Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0852

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 Dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/852/oj

32004R0852



Official Journal L 139 , 30/04/2004 P. 0001 - 0054


Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004

Dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeà, u partikolarment l-Artikoli 95 u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Jaġixxu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) It-tfittxija għal protezzjoni ta' livell għoli tal-ħajja u s-saħħa umana hija waħda mill-għamijiet fundamentali tal-liġi dwar l-ikel, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 [4]. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll prinċipji u definizzjonijiet komuni oħrajn għal-liġi nazzjonali u tal-Komunità dwar l-ikel, inkluż l-għan li jkun akkwistat moviment ħieles ta' l-ikel fi ħdan il-Komunità.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel [5] stabbilit regoli ġenerali dwar l-iġjene għall-oġġetti ta' l-ikel u l-proċeduri għall-verifika tal-konformità ma dawn ir-regoli.

(3) L-esperjenza wriet li dawn ir-regoli u l-proċeduri jikkostitwixxu bażi soda sabiex jassiguraw is-sigurtà ta' l-ikel. Fil-kuntest tal-istrateġija agrikola komuni, aktar direttivi kienu ġew adottati sabiex jistabbilixxu regoli speċifiċi tas-saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat. Dawn ir-regoli tas-saħħa kienu naqqsu l-intoppi tal-kummerċ għal dawk il-prodotti ikkonċernati, billi ikkontribwew għall-ħolqien tas-suq intern waqt li assiguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(4) F'dak li jirrigwardja s-saħħa pubblika, dawn ir-regoli u proċeduri fihom prinċipji komuni, partikolarment b'relazzjoni mar-responsabbiltajiet, tal-manifatturi "u ta' l-awtoritajiet kompetenti", fil-ħtiġiet strutturali, operazzjonali u iġjeniċi tal-istabbelimenti, proċeduri għall-approvazzjoni tal-istabbelimenti, ħtiġiet għall-ħażna u t-trasport u l-marki tas-saħħa.

(5) Dawn il-prinċipji jikkostitwixxu bażi komuni għall-produzzjoni iġjenika ta' l-ikel kollu, inklużi l-prodotti minn oriġini mill-annimali elenkati fl-Anness I tat-Trattat.

(6) B'żieda ma din il-bażi komuni, regoli speċifiċi ta' l-iġjene huma meħtieġa għal ċerti oġġetti ta' l-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel ta' oriġini mill-annimali [6] jistabbilixxi dawn ir-regoli.

(7) L-għan ewlieni ta' dawn ir-regoli ġenerali u speċifiċi ġodda huwa li jassigura livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumatur f'dak li jirrigwarja s-sigurtà ta' l-ikel.

(8) Resqien integrat huwa meħtieġ sabiex jassigura s-sigurtà ta' l-ikel mill-postijiet primarji tal-produzzjoni sal-wasla u inkluż it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni. Kull operatur fin-negozju ta' l-ikel matul il-katina ta' l-ikel għandhopm jassiguraw li l-sigurtà ta' l-ikel ma tkunx kompromessa.

(9) Ir-regoli tal-Komunità m'għandhomx ikunu applikabbli la għall-produzzjonin primarja għall-użu domestiku, u anqas għall-preparazzjoni domestika, it-tqandil u l-ħażna ta' ikel għall-konsum privat domestiku. Aktar minn hekk, dawn għandhom ikunu applikabbli biss għall-dawk l-impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' l-attivitajiet u ċertu grad ta' l-organizzazzjoni.

(10) Il-perikoli ta' l-ikel preżenti fil-livell tal-produzzjoni primarja għandhom ikunu identifikati u adekwatament ikkontrollati sabiex jassiguraw li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ikunu milħuqa. B'dana kollu, fil-każ tal-forniment dirett ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji, mingħand l-operatur fin-negozju ta' l-ikel li jipproduċihom, lejn il-konsumatur finali jew lejn l-istabbeliment lokali tal-bejgħ bl-imnut, huwa xieraq li tkun imħarsa s-saħħa pubblika permezz tal-liġi nazzjonali, partikolarment minħabba r-relazzjoni mill-qrib bejn il-produttur u l-konsumatur.

(11) L-applikazzjoni tal-prinċipji a' l-analiżi tal-periklu u l-punt kritiku tal-kontroll (HACCP) lejn il-produzzjoni primarja, ġeneralment għadha mhix prattika. B'dana kollu, gwidi għal prattika tajba għandhom jinkorraġixxu l-użu ta' prattiċi xierqa ta' iġjene fil-livell tal-irziezet. Meta meħtieġ, regoli speċifiċi ta' l-iġjene għall-produzzjoni primarja għandhom iservu bħala supplement ta' dawn il-gwidi. Huwa xieraq għall-ħtiġiet ta' l-iġjene applikabbli għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet marbutin magħha li dawn ikunu jiddifferixxu minn dawk ta' operazzjonijiet oħrajn.

(12) Is-sigurtà ta' l-ikel hija riżultat ta' diversi fatturi: Leġislazzjoni għandha tesiġi l-ħtiġiet minimi ta' l-iġjene; kontrolli uffiċċjali għandhom ikunu fis-seħħ għall-verifika tal-konformità ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel u ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel u li joperaw programmi ta' sigurtà ta' l-ikel u l-proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji HACCP.

(13) L-implementazzjoni b'suċċess tal-proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji HACCP jkunu jeħtieġu il-koperazzjoni sħiħa u l-impenn tal-impjegati fin-negozju ta' l-ikel. Għal dan il-għan, l-impjegati għandhom jgħaddu minn taħriġ. Is-sistema HACCP hija strument sabiex jgħin lill-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jilħqu norma għola fis-sigurtà ta' l-ikel. Is-sistema HACCP m'għandhiex tkun meqjusha bħala metodu ta' regolazzjoni-interna u m'għandhiex tieħu post il-kontrolli uffiċċjali.

(14) Waqt li l-ħtiġiet li jkunu stabbiliti proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji HACCP m'għandhomx inizjalment ikunu applikabbli għall-produzzjoni primarja, il-prattikalità ta' l-estenzjoni tagħha għandha tkun waħda mill-elementi tar-reviżjoni li l-Kummissjoni għandha twettaq bħala segwiment ta' l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa, b'dana kollu, xieraq għall-Istati Membri li jinkorraġġixxu lill-operaturi fil-livell tal-produzzjoni primarja li japplikaw tali prinċipji sa kemm dan ikun possibbli.

(15) Il-ħtiġiet HACCP għandhom iqisu l-prinċipji li jinsabu fil-Codex Alimentarius. Dawn għandhom jipprovsu flessibiltà suffiċjenti li tkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha, inklużi n-negozji ż-żgħar. Partikolarment, huwa meħtieġ li jkun rikonoxxut li, f'ċerti negozji ta' l-ikel, ma jkunx possibbli li jkunu identifikati l-punti kritiċi tal-kontroll u li, f'ċerti każi, prattiċi ta' iġjene tajba jistgħu jieħdu post il-monitoraġġ tal-punti kritiċi tal-kontroll. L-istess, il-ħtieġa li jkunu stabbiliti "limiti kritiċi" m'għandhiex timplika li huwa meħtieġ li jkun stabbilit limitu numerika fi kwalunkwe każ. B'żieda, il-ħtieġa taż-żamma tad-dokumenti teħtieġ li tkun flessibbli sabiex ikunu evitati kumplikazzjonijiet żejda fuq kwalunkwe negozju żgħir.

(16) Il-flessibiltà hija wkoll xierqa sabiex tiffaċilita l-użu tal-metodi tradizzjonali fi kwalunkwe mill-stadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni ta' l-ikel u b'relazzjoni mal-ħtiġiet strutturali għall-istabbelimenti. Il-flessibiltà hija parttikolarment importanti għal reġjuni li huma suġġetti għal-limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali, inklużi ir-reġjuni l-aktar imbiegħda referuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. B'dana kollu, il-flessibiltà m'għandhiex tikkomprometti l-għanijiet ta' l-iġjene ta' l-ikel. Aktar minn hekk, la darba l-ikel kollu prodott b'konformità mar-regoli ta' l-iġjene ikun f'ċirkolazzjoni ħielsa matul il-Komunità kollha, il-proċedura li tippermetti lill-Istati membri li jeżerċitaw flessibiltà għandha tkun kompletament trasparenti. Din għandha tipprovdi, meta meħtieġ sabiex ikunu riżolti xi disgwid, għal diskussjoni fi hdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(17) It-tqegħid ta' l-objettivi tali bħalma huma l-miri tat-tnaqqis tal-patoġeni jew tan-normi tal-imġieba jistgħu jiggwidaw l-implementazzjoni tar-regoli ta' l-iġjene. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu ipprovduti proċeduri għal dak l-iskop. Tali objettivi jkunu jissuplementaw il-liġi eżistenti ta' l-ikel, bħalma huwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità dwar il-kontaminanti fl-ikel [7], li jipprovdi għall-istabbeliment ta' tolleranzi massimi għal kontaminanti speċifiċi, u r-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ikel perikoluż u jipprovdi għal bażi uniformi dwar l-użu tal-prinċipju prekwazzjonarju.

(18) Sabiex ikun meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, kooperazzjoni mill-qrib u effettiva għandha tkun assigurata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. Dan ir-Regolament għandhu jirrikonoxxi l-obbligi internazzjonali stabbiliti fil-Ftehim Sanitarju u Fitosanitarju tal-WHO u n-normi imnternazzjonali tas-saħħa ta' l-ikel li jinsabu fil-Codex Alimentarius.

(19) Ir-reġistrazzjoni tal-istabbelimenti u l-koperazzjoni ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu b'mod effiċjenti il-kontrolli uffiċċjali.

(20) It-traċċabbiltà ta' l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel matul il-katina ta' l-ikel hija element essenzjali sabiex tkun assigurata is-sigurtà ta' l-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jinkludi regoli sabiex jassiguraw it-traċċabbiltà ta' l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel u jipprovdi proċedura għall-adozzjoni tar-regoli implementattivi li jkun japplikaw għal dawn il-prinċipji fir-rigward ta' setturi speċifiċi.

(21) L-ikel importat ġewwa il-Komunità għandu jkun konformi mal-ħtiġiet ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew li jkun jissodisfa r-regoli li huma ekwivalenti għar-regoli tal-Komunità. Ir-Regolament preżenti jiddifenixxi ċerti ħtiġiet speċifiċi ta' l-iġjene dwar l-ikel importat ġewwa il-Komunità.

(22) Ikel esportat lejn pajjiżi terzi mill-Komunità għandu jkun konformi mal-ħtiġiet ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Ir-Regolament preżenti jiddefinixxi ċerti ħtiġiet speċifiċi ta' l-iġjene għall-ikel esportat mill-Komunità.

(23) Parir xjentifiku għandu jaċċenna l-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene ta' l-ikel. Għal dan il-għan, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha tkun ikkonsultata kull meta dan ikun meħtieġ.

(24) La darba dan ir-Regolament jieħu post id-Direttiva 93/43/KEE, din ta' l-aħħar għandha tkun imħassra.

(25) Il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu applikabbli sakemm il-partijiet kollha tal-leġislazzjoni l-ġdida dwar l-iġjene ta' l-ikel ikunu daħlu fis-seħħ. Huwa wkoll xieraq li jkun hemm marġini ta' mill-anqas 18 il-xhar sabiex jeskadu bejn id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda, sabiex jippermettu lill-industriji affetwati li jadattaw irwieħhom.

(26) Il-miżuiri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummisjoni [8],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel, billi jitqiesu partikolarment dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a) responsabbiltà primarja dwar is-sigurtà ta' l-ikel hija ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel;

(b) huwa meħtieġ li tkun assigurata s-siġurtà ta' l-ikel matul il-katina ta' l-ikel, tibda mill-produzzjoni primarja;

(c) huwa importanti, għall-ikel li ma jistax ikun maħżun b'sigurtà f'temperaturi ambjentali. Partikolartment l-ikel iffriżat, li tiżamm il-katina tal-kesħa;

(d) l-implementazzjoni ġenerali tal-proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji HACCP, flimkien ma' l-applikazzjoni ta' prattika tajba ta' l-iġjene, għandha ssaħħaħ ir-responsabbiltà ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel;

(e) gwidi lejn prattika tajba huma strument ta' valur fl-għajnuna għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel fil-livelli kollha tal-katina ta' l-ikel b'konformità mar-regoli ta' l-iġjene u ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP;

(f) huwa meħtieġ li tkun stabbilita kriterja mikrobioloġika u l-ħtiġiet tal-kontroll tat-temperatura ivbbażati fuq studju xjentifiku dwar ir-riskju;

(g) huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-ikel importat ikun ta' mill-anqas l-istess normi ta' iġjene bħall-ikel prodott fil-Komunità, jew li jkunu ta' normi ekwivalenti.

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli fl-istadju kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel u ta' l-esportazzjoni, u mingħajr preġudizju għal ħtiġiet aktar speċifiċi li jirrigwardjaw l-iġjene ta' l-ikel.

2. Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal:

(a) produzzjoni primarja għall-użu domestiku privat;

(b) il-preparazzjoni domestika, it-qandil u l-ħażna ta' l-ikel għall-konsum domestiku privat;

(c) il-forniment dirett, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji lejn il-konsumatur finali jew lejn stabbelimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li direttament iformu l-konsumatur finali;

(d) iċ-ċentri tal-ġbir u l-konzaturi li jidħlu fi ħdan id-definizzjoni tan-negozju ta' l-ikel biss minħabba li huma jittrattat materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, permezz tal-liġi nazzjonali, regolli li jirregolaw l-attivitajiet referutu fil-paragrafu 2(c). Tali regoli nazzjonali għandhom jassiguraw l-akkwist ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "iġjene ta' l-ikel", minn hawn il-quddiem imsejħa "iġjene", tfisser il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kontroll tal-perikoli u sabiex jassiguraw il-bontà għall-konsum uman ta' l-oġġetti ta' l-ikel billi jkun meqjus l-użu ntiż tagħhom;

(b) "prodotti primarji" tfisser il-prodotti tal-produzzjoni primarja inklużi l-prodotti mill-ħamrija, tat-trobbija tal-qobla, tal-kaċċa u tas-sajd;

(c) "stabbeliment" ifisser kwalunkwe unità tan-negozju ta' l-ikel;

(d) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ċentrali ta' Stat Membru li tkun kompetenti sabiex tassigura l-konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jew xi awtorità oħra li lilha l-awtorità ċentrali tkun iddelegat dik il-kompetenza, din għandha tinkludi, meta xieraq, l-awtorità korrespondenti ta' pajjiż terz;

(e) "ekwivalenti" tfisser, fir-rigward ta' sistemi differentim il-kapaċità li tilħaq l-istess objettivi;

(f) "kontaminazzjoni" tfisser il-preżenza jew l-introduzzjoni ta' periklu;

(g) "ilma potabili" tfisser ilma li jilħaq il-ħtiġiet minimi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma intiż għall-konsum uman [9];

(h) "ilma baħar nadif" tfisser ilma baħar naturali, artfiċjali jew purifikat jew ilma qiegħed li ma jkux fih mikro-organiżmi, sustanzi ta' hsara jew planktun marittimu tossiku fi kwantitajiet li jistgħu direttament jew inderettament jaffettwaw il-kwalità tas-saħħa ta' l-ikel;

(i) "ilma nadif" tfisser ilma baħar nadif u ilma frisk ta' kwalità simili;

(j) "tgeżwir" tfisser it-tqegħid ta' oġġett ta' l-ikel fi tgeżwira jew kontenitur direttament f'kuntatt ma l-oġġett ta' l-ikel ikkonċernat, u t-geżwir jew il-kontenitur innifsu;

(k) "ippakkjar" tfisser it-tqegħid ta' wieħed jew aktar oġġetti ta' l-ikel ingeżwra fit-tieni kontenitur, u l-kontenitur innifsu;

(l) "kontenitur issiġġilat teratokament" tfisser kontenitur li huwa iddisinjat u intenzjonat li jkun sigur kontra id-dħul ta' perikoli;

(m) "proċessar" tfisser kwalunkwe azzjoni li sostanzjalment tibdel il-prodott inizjali, inkluża s-sħana, l-iffumigar, il-preservazzjoni, It-tisjir naturali, it-tnixxif (tqaddid), l-immarinar, l-estrazzjoni, l-estrużjoni jew ġemgħa ta' dawk il-proċessi;

(n) "prodotti mhux proċessati" tfisser l-oġġetti ta' l-ikel li ma jkunux għaddew mill-ipproċessar, u jinkludu prodotti li jkunu ġew maqsuma, mifruda, imqaċċta, imfella, dissussati, imqatta kappuljat, imqaxxra, misħuqa, imqatta, imnaddfa, imberfla, imfesdqa, mitħuna, imkessħa, iffriżati, iffriżari bil-qawwi jew imdewba;

(o) "prodotti proċessati" tfisser oġġetti ta' l-ikel li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti mhux ipproċessati. Dawn il-prodotti jista jkun fihom ingredjenti li huma meħtieġa għall-manifattura tagħhom jew sabiex jagħtuhom karatteristiċi speċifiċi.

2. id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu wkoll tkun applikabbli.

3. Fl-Annessi ta' dan ir-Regolament it-termini "meta meħtieġ", "meta xieraq", "adekwatament" u "suffiċjenti (biż-żejjed)" għandhom ifisseru rispettivament meta meħtieġ, meta xieraq, adekwatament jew suffiċjenti sabiex jilħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

L-OBBLIGAZZJONIJIET TA' L-OPERATURI TAN-NEGOZJU TA' L-IKEL

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel taħt il-kontroll tagħhom ikunu jissodidfaw il-ħtiġiet ta' l-iġjene kif stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ħtiġiet ġenerali u speċifiċi ta' l-iġjene

1. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu l-produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċċjati magħha kif elenkati fl-Anness I għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' l-iġjene kif stabbiliti fil-parti A ta' l-Anness I u xi ħtiġiet speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel wara dawk l-istadju li dwarhom il-paragrafu 1 huwa applikabbli għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta' l-iġjene kif stabbiliti fl-Anness II u xi ħtiġiet spċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

3. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom, kif xieraq, jadottaw il-miżuri speċifiċi ta' l-iġjene kif ġejjin:

(a) konformità mal-kriterja mikrobioloġika ta' l-oġġetti ta' l-ikel;

(b) il-proċeduri meħtieġa sabiex jilħqu l-miri stabbiliti għall-akkwist ta' l-obbjettivi ta' dan ir-Regolament;

(c) konformità mal-ħtiġiet tal-kontroll tat-temperatura għall-oġġetti ta' l-ikel;

(d) manutenzjoni tal-katina tal-kesħa;

(e) kampjunar u analiżi.

4. Il-kriterja, il-ħtiġiet u l-miri referuti fil-paragrafi 3 għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

Il-metodi assoċċjati tal-kampjunar u l-analiżi għandhom ikun u stabbiliti bi qbil ma' l-istess proċedura.

5. Meta dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-miżuri implementattivi tagħhom ma jkunux jispeċifikaw metodi ta'kampjunar jew analiżi, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw il-metodi xierqa stabbiliti fil-leġislazzjoni oħra tal-Komunità jew nazzjonali jew, fin-nuqqas ta' tali metodi, metodi li joffru riżultati ekwivalenti għal dawk akkwistati bl-użu tal-metodu ta' referenza, jekk dawn ikunu xjentifikament validati bi qbil mar-regoli u l-rotokolli internazzjonalment rikonoxxuti.

6. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw il-linja ta' gwida li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 7, 8 u 9 bħala għajnuna għall-konformità ma' l-obbligi tagħhom skond dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Punti ta' l-analiżi u l-kontroll kritiku tal-perikoli

1. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jistabbilixxu, jimplementaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti ibbażati fuq il-prinċipji HACCP.

2. Il-prinċipji HACCP referuti fil-paragrafu 1 jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni ta' xi perikoli li għandhom ikunu pprevenuti, eliminati jew imnaqqsa sal-livelli aċċettabbli;

(b) jidentifikaw il-punti kritiċi tal-kontroll fil-pass jew passi li fih il-kontroll huwa essenzjali sabiex jipprevjenu jew jeliminaw periklu jew inaqqsuh għal-livelli aċċettabbli;

(c) jistabbilixxu limiti kritiċi fil-punti kritiċi tal-kontroll li jisseperaw l-aċċettabbiltà minn nuqqas-ta'-aċċettabbiltà għall-prevezjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-perikoli identifikati;

(d) jistabbilixxu u jimplementaw proċeduri effettivi ta' monitoraġġ fil-punti kritiċi tal-kontroll;

(e) jistabbilixxu azzjonijiet korrettivi meta l-monitoraġġ jindika li punt kritiku tal-kontroll ma jkunx taħt kontroll;

(f) jistabbilixxu proċeduri, li għandhom ikunu mwettqa b'mod regolari, sabiex jivverifikaw li l-miżuri elenkati fis-subparagrafi (a) sa (e) jkunu joperaw b'mod effettiv; u

(g) jistabbilixxu dokumenti u reġistri proporzjonati man-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel sabiex juru l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri spjegati fis-subparagrafi (a) sa (f).

Meta ssir xi modifika fil-prodott, fil-proċess, jew f'stadju ieħor, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jirrevedu l-proċedura u jwettqu t-tibdiliet meħtieġa għaliha.

3. Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli biss għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu kwalunkwe stadju fil-produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni ta' l-ikel wara l-produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċjati kif elenkati fl-Anness I.

4. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom:

(a) jipprovdu lill-awtorità kompetenti b'evidenza tal-konformità tagħhom mal-paragrafu 1 f'manjera li l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ, billi tkun meqjusa n-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel;

(b) jassiguraw li kwalunkwe dokumenti li jiddeskrivu l-proċeduri jkunu żviluppati bi qbil ma' dan l-Artikolu u jkunu aġġornati il-ħin kollu;

(c) iżommu kwalunkwe dokumenti oħrajn u reġistri għal tul xieraq ta' żmien.

5. Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2). Tali arranġamenti jistgħu jiffaċilitaw l-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu minn ċerti operaturi tan-negozju ta' l-ikel, partikolarment billi jipprovdu għall-użu ta' proċeduri li jkunu stabbiliti bħala linji ta' gwida għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP, sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1. Tali arranġamenti jistgħu ukoll jispeċifikaw il-perijodu li fih l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iżommu d-dokumenti u r-reġistri bi qbil mal-paragrafu 4(c).

Artikolu 6

Kontrolli uffiċjali, reġistrazzjoni u approvazzjoni

1. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti skond il-leġislazzjoni applikabbli l-oħra tal-Komunità jew, jekk din ma tkunx teżisti, mal-liġi nazzjonali.

2. Partikolarment, kull operatur tan-negozju ta' l-ikel għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti xierqa, bil-metodu li dawn ta' l-aħħar jeħtieġ, dwar kull stabbeliment taħt il-kontroll tagħhom li jwettaq kwalunkwe mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel, bil-għan tar-reġistrazzjoni ta' tali stabbeliment.

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom ukoll jassiguraw li l-awtorità kompetenti ikollha dejjem l-informazzjoni aġġornata dwar l-istabbelimenti, inkluż bin-notifika ta' xi tibdil sinifikati fl-attivitajiet u xi għeluq ta' stabbeliment eżistenti.

3. B'dana kollu, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li l-istabbelimenti huma approvati mill-awtorità kompetenti, b'segwiment ta' mill-anqas żjara waħda fuq il-post, meta l-approvazzjoni tkun meħtieġa:

(a) skond il-liġi nazzjonali tal-istat membru li fih l-istabbeliment ikun lokalizzat;

(b) permezz tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

(c) b'deċiżjoni li hija tadotta b'mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

Kwalunkwe Stat Membru li jeħtieġ l-approvazzjoni ta' ċerti stabbelimenti lokalizzati fit-territorju tiegħu skond il-liġi nazzjonali, kif hemm provvediment dwar dan fis-subparagrafu (a), għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-oħrajn bir-regoli nazzjonali relevanti.

KAPITOLU III

GWIDI GĦAL PRATTIKA TAJBA

Artikolu 7

Zvilupp, dissiminazzjoni u l-użu ta' gwidi

L-Istati Membri għandhom jinkorraġġixxu l-iżvilupp tal-gwidi nazzjonali għal prattika tajba dwar l-iġjene u għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP bi qbil ma' l-Artikolu 8. Il-gwidi tal-Komunità għandhom ikunu żviluppati bi qbil ma' l-Artikolu 9.

Id-dissiminazzjoni u l-użu tal-gwidi kemm nazzjonali u wkoll tal-Komunità għandha tkun inkorraġita. B'dana kollu, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw dawn il-gwidi fuq bażi voluntarja.

Artikolu 8

Gwidi nazzjonali

1. Meta l-gwidi nazzjonali lejn prattika tajba jkunu żviluppati, dawn għandhom ikunu żviluppati u dissiminati mis-settur tal-negozju ta' l-ikel:

(a) b'konsultazzjoni mar-rapreżentanti tal-partijiet lil-interessi tagħhom jistgħu ikunu sostanzjalment afftewati, bħalma huma l-awtoritajiet kompetenti u l-gruppi tal-konsumaturi;

(b) li jkunu b'attenzjoni għal-kodiċi tal-prattika relevanti tal-Codex Alimentarius; u

(c) meta dawn jikkonċernaw il-produzzjoni primarja u l-operazzjoni assoċjati tagħha kif elenkati fl-Anness I, ikunu b'attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet kif stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I.

2. Il-gwidi nazzjonali jistgħu ikunu żviluppati taħt it-tarka ta' l-istitut nazzjonali tan-normi li huwa referut fl-Anness II tad-Direttiva 98/34/KE [10].

3. l-Istati Membri għandhom jassessjaw il-gwidi nazzjonali sabiex jassiguraw li:

(a) li jkunu ġew żviluppati bi qbil mal-paragrafu 1;

(b) li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli għas-setturi li għalihom jirreferu; u

(c) huma adatti bħala gwida tal-konformità ma l-Artikoli 3, 4 u 5 fis-setturi u għall-oġġetti ta' l-ikel koperti bihom.

4. L-Istati membri għandhom iwassli lill-kummissjoni il-gwidi nazzjonali li jkunu konformi mal-ħtiġiet tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tħaddem sistema ta' reġistrazzjoni għal tali gwidi u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.

5. Il-gwidi lejn prattika tajba imħejjija bis-saħħa tad-Direttiva 93/43/KEE għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, basta li dawn ikunu kompatibbli ma' l-għanijiet tiegħu.

Artikolu 9

Gwidu tal-Komunità

1. Qabel ma' l-gwidi tal-Komunità lejn prattika tajba għall-iġjene jew għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP jkunu żviluppati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat referut fl-Artikolu 14. Il-għand ta' din il-konsultazzjoni għandu jkun li jikkonsidra l-każ għal tali gwidi, l-iskop tagħhom u l-materja intrinsika tagħhom.

2. Meta l-gwidi tal-Komunità jkun ippreparati, il-Kummissjoni għandha tassigura li dawn ikunu żviluppati u dissiminati:

(a) minn jew f'konsultazzjoni mar-rapreżentanti xierqa tas-setturi Ewropej tan-negożju ta' l-ikel, inklużi l-SME u l-partijiet l-oħrajn interessati, bħalma huma l-gruppi ta' konsumaturi;

(b) b'kollaborazzjoni mal-partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu ikunu sostanzjalment affettwati, inklużi l-awtoritajiet kompetenti;

(c) li jkunu b'attenzjoni għal-kodiċi tal-prattika relevanti tal-Codex Alimentarius;

u

(d) meta dawn jikkonċernaw il-produzzjoni primarja u l-operazzjoni assoċjati magħha kif elenkati fl-Anness I, ikunu b'attenzjoni għar-rakkommansazzjonijiet kif stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I.

3. Il-Kumitat referut fl-Artikolu 14 għandu jassessja l-abbozz tal-gwidi tal-Komunità sabiex jassigura li:

(a) li jkunu ġew żviluppati bi qbil mal-paragrafu 2;

(b) li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli għas-setturi li għalihom jirreferu, matul il-Komunità kollha; u

(c) huma adatti bħala gwida tal-konformità ma' l-Artikoli 3, 4 u 5 fis-setturi u għall-oġġetti ta' l-ikel koperti bihom.

4. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tistieden lill-Kumitat referut fl-Artikolu 14 sabiex jirrevedi xi gwidi tal-Komunità li jkunu ippreparati bi qbil ma' dan l-Artikolu, f'koperazzjoni mal-korpi msemmija fil-paragrafu 2.

Il-għan ta' din ir-reviżjoni għandu jkun li jassigura li l-gwidi jibqgħu prattikkabbli u li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi.

5. It-titoli u r-referenzi tal-gwidi tal-Komunià ippreparati bi qbil ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu ippubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU IV

IMPORTAZZJONI U ESPORTAZZJONI

Artikolu 10

Importazzjoni

F'dak li jirrigwardja l-iġjene ta' l-ikel importat, il-ħtiġiet relevanti tal-liġi ta' l-ikel referuta fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jinkludu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Esportazzjoni

F'dak li jirrigwardja l-iġjene ta' l-ikel esportat jew esportat mill-ġdid, il-ħtiġiet relevanti tal-liġi ta' l-ikel referuta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jinkludu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Miżuri implementattivi u arranġamenti transitorji

Il-miżuri transizzjonali u l-arranġamenti transitorji jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 13

L-amendi u l-adattazzjoni ta' l-Annessi I u II

1. L-Annessi I u II jistgħu ikunu adattati jew aġġornati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492), billi jkun meqjus:

(a) il-ħtieġa li jkunu reveduti r-rakkommandazzjonijiet stabbili fl-Anness I, il-Parti B, il-paragrafu 2;

(b) l-esperjenza akkwistata mill-implementazzjoni tas-sistemi ibbażati fuq il-HACCP bis-saħħa ta' l-Artikolu 5;

(c) l-iżviluppi teknoloġiċi u l-konsegwenzi prattiċi tagħhom u l-ispettazzjonijiet tal-konsumatur f'dak li jirrigawdja l-komposizzjoni ta' l-ikel;

(d) parir xjentifiku, partikolarment l-assessjar ta' riskji ġodda;

(e) il-kriterja mikrobioloġika u tat-temperatura ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

2. Derogi mill-Annessi I u II jistgħu ikunu mogħtija, partikolarment sabiex jiffaċilitaw l-implementazzjoni ta' l-Artikolu 5, għal negożi żgħar, bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2), billi jkunu meqjusa l-fatturi relevanti tar-riskji, basta li tali derogi ma jkunux jaffetwaw l-akkwist ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

3. L-Istati membri jistgħu, mingħajr ma joħolqu kompromess għall-akkwist ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jadottaw, bi qbil mal-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu, miżuri nazzjonali li jadattaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II.

4. (a) Il-Miżuri nazzjonali referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikollhom il-għan li:

(i) jgħini fl-użu kontinwu tal-metodi tradizzjonali, fi kwalunkwe mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew fid-distribuzzjoni ta' l-ikel;

jew

(ii) jakkommodaw il-ħtiġiet tan-negozji ta' l-ikel li jinsabu lokalizzati f'reġjuni jew li huma suġġetti għal-limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali.

(b) Fil-każi l-oħrajn, dawn għandhom ikunu applikabbli biss għall-kostruzzjoni, it-tqassim u l-apparat tal-istabbelimenti.

5. Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jadotta miżuri nazzjonali kif referut fil-paragrafu 3 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru l-oħrajn.Din in-notifika għandha:

(a) tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-ħtiġiet li dak l-Istat Membru jqis li jeħtieġ li jkunu adattati u n-natura ta' l-adattazzjoni mixtieqa;

(b) tiddeskrivi l-oġġetti ta' l-ikel u l-istabbelimanti ikkonċernati;

(c) tispjega r-raġuni għall-adattazzjoni, inkluż, meta relevanti, billi tipprovdi sommarju ta' l-analiżi tal-periklu li tkun twettqet u xi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw li l-adattazzjoni ma tkunx tikkomprometti l-abjettivi ta' dan ir-Regolament; u

(d) tagħti xi informazzjoni relavanti oħra.

6. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikollhom tlett xhur mill-wasla tan-notifika referuta fil-paragrafu 5 sabiex jibgħtu l-kummenti bil-miktub lejn il-Kummissjoni. Fil-każ ta' l-adattazzjonijiet li jirriżultaw mill-paragrafu 4(b), dan il-perijodu għandu, fuq it-talba ta' xi Stat membru, jkun estiż għal erba' xhur. Il-Kummissjoni tista', meta hija tirċievi l-kummenti bil-miktub minn għand wieħed jew aktar mill-Istati Membri, tikkonsulta ma' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat referut fl-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni tista tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492), jekk il-miżuri intiżi jistgħux ikunu mplementati, suġġett, jekk meħtieġ, għal emendi xierqa. Meta xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri ġenerali bi qbil mal-paragrafu 1 jew 2.

7. Stat membru jista' biss jadotta miżuri nazzjonali bl-adattazzjoni għall-Anness II:

(a) b'konformità ma' deċiżjoni adottata bi qbil mal-paragrafu 6; jew

(b) jekk, xahar wara l-iskadenza tal-perijodu referut fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni ma tkunx infurmat lill-Istati Membri li hija tkun irċeviet kummenti bil-miktub jew li hija jkollha l-intenzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta' deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 6.

Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinsab fiha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 15

Konsultazzjoni ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tas-Saħħa dwar kwalunkwe materja fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika u, partikolarment, qabel ma tipproponi kriterja, ħtiġiet jew miri bi qbil ma' l-Artikolu 4(4).

Artikolu 16

Rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill

1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2009, tissottometti rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill.

2. Ir-Rapport għandu, partikolarment, jirrevedi l-esperjenza akkwistata mill-applikar ta' dan ir-Regolament u tikkonsidra jekk ikunx mixtieq u prattikabbli li tipprovdi għall-estenzjoni tal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5 lejn l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċjati kif elenkati fl-Anness I.

3. Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, takkumpanja r-rapport bil-proposti xierqa.

Artikolu 17

Tħassir

1. Id-Direttiva 93/43/KEE għandha tkun imħassra b'effett mid-data tal-applikabilità ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassara għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

3. B'dana kollu, deċiżjonijiet adottati bis-saħħa ta' l-Artikoli 3(3) u (10) tad-Direttiva 93/43/KEE għandhom jibqgħu fis-seħħ sa kemm ikun hemm tibdil għalihom b'deċiżjonijiet adottati bi qbil ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Sa kemm tkun stabbilita l-kriterja jew il-ħtiġiet referuti fl-Artikolu 4(3)(a) sa (e) ta' dan ir-Regolament, l-Istati membri jistgħu iżommu xi regoli nazzjonali li jistabbilixxu tali kriterja jew ħtiġiet li huma jkunu adottaw bi qbil mad-Direttiva 93/43/KEE.

4. Sa kemm ikun hemm l-applikar ta' leġislazzjoni ġdida tal-Komunità li tistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali dwar l-ikel, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jassiguraw it-twettieq ta' l-obbligi stabbiliti fi jew permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun applikabbli 18-il xahar wara d-data li fiha l-atti kollha li ġejjin ikunu daħlu fis-seħħ:

(a) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum uman [11]; u

(c) Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tħassar ċerti direttivi li jikkonċernaw l-iġjene ta' l-ikel u l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum uman [12].

B'dana kollu, dan għandu jkun applikabbli mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasbourg, id-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 43.

[2] ĠU C 155, tad-29.5.2001, p. 39.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2002 (ĠU C 180 E, tal-31.7.2003, p. 267), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 (ĠU C 48 E, ta' l-24.2.2004, p. 1), Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' April 2004).

[4] Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistabbilixxi prinċipji u ħtiġiet ġenerali dwar il-liġi ta' l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri f'materji tas-sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p.1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[5] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 1. Id-Direttiva kid emendat bir-Regolament (EC) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[6] Ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[10] Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta' l-informazzjoni fil-qasam tan-normi tekniċi u tar-regolamenti (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37). Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

[11] Ara l-paġna 83 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[12] ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PRODUZZJONI PRIMARJA

PARTI A: DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI TA' L-IĠJENE GĦALL-PRODUZZJONI PRIMARJA U L-OPPERAZZJONIJIET ASSOĊJATI

I. Skop

1. Dan l-Anness japplika għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, kif gejjin:

(a) it-trasport, il-ħażna u t-tqandil ta' prodotti primarji fil-post tal-produzzjoni, basta li dan ma jkunx sostanzjalment jibdel in-natura tagħhom;

(b) it-trasport ta' l-annimali ħajjin, meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-obbjettivi ta' dan ir-Regolament; u

(c) fil-każ ta' prodotti minn oriġini tal-pjanti, prodotti tas-sajd u kaċċa ferjali, l-operazzjonijiet tat-trasport għall-konsenja tal-prodotti primarji, li l-natura tagħhom ma tkunx ġiet sostanzjalment mibdula, mill-post tal-produzzjoni lejn stabbeliment.

II. Dispożizzjonijiet dwar l-iġjene

2. Sa kemm ikun possibbli, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li l-prodotti primarji jkunu mħarsa kontra l-kontaminazzjoni, billi jqisu xi proċessar li l-proddotti primarji eventwalment jgħaddu minnu.

3. Minkejja d-dover ġenerali stabbilit fil-paragrafu 2, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardjaw il-kontroll ta' perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi:

(a) miżuri ta' kontroll tal-kontaminazzjoni li jirriżultaw mill-arja, mill-ħamrija, mill-ilma, mill-għalf, mill-fertilizzanti, mill-prodotti tal-mediċina veterinarja, mill-prodotti u mill-bioċidi tal-protezjoni tal-pjanti u mill-ħażna, t-tqandil u r-rimi tal-iskart; u

(b) il-miżuri relatati mas-saħħa u l-benessere ta' l-annimali u s-saħħa tal-pjanti li jkollhom implikazzjonijiet fuq is-saħħa umana, inklużi programmi għall-monitoraġġ u l-kontroll ta' l-aġenti żoonożi u żoonetiċi.

4. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jkabbru, jaħsdu jew jikkaċċjaw għall-annimali jew li jipproduċu l-prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandhom jieħdu miżuri adekwati, kif xieraq:

(a) li jhżommu dawk il-faċilitajiet użati b'konnessjoni mal-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi l-faċilitajiet użati għall-ħażna u t-tqandil ta' l-għalf, nodfa u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom b'manjera xierqa;

(b) li jżommu nadif u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom, b'manjera xierqa, l-apparat, il-kontenituri, id-dugħ, il-vetturi u d-dgħajjes;

(c) sa kemm ikun possibbli jassiguraw l-indafa ta' l-annimali li jkunu sejrin għall-qatla u, meta meħtieġ, l-annimali tal-produzzjoni;

(d) li jużaw ilma potabili, jew ilma nadif, meta meħtieġ għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni;

(e) li jassiguraw li l-persunal li jqandel l-oġġetti ta' l-ikel ikunu b'saħħithom u li jkollhom taħriġ dwar ir-rskji tas-saħħa;

(f) li sa kemm ikunu possibbli li jipprevenu milli l-annimali u l-pesti milli joħolqu kontaminazzjoni;

(g) li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni;

(h) li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ta' mard kontaġġuż trasmessibbli lejn il-bnedmin permezz ta' l-ikel, inklużi billi jittieħdu l-miżuri ta' prekwazzjoni meta jintroduċu annimali ġodda u li jirraportaw xi suspett ta' skoppjar ta' tali mard lejn l-awtorità kompetenti;

(i) li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-annimali jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(j) li jużaw l-addittivi ta' ma' l-għalf u l-prodotti mediċinali veterinarji b'mod korrett, kif meħtieġ bil-leġislazzjoni relevanti.

5. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati, kif xieraq:

(a) li jżommu nadif u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom, b'manjera xierqa, il-faċilitajiet, l-apparat, il-kontenituri, id-dugħ, il-vetturi u karettuni;

(b) jassiguraw, meta meħtieġ, produzzjoni iġenika, kondizzjonijiet tat-trasport u l-ħażna għal, u t-tindif ta', il-prodotti mill-pjanti;

(c) li jużaw ilma potabili, jew ilma nadif, meta meħtieġ għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni;

(d) li jassiguraw li l-persunall li jqandel l-oġġetti ta' l-ikel ikunu b'saħħithom u li jkollhom taħriġ dwar ir-rskji tas-saħħa;

(e) li sa kemm ikunu possibbli li jipprevenu l-annimali u l-pesti milli joħolqu kontaminazzjoni;

(f) li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni;

(g) li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(h) li jużaw l-addittivi ta' ma l-għalf u l-prodotti mediċinali veterinarji b'mod korrett, kif meħtieġ bil-leġislazzjoni relevanti.

6. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jieħdu l-azzjoni remedjali xierqa meta jkunu informati bi problemi identifikati matul il-kontrolli uffiċjali.

III. Iż-żamma tar-reġistri

7. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iżommu u jaħżnu r-reġistri li jirrigwardjaw il-miżuri fis-seħħ tal-kontroll tal-perikoli f'manjera xierqa u għall-perijodu xieraq, proporzjonalment man-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iqisu li l-informazzjoni relevanti li tkun f'dawk ir-reġistri, li tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti u lill-operaturi tal-negozju ta' l-ikel li jirċievu l-prodotti. Meta jkunu mituba biex jagħmlu dan.

8. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jkabbru l-annimali jew li jipproduċu prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandhom, partikolarment, li jżommu reġistri dwar:

(a) in-natura u l-oriġini ta' l-għalf mitmugħ lill-annimali;

(b) tal-prodotti mediċinali veterinarji jew ta' trattamenti oħrajn amministrati lill-annimali, id-dati ta' l-amministrazzjoni u l-perijodi ta' meta dawn ikunu mwaqqfa;

(c) l-okkorrenza ta' mard li jista jaffettwa s-sigurtà tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali;

(d) ir-riżultati ta' xi analiżi mwettqa fuq il-kampjuni miġbura mill-annimali jew xi kampjuni oħrajn li jkunu miġbura għal skopijiet diagnostiċi, li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(e) xi rapporti relevanti dwar il-verifiki mwettqa fuq l-annimali jew fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali.

9. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom, partikolarment iżommu registri dwar:

(a) xi użu ta' prodotti u bioċidi tal-protezzjoni tal-pjanti;

(b) l-okkorrenza ta' pesti jew ta' mard li jista' jaffettwa s-sigurtà tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti; u

(c) li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana;

10. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu ikunu mgħejjuna minn persuni oħrajn, bħalma huma veterinarji, agronomisti u tekniċi tal-irziezel, biż-żamma tar-reġistri.

PARTI B: RAKKOMMANDAZZJONIJIET GĦALL-GWIDI TAL-PRATTIKA TA' L-IĠJENE TAJBA

1. Il-gwidi nazzjonali u tal-Komunità referuti fl-Artikoli 7 sa 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu gwida dwar il-prattika tajba ta' l-iġjene għall-kontroll tal-perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati magħha.

2. Il-gwidi għall-prattika tajna ta' l-iġjene għandhom jinkludu informazzjoni xierqa dwar il-perikoli li jistgħu jinħolqu fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċċjati magħha dwar il-kontroll tal-perikoli, inklużi l-miżuri relavanti kif stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità u nazzjonali jew fil-programmi nazzjonali u tal-Komunità. Eżempji ta' tali perikoli u miżuri jistgħu jinkludu:

(a) il-kontroll ta' kontaminazzjoni bħalma huma l-mikotossini, il-metalli tqal u l-materjal; radjo-attiv;

(b) l-użu ta' l-ilma, skart organiku u fertilizzanti;

(c) l-użu sewwa u xieraq tal-prodotti u l-bioċidi għall-protezzjoni tal-pjanti u t-traċċabbiltà tagħhom;

(d) l-użu sewwa u xieraq tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-addittivi ta' ma' l-għalf u t-traċċabbiltà tagħhom;

(e) il-preparazzjoni, il-ħażna, l-użu u t-traċċabbiltà ta' l-għalf;

(f) id-disponiment xieraq ta' l-annimali mejta, l-iskart u l-ħmieġ;

(g) miżuri protettivi għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' mard kontaġġuż trasmissibbli lejn il-bnedmin permezz ta' l-ikel, u xi obbligi li jinnotifikaw b'dan lill-awtorità kompetenti;

(h) il-proċeduri, il-prattiċi u l-metodi sabiex jassiguraw li l-ikel ikun prodott, imqandel, ippakkjat, maħżun u ittrasportat skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi xierqa, inkluż it-tindif effettiv u l-kontroll tal-pesti;

(i) il-miżuri li jirrigwardjaw it-tindif ta' l-annimali għall-qatla u għall-produzzjoni;

(j) il-miżuri li jirrigwardjaw iż-żamma tar-reġistri.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ĦTIĠIET IĠJENIĊI ĠENERALI GĦALL-OPERATURI KOLLHA TAN-NEGOZJU TA' L-IKEL (APPARTI META L-ANNESS I IKUN APPLIKABBLI)

INTRODUZZJONI

Il-Kapitoli V sa XII huma applikabbli għall-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel u l-Kapitoli l-oħrajn għandhom ikunu applikabbli kif ġej:

- Il-Kapitolu I japplika għall-fondi ta' l-ikel kollha, apparti milli l-fondi li dwar japplika l-Kapitolu III

- Il-Kapitolu II japplika għall-kmamar kollha ta' fejn ikun preparat, ittrattat jew ipproċessat l-ikel, apparti miż-żoni ta' fejn isir l-ikel u l-fondi li dwar huwa applikabbli l-Kapitolu III

- Il-Kapitolu III japplika għal dawk il-fondi elenkati fl-intestatura tal-Kapitoli

- Il-Kapitolu IV japplika għat-trasportazzjoni kollha.

KAPITOLU I

Ħtiġiet ġenerali għall-fondi ta' l-ikel (apparti minn dawk speċifikati fil-Kapitolu III)

1. Il-fondi ta' l-ikel għandhom jinżammu nodfa u b'manutenzjoni, tiswijiet u kondizzjoni tajba.

2. It-tqassim, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-ippustjar u l-ħażna ta' l-ikel fil-fondi għandhom:

(a) jippermettu għal manteniment adekwat, tindif u/jew disinfettazzjoni, jevita jew inaqqas il-kontaminazzjoni mill-arja u jipprovdi spazju adekwat għax-xogħol sabiex jippermetti t-twettieq iġjeniku mill-operaturi kollha;

(b) ikun tali li jipprotteġi kontra l-akkumulazzjoni tal-ħmieġ, kuntatt ma' materjali tossiċi, it-tixrid ta' partiċelli fl-ikel u tal-formazzjoni tal-kondensazzjoni jew ta' moffa mhux mixtieqa fuq l-uċuħ;

(c) jippermetti għall-prattiċi ta' iġjene tajba ta' l-ikel, inkluża l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni u, partikolarment, il-kontroll tal-pesti; u

(d) meta meħtieġ, jipprovdu b'mod xieraq u f'temperatura ikkontrollata, kondizzjonijiet għat-tqandil u l-ħażna ta' kapaċità suffiċjenti għall-manutenzjoni ta' l-ikel f'temperaturi xierqa u iddisinjati li jippermettu sabiex dawk it-temperaturi jkunu issorveljati, u meta meħtieġ, irreġistrati.

3. Numru adekwat ta' WC bil-flushing għandhom ikunu disponibbli u konnessi ma' sistema effettiva tad-drenaġġ. Il-kmamar tal-WC m'għandhomx ikunu jiftħu direttament lejn il-kmamar ta' fejn l-ikel ikunu imqandel.

4. Numru adekwat ta' frikaturi tal-ħasil ta' l-idejn għandu jkun disponibbli, lokalizzati u iddisinjati għat-tindif ta' l-idejn. Il-friskaturi tal-ħasil ta' l-idejn għandhom ikunu ipprovduti b'ilma ġieri. Kiesaħ u sħun, materjali għat-tindif ta' l-idejn u għat-tnixxif b'mod iġjeniku. Meta meħtieġ, il-faċilitajiet għall-ħasil ta' l-ikel għandhom ikunu separati mill-faċilità tal-ħasil ta' l-idejn.

5. Għandu jkun hemm mezzi xierqa u suffiċjenti ta' ventilazzjoni naturali u mekkanika. Nixxija ta' arja mekkanika minn żona kontaminata lejn żona nadifa għandha tkun evitata. Is-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu mibnija hekk li jiffaċilitaw li l-filtri u l-partijiet l-oħrajn li jeħtieġ t-tindif jew l-iskambu ikunu aċċessibbli mingħajr tfixkil.

6. Konvenjenzi sanitarji għandhom ikollhom vetilazzjoni adekwata kemm naturali jew mekkanika.

7. Il-bini tal-preparazzjoni ta' l-ikel għandhom ikollhom dawl adekwat kemm naturali u/jew artifiċjali.

8. Il-faċilitajiet tad-drenaġġ għandhom ikunu adekwati għall-iskopijiet intiżi. Dawn għandhom ikunu iddisinjati u mibnija sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta l-kanali tad-drenaġġ (skular) ikunu kompletament jew parzjalment miftuħa, dawn għandhom ikunu hekk iddisinjati li l-iskart likwidu ma jkunx jiskula minn żona kontaminata għal ġewwa żona nadifa, partikolarment meta lejn żona ta' fejn l-ikel ikun imqandel li aktarx li jkun jippreżenta riskju qawwi għall-konsumatur finali.

9. Meta meħtieġ, faċilitajiet adekwati għat-tibdil tal-ħwejjeġ tal-persunal għandhom ikunu ipprovduti.

10. Aġenti tat-tindif u disinfettanti m'għandhom ikunu maħżuna fiż-żoni ta' fejn l-ikel ikun imqandel.

KAPITOLU II

Ħtigiet speċifiċi fil-kmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, ittrattat jew ipproċċessat (esklużi ż-żoni ta' l-ikel u dawk il-fondi speċifikati fil-Kapitolu III)

1. Fil-kmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, ittrattat jew ipproċessat (esklużi ż-żoni ta' l-ikel u dawk il-fondi speċifikati fil-Kapitolu III, imma inklużi il-kmamar li jkunu fil-mezzi tat-trasport) id-disinn u tqassim għandhom jippermettu għall-prattiċi ta' iġjene tajba dwar l-ikel, inkluża l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni bejn u matul l-operazzjonijiet. Partikolarment:

(a) l-uċuħ ta' l-art għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa. Meta xieraq, l-art għandha tippermetti wiċċ bi skular adekwat;

(b) l-uċuħ tal-ħitan għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, u jeħtieġu uċuħ lixxi sa għoli xieraq għall-operazzjonijiet sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa;

(c) is-soqfa (jew meta ma jkunx hemm soqfa, il-wiċċ intern tas-saqaf) u l-apparat imwaħħal fil-għoli, għandhom ikunu mibnija u rfinuti hekk li jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ħmieġ u li jnaqqsu l-kondensazzjoni, it-tkabbir ta' moffa mhux mixtieqa u t-twaqqiegħ ta' xi partiċelli;

(d) it-twieqi u l-fetħiet l-oħrajn għandhom ikunu iffurmati tali li jipprevjenu l-akkumulazzjoni tal-ħmieġ. Dawk li jistgħu ikunu miftuħa lejn l-ambjent estern għandhom, meta meħtieġ, ikunu mgħammra bi xbieki ta' kontra l-insetti li jkunu jistgħu jinqalgħu mingħajr tbagħtija għat-tindif. Meta t-twieqi miftuħa jkunu jirriżultaw f'kontaminazzjoni, it-twieqi għandhom jinżammu magħluqa u msakkra matul il-produzzjoni;

(e) il-bibien għandhom ikunu faċli li jitnaddfu u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa; u

(f) l-uċuħ (inklużi l-uċuħ ta' l-apparat) f'żoni ta' fejn l-ikel ikun imqandel u partikolarment f'dak b'kuntatt ma l-ikel għandhom ikunu miżmuma f'kondizzjoni tajba u jkunu faċli li jinħaslu u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa.

2. Faċilitajiet adekwati għandhom ikunu ipprovduti, meta meħtieġ, għat-tindif, id-disinfettar u l-ħażna ta' utensili u apparat tax-xogħol. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu magħmula minn materjali li jirreżistu l-korruzjoni, ikunu faċli li jitnaddfu u jkollhom forniment adekwat ta' ilma kiesaħ u sħun.

3. Dispożizzjoni adekwata għandha ssir, meta meħtieġ, għall-ħasil ta' l-ikel. Kull mejjilla jew faċilità tali oħra li tkun ipprovduta għall-ħasil ta' l-ikel għandha jkollha forniment adekwat ta' ilma potabili sħun u/jew kiesaħ li jkun konsistenti mal-ħtiġiet tal-kapitoli VII u li tinżamm nadifa u, meta meħtieġ, disinfettata.

KAPITOLU III

Ħtiġiet għal fondi portabili u/jew temporanji (bħalma huma tined, posti tas-suq, vetturi mibbli tal-bejgħ), fondi użati primarjament bħala dwar abitabbli privati imma fejn l-ikel ikunu regolarment preparat għat-tqegħid fis-suq u magni awtomatiċi tal-bejgħ

1. Fondi u magni awtomatiċi tal-bejgħ għandhom, sa kemm ikun prattikament raġjonevoli, hekk posizzjonati, iddisinjati, mibnija u miżmuma nodfa u miżmuma f'kondizzjoni tajba ta' tiswija u ikkondizzjonati hekk li jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni, partikolarment mill-annimali u l-pesti.

2. Partikorament, meta meħtieġ:

(a) faċilitajiet xierqa għandhom ikunu disponibbli għall-manutenzjoni ta' iġjene adekwata personali (inklużi l-faċilitajiet għall-ħasil u t-tnixxif iġjeniku ta' l-idejn, l-arranġamenti iġjeniċi sanitarji u l-faċilitajiet għat-tibdil tal-ħwejjeġ);

(b) l-uċuħ li jkunu f'kuntatt ma l-ikel għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali lixxi, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa;

(c) provvedimenti adekwati għandhom ikunu disponibbli għall-ħasil u, meta meħtieġ, id-disinfettar ta' l-utensili u l-apparat tax-xogħol;

(d) meta l-oġġetti ta' l-ikel ikunu mnaddfa bħala parti mill-operazzjonijiet tan-negozju ta' l-ikel, provvediment adekwat għandu jseħħ sabiex dan isir b'mod iġjeniku;

(e) forniment adekwat ta' ilma potabbli sħun u/jew kiesaħ għandu jkun disponibbli;

(f) arranġamenti adekwati u/jew faċilitajiet għall-ħażna iġjenika u r-rimi ta' sustanti perikolużi u/jew mhux tajbin għall-ikel u wkoll tal-iskart (sew jekk likwidu jew solidu) għandhom ikunu disponibbli;

(g) faċilitajiet u/jew arranġamenti adekwati għall-manutenzjoni u l-monitoraġġ ta' kondizzjonijiet adattati tat-temperatura ta' l-ikel għandhom ikunu disponibbli;

(h) l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu hekk imqiegħda li jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni, sa kemm dan ikun prattikament possibbli.

KAPITOLU IV

Trasport

1. Il-mezzi tal-ġarr u/jew il-kontenituri użati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom jinżammi nodfa u b'manutenzjoni u tiswijiet tajba u f'kondizzjoni hekk li jipprotieġu l-ikel mill-kontaminazzjoni u għandhom, meta meħtieġ, li jkunu hekk iddinjati u mibnija li jippermettu tindif u/jew disinfettar adekwat.

2. Reċipjenti f'vetturi u/jew kontenituri m'għandhom ikunu wżati għat-trasport ta' xi ħaġa oħra apparti milli l-oġġetti ta' l-ikel meta tali użu jista jirriżulta f'kontaminazzjoni.

3. Meta l-mezzi tal-ġarr u/jew il-kontenituri ikunu wżati għat-trasportazzjoni ta' xi ħaġa oħra b'żieda ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew għat-trasportazzjoni ta' oġġetti differenti ta' l-ikel fl-istess waqt, għandu jkun hemm, meta meħtieġ, separazzjoni effettiva tal-prodotti.

4. Oġġetti ta' l-ikel fil-massa u likwidi, jew fil-għamla ta' granuli jew trab għandhom ikunu ittrasportati f'reċipjenti u/jew kontenituri/tankijiet irriservati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel. Tali kontenituri għandhom ikunu immarkati b'mod kjarament viżibbli u b'metodu li ma jitħassarx, f'waħda jew aktar mil-lingwi tal-Komunità, hekk li juru li dawn ikunu wżati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel, jew għandhom ikunu immarkati "biss għall-oġġetti ta' l-ikel".

5. Meta l-mezzi u/jew il-kontenituri tat-trasport ikunu ġew użati għat-trasportazzjoni ta' xi ħaġa oħra apparti milli ta' l-oġġetti ta' l-ikel, jew għat-trasportazzjoni ta' oġġetti differenti ta' l-ikel, għandu jkun hemm tindif effettiv bejn it-tagħbijiet sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni.

6. Oġġetti ta' l-ikel fil-mezzi u/jew kontenituri tat-trasport għandhom ikunu hekk imqiegħda u protetti sabiex jimminimizzaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni.

7. Meta meħtieġ, il-mezzi u/jew il-kontenituri tat-trasport użati għat-trasportazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu tali li jżommu l-oġġetti ta' l-ikel f'temperaturi adekwati u li jippermettu li dawk it-temperarturi jkun issorvelajti.

KAPITOLU V

Ħtiġiet ta' l-apparat

1. L-oġġetti, l-għodda u l-apparat kolha li jkunu f'kuntatt ma l-ikel għandhom:

(a) ikunu effittivament imnaddfa u, meta meħtieġ, disinfettati. It-tindif u d-disinfettazzjoni għandhom iseħħu matul intervalli suffiċjenti sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni;

(b) hekk maħduma, li jkunu ta' tali materjali u miżmuma f'tali kondizzjoni, fi stat tajjeb u b'tiswija xierqa sabiex jimminimizzaw kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni;

(c) bl-eċċezzjoni tal-kontenituri u l-pakketti li ma jitreġġgħux lura, hekk kostruwiti, li jkunu minn tali materjali u miżmuma f'tali f'tali kondizzjoni, fi stat tajjeb u b'tiswija xierqa sabiex dawn ikunu jistgħu jinżammu nodfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati; u

(d) ikunu nstallati b'tali mod hekk li jippermetti it-tindif adekwat ta' l-apparat u taż-żona tal-madwar.

2. Meta meħtieġ, l-apparat għandu jkun mgħammar b'sistema ta' kontrolli xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettieq ta' l-objettivi ta' dan ir-Regolament,

3. Meta jkunu ġew użati addittivi kimiċi għall-prevenzjoni tal-korrużjoni ta' l-apparat jew tal-kontenitur, dawn għandhom ikunu wżati bi qbil mal-prattika tajba.

KAPITOLU VI

Skart ta' l-ikel

1. L-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor għandhom ikunu mneħħija mill-lmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreżentat, malajr kemm jista jkun possibbli, hekk li tkun evitata il-kontaminazzjoni tagħhom.

2. L-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor għandhom ikunu depożitati f'kontinituri li jingħalqu, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikun u jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li t-tipi l-oħrajn jew is-sistemi u ta' l-evakwazzjoni użati huma xierqa. Dawn il-konrtenituri għandhom ikunu ta' kostruzzjoni xierqa, miżmuma f'kondizzjoni tajba, u faċli li jitnaddfu, u meta meħtieġ disinfettati.

3. Provvediment adekwat għandu jsir għall-ħażna u r-rimi ta' l-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor. L-iħażen tal-iskart għandho ikunu iddisinjati u amministrati b'tali mod hekk li dawn ikunu jistgħu jinżammu nodfa u, meta meħtieġ, ħielsa minn annimali jew pesti.

4. L-iskart kollu għandu jkun eliminat b'mod iġjeniku u mingħajr ħsara għall-ambjent bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità applikabbli għal dak il-għan, u li ma jkunx jikkostitwixxi, direttament jew indirettament, sorsi ta' kontaminazzjoni.

KAPITOLU VII

Forniment ta' l-ilma

1. (a) Għandu jkun hemm forniment adekwat ta' ilma potabili, li għandu jkun użat kull meta meħtieġ sabiex jassigura li l-oġġetti ta' l-ikel ma jkunux kontaminati;

(b) Ilma nadif jista jkun użat mal-prodotti kollha tas-sajd. Ilma baħar nadif jista jkun użat ma molluskoli bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marittimi; ilma nadif jista wkoll ikun użat għall-ħasil estern. Meta tali ilma jkun użat, faċilitajiet adekwati għandhom ikunu dusponibbli għall-forniment tiegħu.

2. Meta jkun użat ilma mhux-potabili, per eżempju għall-kontroll tan-nirien, il-produzzjoni tal-fwar, ir-refriġerazzjoni u skopijiet simili oħrajn, dan għandu jkun jiċċirkola f'sistema separata identifikata kif meħtieġ. Ilma mhux potabili m'għandhum ikun konness ma', jew jiħalla li jitħallat ma', is-sistemi ta' l-ilma potabili.

3. Ilma riċiklat użat fil-proċessar jew bħala ingredjent m'għandux jippreżenta riskju ta' kontaminazzjoni. Dan għandu jkun ta' l-istess livell bħall-ilma potabili, sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kwalità ta' l-ilma ma tkunx tista taffettwa l-bonta ta' l-oġġetti ta' l-ikel fil-għamla finali.

4. Is-silġ li jiġi f'kuntatt dirett ma' l-ikel jew li jista' jikkontamina l-ikel għandu jkun magħmul minn ilma potabili jew, meta użat sabiex ikessaħ il-prodotti mis-sajd, ilma nadif. Dan għandu jkun disponibbli, mqandel u maħżun skond il-kondizzjonijiet hekk li jipprotieġuh mill-kontaminazzjoni.

5. Il-fwar użat direttament f'kuntatt ma l-ikel m'fgħandux ikun fih xi sustanza li tippreżenta periklu għas-saħħa jew li aktar jikkontamina l-ikel.

6. Meta trattament tas-sħana jkun applikat gaħħ-oġġetti ta' l-ikel f'kontenituri eramtikament issiġġalati, għandu jkun assigurat li l-ilma użat għat-tberrid tal-kontenituri wara t-trattament bis-sħana, ma jkunx sorsi ta' kontaminazzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel.

KAPITOLU VIII

Iġjene personali

1. Kull persuna li taħdem fiż-żona tat-tqandil ta' l-ikel għandha żżomm grad għoli ta' indafa personali u għandha tilbes ilbies xieraq, nadif u, meta meħtieġ, protettiv.

2. L-ebda persuna li tbagħti minn, jew li tkun imniġġsa minn mard li aktarx li jista jkun trasmess permezz ta' l-ikel jew li tkun marida, per eżempju, bi ġrieħi infettati, infezzjonijiet tal-ġilda, ħrieġi jew diarrea, m'għandu jkun imħolli li jqandel l-ikel jew li jidħol fiż-żona ta' fejn ikun imqandel l-ikel, fi kwalunkwe kapaċità, jekk ikun hemm il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni diretta jew inderetta. Kwalunkwe persuna hekk affetwata u impjegati fin-negozju ta' l-ikel u li aktar li tkun f'kuntatt ma l-ikel għandha immedjetament tirraporta il-mard jew is-sintomi tagħha, u jekk possibbli il-kawża tagħhoim, lejn l-operatur tan-negozju ta' l-ikel.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-oġġetti ta' l-ikel

1. Operatur tan-negozju ta' l-ikel m'għandux jaċċetta materjali primi jew ingredjenti, apparti milli annimali ħajjin, jew xi materjal ieħor użat fil-prodotti, jekk ikun magħruf li dawn kienu, jew jistgħu raġjonevolment mistennija li kienu, kontaminati bil-parassiti, mikro-organiżmi patoġeniċi jew tossiċi, sustanzi stranjeri jew iddikomponinati sa tali limitu li, anki wara li l-operatur tan-negozju ta' l-ikel ikun b'mod iġjeniku applika l-għażla normali u/jew il-proċeduri preparatorji jew tal-ipproċessar, il-prodott finali ma jkunx tajjeb għall-konsum uman.

2. Materjali primi u l-ingredjenti kollha maħżuna fin-negozju ta' l-ikel għandhom jinżammu f'kondizzjonijiet xierqa iddisinjati għall-prevenzjoni ta' deterjorazzjoni perikoluża u li jkunu protetti mill-kontaminazzjoni.

3. Fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, l-ikel għandu jkun protett kontra xi kontaminazzjoni li aktars li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum uman, ta' ħsara għas-saħħa jew kontaminat b'tali mod li ma jkunx raġjonevolment mistenni li jkun ikkunsmat f'dak l-istat.

4. Proċeduri adekwati għandhom ikunu fis-seħħ għall-kontroll tal-pesti. Proċeduri adekwati għandhom ukoll ikunu fis-seħħ sabiex jipprevjenu milli l-annimali domestiċi jkollhom aċċess lejn il-postijiet ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, maħżun jew imqandel (jew, meta l-awtorità kompetenti hekk tippermetti f'każi speċifiċi, li jipprevjenu milli tali aċċess ikun jirriżulta f'kontaminazzjoni).

5. Il-materjali primi, l-ingredjenti, il-prodotti intermedji u l-prodotti finali li aktar li jħeġġu r-riproduzzjoni ta' mikro-organiżmi patoġeniċi jew tal-formazzjoni ta' tossini, m'għandhomx jinżammu f'temperatura li tista' tirriżulta f'riskju għas-saħħa. Il-katina tal-kesħa m'għandhiex tkun interrotta. B'dana kollu, perijodi limitati il-barra mill-kontroll tat-temperatura huma permissibbli, sabiex jakkomodaw il-prattikalitajiet tat-tqandil matul il-preparazzjoni, t-trasport, il-ħażna, il-wiri u l-preżentazzjoni ta' l-ikel, basta li dan ma jkunx jirriżulta f'riskju għas-saħħa. In-negozji tal-manifattura ta' l-ikel, it-tqandil u it-tgeżwir ta' l-oġġetti ta' l-ikel ipproċessati, għandhom ikollhom kmamar xierqa, kbar biż-żejjed għal ħażna separat tal-materja prima il-bogħod mill-materja ipproċessata u b'separazzjoni suffiċjenti fil-ħażna tar-rifreġirazzjoni.

6. Meta l-oġġetti ta' l-ikel jeħtieġ li jinżammu fit-temperaturi tat-tkessieħ dawn għandhom ikunu mkessħa malajr kemm jista jkun possibbli wara l-istadju tal-ipproċċessar bis-sħana, jew tal-istadju tal-preparazzjoni finali jekk l-ebda proċess ta' sħana ma jkun applikat, lejn temperatura li ma tkunx tirriżulta f'riskju għas-saħħa.

7. It-tneħħija tas-silġ minn oġġetti ta' l-ikel għandha sseħħ b'tali mod hekk li timminimizza r-riskju tat-tkabbir tal-mikro-organiżmi patoġeniċi jew il-formazzjoni ta' tossini fl-ikel. Matul it-tneħħija tas-silġ, l-ikel għandu jkun suġġett għal temperaturi li ma jkunux jirriżultaw f'riskju għas-saħħa. Meta l-likmwidu li jirriżulta mit-tnbeħħija tas-silġ jista jkun li jippreżenta riskju għas-saħħa, dan għandu jkun skulat b'mod adekwat. Wara t-tneħħija tas-silġ, l-ikel għandu jkun imqandel f'tali manjera hekk li timminimizza r-riskju tat-tkabbir tal-mikro-organiżmi patoġeniċi jew il-formazzjoni ta' tossini fl-ikel.

8. Sustanzi perikolużi u/jew mhux tajbin għall-ikel, inklużi l-għalf ta' l-annimali, għandhom ikollhom tikketti adekwati u maħżuna f'kontenituri separati u siguri.

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet applikabbli għat-tgeżwir u l-ippakkjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel

1. Il-materjal użat għat-tgeżwir u l-ippakkjar m'għandux ikunu sorsi ta' kontaminazzjoni.

2. Il-materjali tat-tgeżwir għandhom ikunu maħżuna b'tali mod hekk li dan ma jkunux esposti għall-kontaminazzjoni.

3. L-operazzjonijiet tat-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom jitwettqu sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni tal-prodotti. Meta xieraq u partikolarment fil-każ ta' laned jew vażetti tal-ħġieġ, l-integrità tal-kosrtruzzjoni tal-kontenituri u l-indafa tagħhom għandha tkun assigurata.

4. Il-materjal tat-tġeżwir u l-ippakkjar li jkun użat miull-ġdid għall-ġġetti ta' l-ikel għandu jkun tali hekk li jkun faċli li jitnaddaf u, meta meħtieġ, disinfettat.

KAPITOLU XI

Trattament ta' sħana

Il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw biss għall-ikel imqiegħed fis-suq f'kontenituri ermatikament issiġġilati:

1. Kwalunkwe proċess tat-trattament bis-sħana li jkun użat għall-ipproċessar ta' prodott mhux ipproċessat jew għal aktar proċessar tal-prodott għandu:

(a) itella' t-temperatura ta' kull parti tal-prodott ittrattat lejn it-temperatura mistqarra għat-tul tal-perijodu ta' żmien meħtieġ; u

(b) jipprevjeni milli l-prodott isir kontaminat matul il-proċess;

2. to ensure that the process employed achieves the desired objectives, food business operators are to check regularly the main relevant parameters (particularly temperature, pressure, sealing and microbiology), including by the use of automatic devices;

3. the process used should conform to an internationally recognised standard (for example, pasteurisation, ultra high temperature or sterilisation).

POGLAVJE XII

Training

Food business operators are to ensure:

1. that food handlers are supervised and instructed and/or trained in food hygiene matters commensurate with their work activity;

2. that those responsible for the development and maintenance of the procedure referred to in Article 5(1) of this Regulation or for the operation of relevant guides have received adequate training in the application of the HACCP principles; and

3. compliance with any requirements of national law concerning training programmes for persons working in certain food sectors.

--------------------------------------------------

Top