, prodotti intermedjarji, koprodotti jew prodotti sekondarji li huma s-suġġett ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147 ikunu maħsuba biex ikunu esportati lejn terzi pajjiżi, it-trasport tagħhom fuq it-territorju tal-Komunità għandha tkun koperta minn formola tal-kontroll T 5 stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ġew akkwistati dawn il-prodotti.

Waħda mill-frażijiet li ġejjin għandha tinkiteb fil-kolonna “oħrajn” fil-kaxxa 104 tal-formola tal-kontroll T5:

Este producto no podrá acogerse a ninguna de las medidas previstas en el apartado 2 del artículo 1 del Reglamento (CE) no 1258/1999 del Consejo

Pro tento produkt nemůže být poskytnuto financování podle čl. 1 odst. 2 nařízení (ES) č. 1258/1999 Rady

De finansieringsforanstaltninger, der er omhandlet i artikel 1, stk. 2, i Rådets forordning (EF) nr. 1258/1999, kan ikke anvendes på dette produkt

Dieses Erzeugnis kommt für keine Finanzierungen gemäß Artikel 1 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1258/1999 des Rates in Betracht

Το προϊόν αυτό δεν μπορεί να τύχει καμιάς από τις χρηματοδοτήσεις που προβλέπονται στο άρθρο 1 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1258/1999 του Συμβουλίου

This product shall not qualify for any benefit pursuant to Article 1(2) of Council Regulation (EC) No 1258/1999

Kõnealuse toote puhul nõukogu määruse (EÜ) nr 1258/1999 artikli 1 lõikele 2 vastavaid soodustusi ei anta.

Ce produit ne peut pas bénéficier des financements prévus à l'article ler, paragraphe 2, du règlement (CE) no 1258/1999 du Conseil

Questo prodotto non può beneficiare delle misure di cui all'articolo 1, paragrafo 2 del regolamento (CE) n. 1258/1999 del Consiglio

Šis produkts nevar saņemt Padomes Regulas (EK) Nr. 1258/1999 1. panta 2. punktā noteikto finansējumu

Šiam produktui netaikoma jokia išmoka pagal Tarybos reglamento (EB) Nr. 1258/1999 1 straipsnio 2 punktą.

Ez a termék nem jogosult az 1258/1999/EK tanácsi rendelet 1. cikkének (2) bekezdése szerinti semmilyen ellátásra

Dit product komt niet in aanmerking voor financieringen zoals bedoeld in artikel 1, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1258/1999 van de Raad

Ten produkt nie kwalifikuje się do finansowania przewidzianego w art. 1 ust. 2 rozporządzenia Rady (WE) nr 1258/1999

O presente produto não pode beneficiar de medidas ao abrigo do n.o 2 do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 1258/1999 do Conselho

Tento produkt nie je oprávnený na financovanie uvedené v odseku 2 článku 1 nariadenia Rady (ES) č. 1258/1999

Ta proizvod ni upravičen do financiranja iz člena 1(2) Uredbe Sveta (ES) št. 1258/1999

Tähän tuotteeseen ei sovelleta neuvoston asetuksen (EY) N:o 1258/1999 1 artiklan 2 kohdan mukaisia toimenpiteitä

De åtgärder som avses i artikel 1.2 i rådets förordning (EG) nr 1258/1999 kan inte användas för denna produkt.

L-ewwel u t-tieni paragrafi japplikaw biss f’każ li l-prodott lest imsemmi fl-Anness XXIII, il-prodott intermedjarju, il-koprodott jew il-prodott sekondarju suġġett ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 14e ikun igawdi minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jekk ikun inkiseb minn materji primi kkoltivati barra minn din l-iskema.

Artikolu 162

Pr ovi alternattivi għall-formola tal-kontroll T5

Permezz ta’ deroga għall-Artikolu 159, paragrafu 1, punt b), meta l-formola tal-kontroll 5 ma tasalx lura għand l-uffiċċju tat-tluq tal-Awtorità nkarigata bil-kontroll tal-Istat Membru fejn il-kollettur jew l-ewwel proċessur ikun stabbilit xahrjen qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 159, paragrafu 1, punt a), kawża ta’ ċirkostanzi mhux imputabbli għall-ewwel proċessur, id-dokumenti li ġejjin jistgħu jiġu aċċettati bħala prova alternattiva għall-formola tal-kontroll T5:

a)

fatturi tax-xiri tal-prodotti intermedjarji;

b)

dikjarazzjonijiet tal-aħħar proċessur tal-ipproċessar finali fi prodotti mhux alimentari;

c)

fotokopji ċertifikati, mill-aħħar proċessur, tad-dokumenti tal-kontabilità li jippruvaw li sar l-ipproċessar.

SEZZJONI 9

Kontrolli

Artikolu 163

żamma tar-reġistri

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tippreċiża r-reġistri li l-kollettur jew il-proċessur għandu jżomm kif ukoll kull tant żmien reġistrazzjonijiet, li għandu jsir mill-anqas kull xahar.

Fejn għandu x’jaqsam il-kollettur, dawn ir-reġistri jinkludu kull xahar l-informazzjoni li ġejja:

a)

il-kwantitajiet tal-materji primi kollha mixtrija u mibjugħa biex jiġu pproċessati fil-kwadru ta’ din l-iskema;

b)

l-isem u l-indirizz tal-ewwel proċessur.

Fejn għandu x’jaqsam il-proċessur, dawn ir-reġistri għandhom jinkludu jew le l-informazzjoni li ġejja:

a)

il-kwantitajiet tad-diversi materji primi mixtrija biex jiġu pproċessati;

b)

il-kwantitajiet tal-materji primi pproċessati kif ukoll il-kwantitajiet u tipi ta’ prodotti lesti, koprodotti u prodotti sekondarji miksuba minnhom;

c)

it-telf kawża tal-ipproċessar;

d)

il-kwantitajiet meqruda kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-qerda tagħhom;

e)

il-kwantitajiet u tipi ta’ prodotti mibjugħa jew trasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba;

f)

jekk ikun hemm bżonn l-isem u l-indirizz tal-proċessur sussegwenti.

2.   L-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur tivverifika li l-kuntratt ipprovdut jirrispetta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 145, paragrafu 1. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-applikant tiġi infurmata b’dan.

3.   Biex jiġi kkalkolat il-valur ekonomiku tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 145, paragrafu 1, l-awtorità kompetenti kkonċernata tqabbel, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 2, is-somma tal-valur tal-prodotti kollha mhux alimentari mas-somma tal-valur tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal użi oħra li jirriħultaw mill-istess ipproċessar. Kull valur hu r-riżultat tal-kwantità rispettiva multiplikata bil-medja tal-prezzijiet x’ħin jitilqu mill-impjant ivverifikati waqt il-kampanja preħedenti. F’każ li l-prezzijiet ma jkunux disponibbli, l-awtorità kompetenti tiffissa l-prezzijiet adattati, speċjalment fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 2.

Artikolu 164

Kontrolli fuq il-kolletturi u l-proċessuri

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jinsabu l-kolletturi għandhom iwettqu kontrolli fuq mill-anqas 25 % tal-kolletturi installati fuq it-territorju tagħhom magħżula permezz ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli jinkludu verifiki fiżiċi u l-eżami tad-dokumenti kummerċjali, biex tkun żgurata l-koerenza bejn ix-xiri ta’ materji primi u l-kunsinni rispettivi.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun sar l-ipproċessar għandhom iwettqu kontrolli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 146, paragrafu 1, fuq mill-anqas 25 % tal-proċessuri installati fuq it-territorju tagħhom magħżula permezz ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli jikkonċernaw mill-anqas il-fatti li ġejjin:

a)

tqabbil tas-somma tal-valur tal-prodotti kollha mhux alimentari mas-somma tal-valur tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal aktar użi li jirriżultaw mill-istess ipproċessar;

b)

analiżi tas-sistema tal-produzzjoni ta’ proċessur, li tinkludi verifiki fiżiċi u l-eżami tad-dokumenti kummerċjali, biex tiġi żgurata l-koerenza, fil-każ tal-proċessur, bejn il-kunsinni ta’ materji primi, il-prodotti lesti, il-koprodotti u l-prodotti sekondarji.

Għall-verifika msemmija fil-punt b), l-awtorità kompetenti għandha tibbaża ruħha l-aktar fuq il-koeffiċjenti tekniċi għall-ipproċessar tal-materji primi kkunsidrati. Jekk jeżistu tali koeffiċjenti relatati mal-esportazzjoni fil-leġislazzjoni komunitarja, għandhom jiħu applikati. Fl-assenza tagħhom, jekk jeżistu koeffiċjenti oħra fil-leġislazzjoni komunitarja, għandhom jiġu applikati. Fil-każi l-oħra kollha, il-verifika għandha toqgħod l-aktar fuq il-koeffiċjenti ġeneralment ammessi mill-industrija tal-ipproċessar ikkonċernata.

3.   Għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 146, il-kontrolli għandhom jiġu effettwati fuq 10 % tal-applikanti magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li jikkunsidraw:

a)

l-ammont tal-għajnuna;

b)

in-numru ta’ ġonot agrikoli u l-erja li hi s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-għajnuna;

c)

l-iżvilupp meta mqabbel mas-sena preċedenti;

d)

ir-riżultati tal-kontrolli effettwati waqt is-snin preċedenti;

e)

parametri oħra li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ element ta’ rappreżentattività tad-dikjarazzjonijiet sottomessi.

4.   F’każ li l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 jikxfu xi irregularitajiet f’mill-anqas 3 % tal-każi, l-awtorità kompetenti teffettwa l-kontrolli supplementari li jiġu imposti tul is-sena kurrenti u b’konsegwenza tkabbar il-persentaġġ ta’ operaturi li għandhom jiġu soġġetti għal kontroll fuq il-post is-sena ta’ wara.

5.   Jekk ikun previst li ċerti elementi tal-kontrolli msemmija fil-paragafi 1,2 u 3 jistgħu jitħaddmu fuq bażi ta’ kampjun, dan tal-aħħar għandu jiżgura livell tal-kontroll preċiż u rappreżentattiv.

6.   Kull kontroll għandu jkun soġġett għal rapport tal-kontroll iffirmat mill-kontrollur, li jagħti rendikont bi preċiżjoni tal-elementi differenti tal-kontroll. Dan il-kontroll jindika l-aktar:

a)

id-data tal-kontroll;

b)

il-persuni preżenti;

c)

il-perjodu kkontrollat;

d)

it-teknika tal-kontroll użata inkluż, jekk hemm bżonn, referenza għall-metodi tat-teħid ta’ kampjuni;

e)

ir-riżultati tal-kontroll.

Artikolu 165

Produzzjoni ta’ qanneb

Il-miżuri relatati mal-qanneb imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 japplikaw.

Artikolu 166

Miżuri supplementari u assistenza wieħed lil ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura supplementari meħtieġa għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-kapitolu u joffru assistenza wieħed lill-ieħor għall-esekuzzjoni tal-kontrolli previsti mill-kapitolu msemmi. Jekk it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet adattati mhumiex previsti minn dan il-kapitolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet nazzjonali adattati kontra l-operaturi tal-industrija kummerċjali, u jintervjenu fil-proċedura tal-għoti tal-għajnuna.

2.   Kemm bħala ħtieġa jew sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu jesiġu dan, l-Istati Membri għandhom joffru assistenza wieħed lill-ieħor biex jiżguraw l-effiċjenza tal-kontrolli u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti ppreċentati u l-eżatezza tad-dejta mparta.

SEZZJONI 10

Esklużjoni mill-iskema u komunikazzjonijiet

Artikolu 167

Esklużjoni ta’ materji primi mill-iskema

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskema stabbilita b’dan il-kapitolu kull materja prima agrikola f’każ li din tal-aħħar tqajjem diffikultajiet marbuta mal-kontroll, mas-saħħa pubblika, mal-ambjent, mal-liġi kriminali, jew ma’ rata mnaqqsa ta’ prodotti finali mhux alimentari.

Artikolu 168

Erja minima

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu erja kkoltivata minima għal kull materja prima prevista fl-Artikolu 145, paragrafu 1.

Artikolu 169

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-15 ta’ Ottubru wara tmiem is-sena inkwistjoni, l-informazzjoni kollha li ġejja:

a)

l-erjas, li jirriżultaw mill-kuntratti msemmija fl-Artikolu 147 u mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 146, paragrafu 2 u 148, għal kull materja prima;

b)

il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ materja prima, prodott lest, prodott sekondarju u koprodott miksub, b’indikazzjoni tat-tip ta’ materja prima użata;

c)

il-miżuri meħudin għall-applikazzjoni tal-Artikolu 146;

d)

il-materji primi esklużi mis-sistema b’konformità mal-Artikolu167;

e)

l-erjas minimi stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 168.

KAPITOLU 17

GĦAJNUNA SKOND L-ERJA GĦALL-ĦOPS

Artikolu 170

Pagament addizzjonali għall-bdiewa li jkabbru l-ħops

1.   Lill-bdiewa li jipproduċu l-ħops għandu jingħatalhom il-ħlas addizzjonali msemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq bażi ta’ kull ettaru għall-erjas li jkunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 110o ta’ dak ir-Regolament, bil-kundizzjoni li:

a)

dan ikun inżera’ b’densità uniformi ta’ mill-inqas 1 500 xitla għal kull ettaru fil-każ ta’ rbit bi spag jew iwwajerjar doppju, jew 2 000 xitla għal kull ettaru fil-każ ta’ rbit bi spag jew iwwajerjar singlu;

b)

dan ikun għadda minn proċess normali ta’ kultivazzjoni.

2.   Erja “miżrugħa bil-ħops” imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 110o tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tfisser l-erja ġol-limiti tal-linja miġbuda bejn il-ventijiet ta’ barra ta’ l-arbli. Fejn fuq dik il-linja jkun hemm ix-xitel tal-ħops, strixxa addizzjonali ta’ wisa’ li tkun tikkorrispondi mal-wisa’ medja ta’ passaġġ f’dik l-għalqa għandha tiżdied fuq kull naħa ta’ dik l-erja. L-istrixxa addizzjonali ma tridx tkun tagħmel minn xi parti minn fejn il-pubbliku jkollu dritt jgħaddi. Iż-żewġ strixex mhux maħruta fit-trufijiet tar-ringieli tal-ħops meħtieġa għall-immanuvrar tal-makkinarju agrikolu jkunu inklużi fl-erja, bil-kundizzjoni li t-tul ta’ ebda waħda miż-żewġ strixex mhux maħruta ma jkun jaqbeż it-tmien metri u ma jkunux jagħmlu minn xi parti minn fejn il-pubbliku jkollu dritt jgħaddi.

3.   Erjas miżrugħa b’xitel żgħir tal-ħops li jkun qed jitkabbar fil-biċċa l-kbira tiegħu bħala prodott tal-mixtla ma jkunx eliġibbli għall-ħlas addizzjonali.

4.   Is-somma totali li tkun disponibbli għall-pagamenti addizzjonali għandha titqassam b’mod ibbilinċjat fuq l-erjas eliġibbli miżrugħa bil-ħops fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 171

Pagamenti lil gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti

1.   Gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti għandhom japplikaw għall-pagament imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena tal-ġbir.

2.   Is-somma li titħallas lil grupp ta’ produtturi rikonoxxuti għandha tintrabat bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għal 3 snin mid-data tal-pagament. Kull ammont mingħajr l-obbligu li jitħallas f’dan il-perjodu għandu jintradd lura lill-aġenzija tal-pagamenti u għandu jitnaqqas mill-ispejjeż iffinanzjati mill-FAEGG, it-Taqsima tal-Garanzija.

3.   L-għajnuna miżmuma b’referenza għal ġbir li jkun sar qabel il-ġbir ta’ l-2005 b’konformità ma’ l-Artikolu 12(5) punt c) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandha tintefaq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008.

4.   L-Istat Membru li jkun qed jagħmel pagamenti lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti għandu jibgħat fuq bażi annwali rapport lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-pagament mill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti minnu, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 iffinanzjati permezz tal-pagament. Ir-rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.

5.   Is-somma totali disponibbli fi Stat Membru partikolari f’pagamenti lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha titqassam lil dawk il-gruppi skond il-proporzjon ta’ l-erjas li jkunu qed jirrispettaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 170 ta’ dan ir-regolament u li għaliha l-membri tagħhom ikunu ssottomettew applikazzjoni konformi mat-Titolu II tal-parti II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

KAPITOLU 18

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 172

Revoki

1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1686/72, (KEE) Nru 1445/76, (KE) Nru 1644/1996, (KE) Nru 2316/1999, (KE) Nru 2461/1999, (KE) Nru 2550/2001, (KE) Nru 2199/2003 u (KE) Nru 2237/2003 qed jiġu rrevokati b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005.

Madankollu dawn għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mas-sena kummerċjali jew il-perjodu ta’ primjums 2004/2005 u s-snin kummerċjali jew il-perjodi ta’ primjums preċedenti. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 jew l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikoli 20(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli sax-xoljiment ta’ l-impriżi tal-bdiewa.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2342/1999 qed jiġi rrevokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Dan għandu jibqa’ applikabbli għall-applikazzjonijiet sottomessi b’referenza għas-sena 2004.

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 609/1999 qed jiġi rrevokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Madankollu, dan għandu jibqa’ japplika għall-applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti b’referenza għall-ġbir ta’ l-2004 u għall-ġbir ta’ l-2005 fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

4.   Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 173

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mas-snin kummerċjali jew il-perjodu ta’ primjums li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 10 li għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(2)  ĠU L 177, 4.8.1972, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 323/2004 (ĠU L 58, 26.2.2004, p. 14).

(3)  ĠU L 161, 23.6.1976, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1252/2001 (ĠU L 173, 27.6.2001, p. 27).

(4)  ĠU L 207, 17.8.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 75, 20.3.1999, p. 20.

(6)  ĠU L 280, 30.10.1999, p. 43. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 206/2004 (ĠU L 34, 6.2.2004, p. 33).

(7)  ĠU L 281, 4.11.1999, p. 30. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1777/2004 (ĠU L 316, 15.10.2004, p. 66).

(8)  ĠU L 299, 20.11.1999, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 345/2002 (ĠU L 55, 26.2.2002, p. 10).

(9)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 105. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 920/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 92).

(10)  ĠU L 328, 17.12.2003, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1766/2004 (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 27).

(11)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 52.

(12)  ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(13)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.

(14)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

(15)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/55/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 18).

(16)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).

(17)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE.

(18)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(19)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 393/2004 (ĠU L 65, 3.3.2004, p. 4).

(20)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

(21)  ĠU L 147, 18.6.1993, p. 25.

(22)  ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 18).

(23)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(24)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(25)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31.

(26)  ĠU L 125, 11.7.1966, p. 2309.

(27)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(28)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45.

(29)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 36.

(30)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 96.

(31)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1.

(32)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(33)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114.

(34)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85

(35)  ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3.

(36)  ĠU L 67, 11.3.1982, p. 23.

(37)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(38)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(39)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32.

(40)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(41)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 40.


ANNESS I

TEST GĦAL-LUPINA MORRA MSEMMI FL-ARTIKOLU 2(4)

Irid jiġi esegwit fuq kampjun ta’ 200 granell meħud minn lott ta’ 1 kg minn kull wieħed mil-lottijiet ta’ massimu ta’ 20 t.

It-test huwa intenzjonat li jipprovdi biss evidenza kwalitattiva tal-preżenza ta’ granelli morri fil-kampjun. It-tolleranza ta’ l-omoġenità hija ta’ granell 1 għal kull 100. Uża l-metodu tal-Qatgħa tal-Granelli (“Grain-Cut”) b’konformità ma’ Von Sengbusch (1942), Ivanov u Smirnova (1932) u Eggebrecht (1949). Aqta’ f’forma ta’ salib il-granelli nixfin jew minfuħin. Qiegħed in-nofsijiet tal-granelli f’passatur u għaddashom f’soluzzjoni tal-jodju għal għaxar sekondi, imbagħad laħlaħhom taħt l-ilma għal ħames sekondi. L-uċuħ maqtugħin tal-granelli l-morri jsiru kannella filwaqt dawk b’livell baxx ta’ alkalojdi jibqgħu sofor.

Biex tħejji s-soluzzjoni tal-jodju, ħoll 14-il g ta’ jodat tal-potassju f’ilma kemm jista’ jkun ftit, żid 10 g ta’ jodju u iddilwahom f’1 000 cm3. Ħalli s-soluzzjoni toqgħod għal ġimgħa sħiħa qabel tużaha. Erfagħha fi fliexken kannella. Qabel tuża s-soluzzjoni ta’ l-istokk iddilwaha fi tliet sa ħames darbiet il-volum inizjali tagħha.


ANNESS II

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

Kalkolu tal-koeffiċjent tat-tnaqqis msemmija fl-Artikolu 13

1.

Għall-osservazzjoni ta’ xi eċċess possibbli ta’ l-erja bażi msemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tikkunsidra, minn banda, l-erjas bażi jew suberjas bażi, iffissati fl-Artikolu 81 ta’ dak ir-Regolament, u mill-banda l-oħra, it-total ta’ l-erjas ta’ dawn l-erjas bażi u s-suberjas bażi li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

2.

Biex tiġi stabbilita l-erja totali li għaliha jkunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, m’għandhomx jitqiesu l-applikazzjonijiet jew partijiet ta’ l-applikazzjonijiet li verifika tkun uriet biċ-ċar li ma jkunux iġġustifikati.

3.

Jekk tkun osservata qabża għal ċerti erjas bażi jew suberjas bażi, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi għal dawn, il-persentaġġ tal-qabża, ikkalkulat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali b’konformità ma’ l-iskadenza ffissata fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament. Meta l-qabża tkun waħda prevista, l-Istat Membru għandu jinforma lill-produtturi minnufih.

4.

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għandu jiġi kkalkulat, skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, b’konformità mal-formula li ġejja:

Koeffiċjent tat-tnaqqis = erja ta’ referenza tas-suberja bażi diviża bl-erja totali ta’ din is-suberja bażi li għaliha jkunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

Il-pagament speċifiku mnaqqas għal uċuħ tar-ross għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-formula li ġejja:

Għajnuna speċifika mnaqqsa għar-ross = għajnuna speċifika għar-ross immultiplikata bil-koeffiċjent tat-tnaqqis.

Dan il-koeffiċjent tat-tnaqqis u dan il-pagament speċifiku mnaqqas għal uċuħ tar-ross għandhom jiġu kkalkulati għal kull waħda mis-suberjas bażi, wara l-applikazzjoni tat-tqassim mill-ġdid li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 82(2) tar-Regolament.(KE) Nru 1782/2003. It-tqassim mill-ġdid għandu jsir għall-gwadann tas-suberjas bażi li għalihom il-limiti jkunu ġew maqbuża. Dan għandu jsir proporzjonalment għall-qabżiet nnotati fis-suberjas bażi li għalihom il-limiti jkunu ġew maqbuża.


ANNESS III

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

A.   Erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (tagħrif proviżorju).

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (*)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (f’ettari) (**)

qabża perċentwali

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 

B.   Erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (tagħrif definittiv).

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (***)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (f’ettari) (****)

qabża perċentwali

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 

C.   Erja miżrugħa li għaliha tkun tħallset l-għajnuna.

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (*****)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun tħallset l-għajnuna (f’ettari)

għajnuna speċifika mħallsa (€ kull ettaru) (******)

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 


(*)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(**)  L-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(***)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(****)  L-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(*****)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(******)  L-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Anness II għal dan ir-Regolament.


ANNESS IV

msemmi fl-Artikoli 54(3) u 59(1)

ERJAS BAŻI

(1000 ettaru)

Reġjun

L-uċuħ tar-raba’ kollha

qamħirrum fihom

ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin fihom

IL-BELĠJU

Total

489,5

96,4

 

Fjandra-Brussell fih

 

 

 

ID-DANIMARKA

2 018,6

 

 

IL-ĠERMANJA

10 159,4  (1)

540,3  (3)

 

Schleswig-Holstein

506,2

 

 

Hamburg

5,1

 

 

Niedersachsen

1 424,7

 

 

Bremen

1,8

 

 

Nordrhein-Westfalen

948,5

 

 

Rheinland-Pfalz

368,6

 

 

Hessen

461,4

 

 

Baden-Württemberg

735,5

122,1

 

Bayern

1 776,0

418,2

 

Saarland

36,6

 

 

Berlin

2,9

 

 

Brandenburg

889,6

 

 

Mecklenburg-Vorpommern

968,2

 

 

Sachsen

599,0

 

 

Sachsen-Anhalt

880,9

 

 

Thüringen

554,4

 

 

IL-GREĊJA

1 491,7

222,1

 

SPANJA

Regadío

1 371,1

403,4

 

Secano

7 849,0

 

 

FRANZA

Total

13 582,1

 

 

Erja bażi għall-qamħirrum

 

613,8  (2)

 

Erja bażi irrigata

1 209,7  (2)

 

 

L-IRLANDA

345,6

0,2

 

L-ITALJA

5 801,2

400,8

 

IL-LUSSEMBURGU

42,8

 

 

L-OLANDA

441,7

208,3

 

L-AWSTRIJA

1 203,5

 

 

IL-PORTUGALL

Açores

9,7

 

 

Madejra

 

 

 

— Regadío

0,31

0,29

 

— Oħrajn

0,30

 

 

Kontinentali

 

 

 

— Regadío

293,4

221,4

 

— Oħrajn

622,7

 

 

IL-FINLANDJA

1 591,5

 

200,0

L-IŻVEZJA

1 737,1

 

130,0

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra

3 794,6

33,2  (3)

 

L-Iskozja

551,6

 

 

L-Irlanda ta’ Fuq

52,9

 

 

Wales

61,4

1,2  (1)

 


(1)  Fejn l-Artikolu 102(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jkun qed jiġi applikat.

(2)  Inklużi 284 000 ettaru ta’ qamħirrum irrigat.

(3)  Bl-eċċezzjoni tal-qamħ ħelu.


ANNESS V

msemmi fl-Artikolu 56(1)(b)

Varjetajiet ta’ kittien imkabbra għall-fibra eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli

Adélie

Agatha

Alba

Alizée

Angelin

Argos

Ariane

Artemida

Aurore

Belinka

Bonet

Caesar Augustus

Diane

Diva

Drakkar

Electra

Elise

Escalina

Evelin

Exel

Hermes

Ilona

Jitka

Jordan

Kastyciai

Laura

Liflax

Liviola

Loréa

Luna

Marina

Marylin

Melina

Merkur

Modran

Nike

Opaline

Rosalin

Selena

Super

Tabor

Texa

Venica

Venus

Veralin

Viking

Viola


ANNESS VI

msemmi fl-Artikoli 59(4) u 69(2)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Legumi tal-magħlef imsemmija fl-Artikolu 67

Kodiċi NM

 

0713 90

Vicia spp. Esklużi l-Vicia faba u Vicia sativa, miġbura meta jkunu mmaturaw kompletament

Vicia sativa għajr dik miġbura meta tkun immaturat kompletament

ex 1209 29 50

Lupinus spp. għajr iż-żrieragħ tal-lupina ħelwa

ex 1214 90 99

Medicago spp.

Trifolium spp.

Lathyrus spp.

Melilotus spp.

Onobrychis spp.

Ornithopus sativus

Hedysarum coronarium

Lotus corniculatus

Galega orientalis

Trigonella foenum-graecum

Vigna sinensis


ANNESS VIII

PRODOTTI TAR-RABA’ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 57

Prodott tar-raba’

Stat Membru

Reġjun

Il-prodotti tar-raba’ kollha eliġibbli

L-Estonja

Il-Finlandja

It-territorju sħiħ

It-territorju sħiħ

L-Iżvezja

It-territorju sħiħ

Qamħ ħelu

Qanneb imkabbar għall-fibra

L-Istati Membri kollha

It-territorju sħiħ


ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI

imsemmija fl-Artikolu 69(1)

L-informazzjoni trid tiġi ppreżentata f’forma ta’ sensiela ta’ tabelli mħejjija skond il-mudell deskritt hawn taħt:

l-ewwel sett ta’ tabelli li jkun jagħti informazzjoni mil-lat ta’ reġjun tal-produzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003,

it-tieni sett ta’ tabelli li jkun jagħti informazzjoni b’referenza għal kull wieħed mir-reġjuni ta’ erja bażi skond it-tifsira ta’ l-Anness IV għal dan ir-Regolament,

tabella waħda li tkun tiġbor fiha fil-qosor l-informazzjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri.

It-tabelli għandhom jintbagħtu f’forma pprintjata kif ukoll elettronika.

Formuli ta’ l-erjas

:

5 = 1 + 2 + 3 + 4

10 = 7 + 8 + 9

16 = 17 + 18

21 = 5 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 20

Noti:

Kull waħda mit-tabelli għandha tikkwota r-reġjun ikkonċernat.

Il-produzzjoni hija dik użata biex jiġu kkalkulati l-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-distinzjoni bejn raba’ “saqwi” u dak “mhux saqwi” għandha ssir biss fil-każ ta’ reġjuni li jkun fihom mit-tnejn. F’dak il-każ:

 

(d) = (e) + (f)

 

(j) = (k) + (l)

Il-linja 1 hija relatata biss mal-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment tal-pagament skond l-erja li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 2 hija relatata biss mal-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-għajnuna speċjali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 19 hija relatata biss ma’ l-erjas imwarrba jew imsaġġra skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li jingħaddu bħala art kultivabbli mwarrba skond l-Artikolu 107(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 20 tikkorrispondi ma’ l-erjas imsemmija fl-Artikolu 102(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

L-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll b’referenza għal produtturi li ma jkunux qed japplikaw għall-għajnuna għal kull ettaru taħt il-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli (il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003). Din l-informazzjoni, li trid tingħata taħt “Oħrajn” fil-kolonni “m” u “n”, b’mod ewlieni hija relatata ma’ l-uċuħ kultivabbli ddikjarati bħala erjas għall-mergħa għall-iskopijiet li jinkisbu l-primjums għall-produzzjoni taċ-ċanga/vitella u l-laħam tan-nagħaġ.

Il-linja 23 hija relatata ma’ l-art imwarrba għall-produzzjoni ta’ prodotti tar-raba’ mhux għall-ikel u li għalihom ebda pagament ma jsir skond ir-regoli implimentati bl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (eż. pitravi, artiċokks u ċikwejra).

Il-linja 24 hija relatata ma’ l-art imwarrba u użata għat-tkabbir ta’ legumi tal-magħlef bi qbil mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

TAGĦRIF

Isem ir-reġjun: …

Data: …

PRODOTT TAR-RABA’

nru

Applikazzjoni > 92 tunnellata

Applikazzjoni < 92 tunnellata

Oħrajn

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

 

 

 

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j)

(k)

(l)

(m)

(n)

Qamħ ta’ l-Awstralja, l-Artikolu 105(1)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qamħ ta’ l-Awstralja, l-Artikolu 105(3)

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qamħirrum (erja bażi separata)

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċereali oħrajn

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ ċereali

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin fihom

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fażola tas-sojja

7