Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0805

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

OJ L 143, 30.4.2004, p. 15–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 007 P. 38 - 62
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 007 P. 3 - 27
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 007 P. 3 - 27
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 172 - 196

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/805/oj

32004R0805



Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0015 - 0039


Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 61(ċ) u titeni inċiż ta' l-Artikolu 67(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Il-Komunità stabbiliet għaliha nnifisha l-mira li tmanti u tiżviluppa żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, li fiha ikun assigurat il-movement liberu tal-persuni. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tadotta, fost ħwejjeġ oħra, miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li huma meħtieġa għall-iffunzjonar xieraq tas-suq intern.

(2) Fit-3 ta' Diċembru 1998, il-Kunsill adotta Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kif l-aħjar jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja [4] (il-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna).

(3) Il-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 ikkonferma l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji bħala l-pedament għall-ħolċqen ta' żona ġudizzjarja ġenwina.

(4) Fit-30 ta' Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [5]. Dan il-programm jinkludi fl-ewwel stadju tiegħi t-tneħħija ta' exequatur, jiġifieri, il-ħolqien ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati.

(5) Il-kunċett ta' "talbiet mhux kontestati" għandu ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom kreditur, minħabba n-nuqqas verifikat ta' xi disputa mid-debitur dwar in-natura jew il-limitu tat-talba ta' flus, ikun kiseb jew deċiżjoni tal-qorti kontra d-debitur jew dokument ta' infurzar li jeħtieġ il-kunsens espress tad-ebitur, sew jekk ikun settlement tal-qorti jew strument awtentiku.

(6) In-nuqqas ta' oġġezzjonijiet mid-debitur kif stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) jistagħu jieħu l-forma ta' nuqqas li jidher fi smigħ tal-qorti jew nuqqas li jikkonforma ma' talba tal-qorti li jagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu li jiddefendi l-każ.

(7) Dan ir-Regolament għandu japplika għal sentenzi, settlement tal-qorti u strumenti awtentiċi dwar talbiet mhux kontestati u għad-deċiżjonijiet mogħtija wara kontestazzjonijiet għal sentenzi, settlement tal-qorti u strumenti awtentiċi ċertifikati bħala Ordnijiet Ewropej ta' Infurzar.

(8) Fil-konklużjonijiet tiegħu f'Tampere, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra l-aċċess għall-infurzar fi Stat Membru li ma ikunx dak li fih kienet ingħatat is-sentenza jitħaffef u jiġi simplifikat billi jitneħħew xi miżuri intermedjarji li jkollhom jittieħdu qabel l-infurzar fl-Istat Membru li fih ikun qed jitfittex l-infurzar. Sentenza li tkun ġiet ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar mill-qorti ta' oriġini għandha, għall-finijiet ta' l-infurzar, tiġi ttrattata daqslikieku kienet ingħatat fl-Istat Membru li fih ikun qed jitfittex l-infurzar. Fir-Renju Unit, per eżempju, ir-reġistrazzjoni ta' sentenza barranija ċertifikata għandha għalhekk isegwi l-istess regoli bħar-reġistrazzjoni ta' sentenza minn parti oħra tar-Renju Unit u ma għandhiex timplika reviżjoni fir-rigward tas-sustanza ta' dik is-sentenza barranija. L-arranġamenti għall-infurzar ta' sentenzi għandhom jibqgħu jiġu regolati bil-liġi nazzjonali.

(9) Dik il-proċedura għandha toffri vantaġġi sinjifikanti meta mqabbla mal-proċedura exquatur li hemm provvediment dwarha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2002 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [6], minħabba li m'hemmx il-ħtieġa għall-approvazzjoni mill-ġudizzjarji tat-tieni Stat Membru bid-dewmien u l-ispejjeż li dan jinvolvi.

(10) Fejn qorti fi Stat Membru tkun tat sentenza fuq talba mhux kontestata fl-assenza ta' parteċipazzjoni fil-proċedimenti, it-tneħħija ta' xi verifiki fl-Istat Membru ta' l-infurzar hija intrinsikament marbuta u dipendenti fuq l-eżistenza ta' garanzija suffiċjenti ta' l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża.

(11) Dan ir-Regolament ifittex li jippromwovi d-drittijiet fundamentali u jagħti kont tal-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, huwa jfittex li jassigura ir-rispett sħiħ għal dritt ta' smigħ ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta.

(12) Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi għall-proċeduri li jwasslu għas-sentenza sabiex jiġi żgurat li d-debitur ikun informat dwar l-azzjoni fil-qorti kontrih, il-ħtiġiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċeduri li jikkontesta t-talba u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni tiegħu fi żmien bizzejjed u b'dak il-mod li huwa ikun jista' jirranġa għad-difiża tiegħu.

(13) Minħabba d-differenzi bejn l-Istati membri fir-rigward tar-regoli tal-proċedura ċivili u speċjalment dawk li jiregolaw in-notifika tad-dokumenti, huwa meħtieġ li tiġi preskritta definizzjoni speċifika u dettaljata dwar dawk l-istandards minimi. B'mod partikolari, kull metodu ta' notifika li huwa bbażat fuq assunzjonijiet legali fir-rigward tat-twettieq ta' dawk l-istandards minimi ma għandhomx jitqiesu bħala suffiċjenti għaċ-ċertifikazzjoni ta' sentenza bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar.

(14) Il-metodi kollha ta' notifika elenkati fl-Artikoli 13 u 14 huma karatterizzati jew b'ċertezza sħiħa (L-Artikolu 13) jew bi grad għoli ta' probabbilità (L-Artikolu 14) li d-dokument notifikat ikun qasal għand l-indirizzat. Fit-tieni kategorija, is-sentenza għandha biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar jekk l-Istat Membru ta' l-oriġini ikollu mekkaniżmu adattat li jippermetti lid-debitur li japplika għal reviżjoni tas-sentenza taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 f'dawk il-każi eċċezzjonali fejn, minkejja l-konformità ma' l-Artikolu 14, id-dokument ma ikunx wasal għand l-indirizzat.

(15) In-notifika personali fuq ċerti persuni minbarra d-debitur innifssu skond l-Artikolu 14(1)(a) u (b) għandha tiftiehem li tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dawk id-disposizzjonijiet biss jekk dawk il-persuni attwalment jaċċettaw/jirċievu d-dokument in kwistjoni.

(16) L-Artikolu 15 għandu japplika għal sitwazzjonijiet fejn id-debitur ma ikunx jista' jirrappreżenta lilu nnifsu fil-qorti, bħal fil-każ ta' persuna ġuridika, u fejn persuna li tirrappreżentah tkun stabbilita bil-liġi kif ukoll f'sitwazzjonijiet fejn id-ebitur ikun awtorizza persuna oħra, b'mod partikolari avukat, biex tirrappreżentah fil-proċeduri speċifiċi tal-qorti in kwistjoni.

(17) Il-qrati kompetenti biex jiflu l-konformità sħiħa ma' l-istandards minimi ta' proċedura għandhom, fejn sodisfatti, joħorġu ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar standardizzat li jagħmel l-iskrutinju u r-riżultati tiegħu traspararenti.

(18) Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Mmebri tiġġustifika l-istima mill-qorti ta' Stat Membru wieħed li l-kondizzjonijiet kollha għaċ-ċertifikazzjoni ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar ikunu mħarsa biex jippermettu li sentenza għandha tkun infurzata fl-Istati Membri l-oħra kollha mingħajr reviżjoni ġudizzjarja ta' l-applikazzjoni kif imiss ta' l-istandards minimi proċedurali fl-Istat Membru fejn għandha tiġu nfurzata s-sentenza.

(19) Dan ir-Regolament ma jimplikax xi obbligi għall-Istati Membri li jadattaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għall-istandards proċedurali minimi stipulati fih. Huwa jipprovdi inċentivi għal dak il-għan billi jagħmel disponibbli infurzar aktar effiċjenti u mgħaġġel tas-sentenzi fi Stati Membri oħra biss jekk dawk l-istandards minimi jitħarsu.

(20) L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati għandhom ikun bl-għażla għall-kreditur, li jista' jagħżel is-sistema ta' rikonoxximent u infurzar taħt ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jew strumenti oħra tal-Komunità.

(21) Fejn dokument ikun intbagħat minn Stat Membru għan-notifika hemmhekk, dan ir-Regolament u b'mod partikolari ir-regoli dwar in-notifika stipulati fih għandhom japplikaw flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [7], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' l-Istati Membri magħmula taħt l-Artikolu 23 tiegħu.

(22) Minħabba li l-miri ta' l-azzjoni proposta ma jistgħux suffiċjentement jinkisbu mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx ‘l hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-miri.

(23) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [8].

(24) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifika w ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(25) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll, dwar il-posizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(26) Skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 67(5) tat-Trattat, il-proċedura ta' kosentenza hija applikabbli mill-1 ta' Frar 2003 għall-miżuri preskritti f'dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati li jippermetti, permezz tal-preskrizzjoni ta' standards minimi, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' sentenzi, settlement tal-qrati u strumenti awtentiċi mal-Komunità kollha mingħajr ma ikun meħtieġ li jinġiebu xi proċeduri intermedjarji fl-Istat Membru ta' l-infurzar qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal. Dan ma għandux jestendi, b'mod partikolari, għal dħul, kwistjonijiet doganali jew amministrattivi jew ir-responsabbilità ta' l-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċiżżju ta' l-awtorità ta' l-Istat ("acta iure imperii").

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) l-istatus jew il-kapaċità legali ta' persuni naturali, drittijiet fi proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;

(b) falliment, proċeduri li jirrelataw ma' l-għeluq ta' kiumpanniji falluti jew persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, komposizzjonijiet u proċeduri analogi;

(ċ) sigurtà soċjali;

(d) arbitraġġ.

3. F'dan ir-Regolament, l-espressjoni "Stat Membru" għandha tfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 3

Drittijiet ta' infurzar li għandhom jiġu ċertifikati bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal sentenzi, settlement tal-qorti, u strumenti awtentiċi dwar talbiet mhux kontestati.

Talba titqies bħala mhux kontestata jekk:

(a) id-debitur ikun espressament qabel miegħu billi ammetta jew permezz ta' settlement li ikun ġie approvat minn qorti jew konkluż quddiem qorti fil-kors ta' proċeduri; jew

(b) id-debitur ma jkun oġġezzjoni qatt għalih, b'konformità mal-ħtiġiet relevanti proċedurali taħt il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, fil-kors tal-proċeduri tal-qorti; jew

(ċ) id-debitur ma jkunx deher jew ġie rappreżentat fis-smigħ tal-qorti fir-rigward ta' dik it-talba wara li kien inizjalment oġġezzjoni għat-talba fil-kors tal-proċeduri tal-qorti, kemm-il darba dak il-koportament ikun jammonta għal ammissjoni siekta tat-talba jew tal-fatti allegati mill-kreditur taħt il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini; jew

(d) id-debitur ikun espressament qabel li jkun strument awtentiku.

2. Dan ir-Regolament għandu wkoll japplika għal deċiżjonijiet mogħtija wara kontestazzjonijiet għal sentenzi, settlement tal-qorti jew strumenti awtentiċi ċertifikati bħala Ordnijiet Ewropej ta' Infurzar.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. "sentenza": kull sentenzamogħtija minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru, irrispettivament x'tissejjaħ dik is-sentenza, inkluż digriet, ordni, deċiżjoni jew mandat ta' eżekuzzjoni, kull ukoll l-istabbiliment tan-nefqiet jew l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti;

2. "talba": talba għal ħlas ta' somma speċifika ta' flus li tkun saret dovuta jew li dwarha d-data debita tkun indikata fis-sentenza, settlement tal-qorti jew strument awtentiku;

3. "strument awtentiku":

(a) dokument li jkun tħejja formalment jew reġistrat bħala strument awtentiku, u li l-awtentiċità tiegħu:

(i) tirrelata mal-firma u l-kontenut ta' l-istrument; u

(ii) ikun ġie stabbilit minn awtorità pubblika jew awtorità oħra li jkollha s-setgħa għal dak il-għan mill-Istat Membru li fih joriġina;

jew

(b) arranġament li jirrelata ma' obbligi ta' manteniment konklużi ma' l-awtoritajiet amministrattivi jew awtentikat minnhom;

4. "Stat Membru ta' l-oriġini": l-Istat Membru li fih tkun ingħatat is-sentenza, kien approvat jew konkluż is-settlement tal-qorti jew kien tħejja jew ġie reġistrat l-istrument awtentiku, u għandu jiġi ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar;

5. "Stat Membru ta' l-infurzar": l-Istat Membru li fih titfittex l-infurzar tas-sentenza, is-settlement tal-qorti jew l-istrument awtentiku ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar;

6. "qorti ta' oriġini": il-qorti jew tribunal responsabbli għall-proċeduri fiż-żmien tat-twettieq tal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(a), (b) jew (ċ);

7. fl-Isvezja, il-proċeduri sommarji li jikkonċernaw ordnijiet għall-ħlas (betalningsföreläggande), l-espressjoni "qorti" tinkludi s-servizz Svediż ta' infurzar (kronofogdemyndighet).

KAPITOLU II

ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR

Artikolu 5

Tneħħija ta' exequatur

Sentenza li tkun ġiet ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandha tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' infurzar u mingħajr il-possibbiltà ta' xi opposizzjoni tar-rikonoxximent tagħha.

Artikolu 6

Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar

1. Sentenza dwar talba mhux kontestata mwassla fi Stat Membru għandha, ma' l-applikazzjoni f'kull żmien tal-qorti ta' oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar jekk:

(a) is-sentenza tkun tista' tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta' l-oriġini; u

(b) is-sentenza ma tkunx f'konflitt mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni kif preskritti fit-taqsimiet 3 u 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001; u

(ċ) il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta' l-oriġini ikunu ħarsu l-ħtiġiet kif stipulati fil-Kapitolu III fejn talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ); u

(d) is-sentenza kienet ingħatat fl-Istat Membru tad-domiċilju tad-debitur skond it-tifsira ta' l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, fil-każi fejn

- it-talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ); u

- tkun tirrelata ma' kuntratt konkluż minn persuna, il-konsumatur, li għal fini tagħha tista' titqies bħala li tkun barra n-negozju jew professjoni tagħha; u

- id-debitur ikun il-konsumatur.

2. Fejn sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar ittemm mill tibqa' tista' tiġi nfurzata jew l-infurzar tagħha ikun ġie sospiż jew limitat, ċertifikat li juri n-nuqqas ta' limitazzjoni ta' l-infurzar għandu, ma' l-applikazzjoni f'kull żmien tal-qorti ta' oriġini, jinħareġ, bl-użu tal-formola standard fl-Anness IV.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(2), fejn deċiżjoni tkun ingħatat wara kontestazzjoni għal sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jinħareġ, ma' l-applikazzjoni f'kull żmien, ċertifikat ta' sostituzzjoni, bl-użu tal-formola standard fl-Anness V, jekk dik id-deċiżjoni dwar il-kontestazzjoni tkun tista' tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta' l-oriġini.

Artikolu 7

Nefqiet relatati ma' proċeduri tal-qorti

Fejn sentenza tinkludi deċiżjoni li tista' tiġi nfurzata fuq l-ammont tan-nefqiet li jirrelataw mal-proċeduri tal-qorti, inklużi r-rati ta' mgħax, din għandha tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar ukoll fir-rigward tan-nefqiet kemm-il darba d-debitur ma jkunx speċifikament oġġezzjona għall-obbligu tiegħu li jġorr dawk in-nefqiet fil-kors tal-proċeduri tal-qorti, skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

Artikolu 8

Ċertifikat parzjali ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar

Jekk partijiet biss tas-sentenza ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament, għandu jinħareġ ċertifikat parzjali ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għal dawk il-partijiet.

Artikolu 9

Ħruġ ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar

1. Iċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għandu jinħareġ bl-użu tal-formola standard fl-Annessi.

2. Iċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għandu jinħareġ fil-lingwa tas-sentenza.

Artikolu 10

Korrezzjoni jew irtirar ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar

1. Iċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għandu, fuq applikazzjoni mill-qorti ta' oriġini, jiġi

(a) korrett fejn, minħabba żball materjali, ikun hemm diskrepanza bejn is-sentenza u ċ-ċertifikat;

(b) rtirat fejn ikun ċar li ikun ingħata bi żball, wara li jingħata kont tal-ħtiġiet preskritti f'dan ir-Regolament.

2. Il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini għandha tgħodd għall-korrezzjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar.

3. Applikazzjoni għall-korrezzjoni jew l-irtirar ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar tista' ssir bl-użu tal-formola standard fl-Anness VI.

4. Ma jista' jsir ebda appell kontra l-ħruġ ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar.

Artikolu 11

Effett taċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar

Iċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar għandu jkollu effett biss fil-limiti ta' l-infurzabilità tas-sentenza.

KAPITOLU III

STANDARDS MINIMI GĦALL-PROĠEDURI TA' SENTENZI MHUX KONTESTATI

Artikolu 12

Kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards minimi

1. Sentenza fuq talba li ma tkunx kontestata skod it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) tista' biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar jekk il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta' l-oriġini ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali stipulati f'dan il-Kapitolu.

2. L-istess ħtiġiet għandhom japplikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar jew ċertifikat ta' sostituzzjoni skond it-tifsira ta' l-Atikolu 6(3) għal deċiżjoni wara kontestazzjoni tas-sentenza fejn, fl-istess żmien tad-deċiżjoni, il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) jiġu mħarsa.

Artikolu 13

Notifika bil-prova li d-debitur ikun irċeviha

1. Id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jista' ikun ġie notifikat lid-debitur permezz ta' xi wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) notifika attestata permezz ta' konferma ta' riċevuta, inkluża d-data tar-riċevuta, li tkun iffirmata mid-debitur;

(b) notifika personali attestata permezz ta' dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li teffettwa n-notifika li tiddikjara li d-debitur ikun irċieva d-dokument jew ikun irrifjura li jirċevih mingħajr ġustifikazzjoni legali, u d-data tan-notifika;

(ċ) servizz postali attestat permezz ta' konferma tar-riċeviment inkluża d-data tar-riċeviment, li tiġi ffirmata u mibgħuta lura mid-debitur;

(d) notifika permezz ta' mezzi elettroniċi bħal fax jew posta elettronika, attestata permezz tal-konferma tar-riċeviment inkluża d-data tar-riċeviment, li tiġi ffirmata u mibgħuta lura mid-debitur.

2. Kull taħrika għal smigh tal-qorti li tkun ġiet notifikata lid-debitur skond il-paragrafu 1 jew bil-fomm fis-smigħ tal-qorti ta' qabel dwar l-istess talba u dikjarata fil-minuti ta' dak is-smigħ tal-qorti ta' qabel.

Artikolu 14

Notifika mingħajr prova ta' riċeviment mid-debitur

1. In-notifikata' dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew xi ċitazzjoni tal-qorti lid-debitur tista' wkoll tiġi effettwata permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) notifika personali fl-indirizz personali tad-debitur lill-persuni li jkunu jgħijxu fl-istess familja bħal dik tad-debitur jew ikunu mpjegati hemm;

(b) fil-każ ta' debitur li jaħdem għal rasu jew persuna ġuridika, notifika personali fil-post tan-negozju tad-debitur lill-persuni li huma mpjegati mid-debitur;

(ċ) id-depożitu tad-dokument fil-kaxxa ta' l-ittri tad-debitur;

(d) id-depożitu tad-dokument f'uffiċċju postali jew ma' l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u t-tqegħid fil-kaxxa ta' l-ittri tad-debitur tan-notifika bil-miktub ta' dak id-depożitu, kemm-il darba n-notifika bil-miktub tiddikjara b'mod ċar il-karattru tad-dokument bħala dokument tal-qorti jew l-effett legali tan-notifika bħala li teffettwa n-notifika u li jkun inbeda jiddekorri ż-żmien għall-finijiet tal-limiti taż-żmien;

(e) servizz postali mingħajr prova skond il-paragrafu 3 fejn id-debitur ikollu l-indirizz tiegħu fl-Istat Membru ta' l-oriġini;

(f) mezzi elettroniċi attestati permezz ta' konferma awtomatika tat-twassil, kemm-il darba d-debitur ikun espressement aċċetta dan il-metodu ta' notifika bil-quddiem.

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, in-notifika taħt il-paragrafu 1 mhix ammissibbli jekk l-indirizz tad-debitur ma jkunx magħruf b'ċertezza.

3. Notifika skond il-paragrafu 1, (a) sa (d), għandha tkun attestata permezz ta':

(a) dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li teffettwa n-notifika, li jkun juri:

(i) il-metodu tas-servizz użat; u

(ii) id-data tas-servizz; u

(iii) fejn id-dokument ikun ġie notifikat lil persuna li ma tkunx id-debitur, l-isem ta' dik il-persuna u r-relazzjoni tagħha mad-debitur,

jew

(b) konferma tar-riċeviment mill-persuna notifikata, għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b).

Artikolu 15

Notifika lir-rappreżentanti tad-debitur

Notifika skond l-Artikoli 13 jew 14 tista' wkoll tiġi effettwata lir-rappreżentant ta' debitur.

Artikolu 16

Provvista lid-debitur ta' informazzjoni debita dwar it-talba

Sabiex jiġi żgurat lid-debitur kien provdut b'informazzjoni debita dwar it-talba, id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti għandu jkun fih dan li ġej:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet;

(b) l-ammont tat-talba;

(ċ) jekk ikun qed jintalab mgħax fuq l-ammont, ir-rata ta' mgħax u l-perjodu li għalih ikun qed jintalab l-imgħax sakemm mgħax statutorju ma jkunx awtomatikament miżjud mal-kapital taħt il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini;

(d) dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-talba.

Artikolu 17

Il-provvista lid-debitur ta' informazzjoni debita dwar il-passi proċedurali meħtieġa biex jikkontesta t-talba

Dan li ġej għandu jiġi dikajrata b'mod ċar fi u flimkien mad-dokument li jistitwixxi l-proċeduri, id-dokument ekwivalenti jew xi ċitazzjoni tal-qorti:

(a) il-ħtiġiet proċedurali għall-kontestazzjoni tat-talba, inkluż il-limitu ta' żmien għall-kontestazzjoni tat-talba bil-miktub jew id-data tas-smigħ tal-qorti, skond kif japplika, l-isem u l-indirizz ta' l-istituzzjoni li lilha għandu jwieġeb jew li quddiemha għandu jidher, skond kif japplika, u jekk huwiex obbligatorju li jkun rappreżentat minn avukat;

(b) il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' oġġezzjoni jew in-nuqqas li jidher, b'mod partikolari, fejn japplika, il-possibbiltà li tingħata sentenza jew li din tiġi nfurzata kontra d-debitur u responsabbiltà għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-qorti.

Artikolu 18

Tiswija tan-non-konformità ma' l-istandards minimi

1. Jekk il-proċeduri fl-Istat Membru ta' l-oriġini ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali kif stipulati fl-Artikoli 13 sa 17, dik in-non-konformità għandha tissewwa u s-sentenza tista' tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar jekk:

(a) Id-deċiżjoini tkun ġiet notifikata lid-debitur b'konformità mal-ħtiġiet skond l-Artikolu 13 kew l-Artikolu 14; u

(b) ikun possibbli għad-debitur li jikkontesta s-sentenza permezz ta' reviżjoni sħiħa u d-debitur ikun ġie debitament informat fi jew flimkien mas-sentenza dwar il-ħtiġiet proċedurali għal dik il-kontestazzjoni, inkluż l-isem u l-indirizz ta' l-istituzzjoni li lilha għandu jibgħata u, fejn japplika, il-limitu ta' żmien biex jagħmel dan; u

(ċ) id-debitur ikun naqas li jikkontesta s-sentenza skond il-ħtiġiet relevanti proċedurali.

2. Jekk il-proċeduri fl-Istat Membru ta' l-oriġini ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali kif stipulati fl-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14, dik in-non-konformità għandha tissewwa jekk jiġi pprovat mill-komportament tad-debitur fil-proċeduri tal-qorti li jkun personalment irċieva d-dokument li għandu jiġi notifikat fi żmien biżżejjed biex jirranġa għad-difiża tiegħu.

Artikolu 19

Standards minimi għar-reviżjoni f'każi eċċezzjonali

1. B'żieda ma' l-Artikoli 13 sa 18, sentenza tista' biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar jekk i-debitur ikollu d-dritt, taħt il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, li japplika għar-reviżjoni tas-sentenza fejn:

(a) (i) id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew, fejn tapplika, iċ-ċitazzjoni, kien notifikat b'wieħed mill-metodi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 14; u

(ii) in-notifika ma kienitx effettwata fi żmien biżżejjed biex tippermettilu li jirranġa għad-difiża tiegħu, mingħajr xi ħtija minn-naħa tiegħu;

jew

(b) id-debitur ma setgħax joġġezzjona għat-talba minħabba forza maġġuri, jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr xi ħtija minn-naħa tiegħu,

kemm-il darba f'kull każ huwa jaġixxi minnufih.

2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' l-Istati Membri li jagħtu aċċess għal reviżjoni tas-sentenza taħt kondizzjonijiet aktar ġenerużi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU IV

INFURZAR

Artikolu 20

Proċedura ta' infurzar

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-proċeduri ta' infurzar għandhom ikunu regolati mill-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

Sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar għandha tiġi nfurzata taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tas-sentenza mogħtija fl-Istat Membru ta' l-infurzar.

2. Il-kreditur għandu jkun meħtieġ li jipprovdi lill-awtoritajiet komepetenti ta' l-infurzar ta' l-Istat membru ta' l-infurzar b':

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u

(b) kopja taċ-ċertifikat ta' l-Ordni Ewropew ta' Infurzar li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tiegħu; u

(ċ) fejn meħtieġ, transkrizzjoni taċ-ċertifikat ta' l-Ordni Ewropew ta' Infurzar jew traduzzjoni tigeħu fil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, il-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali tal-proċeduri tal-qorti tal-lok fejn ikun qed jitfittex l-infurzar, b'konformità mal-liġi ta' dak l-Istat Membru, jew f'lingwa oħra li l-Istat Membru ta' l-infurzar ikun wera bħala li jkun jista' jaċċetta. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea minbarra dik tiegħu li huwa jista' jaċċetta għat-tlestija taċ-ċertifikat. It-traduzzjoni għandha tkun ċertifikata minn persuna kwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.

3. Ebda garanzija pleġġ jew depożitu, irrispettivament kif ikunu deskritti, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru wieħed tapplika għall-infurzar ta' sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar fi Stat membru ieħor minħabba li jkun ċittadin barrani jew li ma jkunx domiċiljat jew residenti fl-Istat Membru ta' l-infurzar.

Artikolu 21

Rifjut ta' infurzar

1. L-infurzar għandu, ma l-applikazzjoni mid-debitur, jiġi rifjutat mill-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta' l-infurzar jekk is-sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija qabel f'xi Stat Membru jew pajjiż terz, kemm-il darba:

(a) dik is-sentenza mogħtija qabel involviet l-istess kawża ta' azzjoni u kienet bejn l-istess partijiet; u

(b) is-sentenza mogħtija qabel kienet mogħtija fl-Istat Membru ta' l-infurzar jew tħares il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru ta' l-infurzar; u

(ċ) l-irrikonċiljabilità ma kienitx u ma setgħatx titqajjem bħala oġġezzjoni fil-proċeduri tal-qorti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

2. Taħt ebda ċirkostanzi ma għandha s-sentenza jew iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar tiġi riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha fl-Istat Membru ta' l-infurzar.

Artikolu 22

Patti ta' ftehim ma' pajjiżi terzi

Dan ir-rRegolament ma għandux jeffettwa patti ta' ftehim li bihom l-Istati Membri intrabtu, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, skond l-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni ta' Brussel dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, li ma jirrikonoxxux sentenzi mogħtija, b'mod partikolari fi Stati Kontraenti oħra għal dik il-Konvenzjoni, kontra konvenuti domiċiljati jew li normalment jgħijxu f'pajjiż terz fejn, fil-każi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 ta' dik il-Konvenzjoni, is-sentenza tkun ibbażata biss fuq raġuni ta' ġurisdizzjoni speċifikata fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 ta' dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 23

Twaqqif jew limitazzjoni ta' l-infurzar

Fejn id-debitur ikun

- ikkontesta sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar, inkluża applikazzjoni għar-reviżjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 19, jew

- applika għall-korrezzjoni jew l-irtirar ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar skond l-Artikolu 10,

il-qorti kompetenti jew awtorità fl-Istat Membru ta' l-infurzar tista', wara applikazzjoni mid-debitur:

(a) tillimiti l-proċeduri ta' infurzar għal miżuri protettivi; jew

(b) tagħmel l-infurzar kondizzjonat fuq il-provvista ta' dik il-garanzija hekk kif tista' tistabbilixxi; jew

(ċ) taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, twaqqaf il-proċeduri ta' infurzar.

KAPITOLU V

SETTLEMENT TAL-QORTI U STRUMENTI AWTENTIĊI

Artikolu 24

Settlement tal-qorti

1. Settlement li jikkonċerna talba skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(2) li jkun ġie approvat minn qorti jew konkluż quddiem qorti fil-kors ta' proċeduri u jkun infurzabbli fl-Istat Membru li fih kien approvat jew konkluż għandu, ma' l-applikazzjoni lill-qorti li kienet approvatu jew li quddiema kien ġie konkluż, jiġi ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar bl-użu tal-formola standard fl-Anness II.

2. Settlement li jkun ġie ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiġi nfurzat fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa għal dikjarazzjoni dwar l-infurzabilità u mingħajr xi possibbiltà ta' opposizzjoni dwar l-infurzabilità tiegħu.

3. Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, bl-eċċezjoni ta' l-Artikoli 5, 6(1) u 9(1), u tal-Kapitolu IV, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 21(1) u 22, għandhom japplikaw skond kif xieraq.

Artikolu 25

Strumenti awtentiċi

1. Strument awtentiku li jikkonċerna talba skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(2) li jkun infurzabbli fi Stat Membru wieħed għandu, ma' l-applikazzjoni mill-awtorità nominata mill-Istat Membru ta' l-oriġini, jiġi ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar, bl-użu tal-formola standard fl-Anness III.

2. Strument awtentiku li jkun ġie ċertifikat bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu ikun infurzat fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità u mingħajr il-possibbiltà ta' opposizzjoni dwar l-infurzabilità.

3. Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, bl-eċċezjoni ta' l-Artikoli 5, 6(1) u 9(1), u tal-Kapitolu IV, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 21(1) u 22, għandhom japplikaw skond kif xieraq.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONI TRANSITORJA

Artikolu 26

Disposizzjoni transitorja

Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal sentenzi mogħtija, għal settlement tal-qorti approvat jew konkluż u għal dokumenti formalment imħejjija jew reġistrati bħala strumenti awtentiċi wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

RELAZZJONI MA' STRUMENTI OĦRA TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 27

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 44/2001

Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-possibbiltà li jitfittex rikonoxximent u infurzar, skond ir-Regolament (KE) Nru 44/2001, ta' sentenza, settlement ta' qorti jew strument awtentiku dwar talba mhux kontestata.

Artikolu 28

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1348/2000

Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000.

KAPITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 29

Informazzjoni dwar proċeduri ta' infurzar u awtoritajiet

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw biex jipprovdu lill-pubbliku ġenerali u lill-assoċjazzjonijiet professjonali b'informazzjoni dwar:

(a) il-metodi ta' proċeduri u nfurzar fl-Istati Membri; u

(b) l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar fl-Istati Membri,

b'mod partikolari permezz tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali stabbilit skond id-Deċiżjoni 2001/470/KE [9].

Artikolu 30

Informazzjoni li tirrelata ma' proċeduri ta' rimedji, lingwi u awtoritajiet

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-:

(a) proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar imsemmija fl-Artikolu 10(2) u għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 19(1);

(b) il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 20(2)(ċ);

(ċ) il-lista ta' l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25;

u kull bidliet fihom

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skond il-paragrafu 1 pubblikament disponibbli permezz tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u permezz ta' kull mezzi oħra adattati.

Artikolu 31

Emendi għall-Annessi

Kull emenda għall-formoli standard fl-Annessi għandha tiħi adottat skond il-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 32(2).

Artikolu 32

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta' Jannar 2004.

Huwa għandu japplika mill-21 ta' Ottubru 2005, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 30, 31 u 32, li għandhom japplikaw mill-21 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Strasbourg, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 203 E, 27.08.02, p. 86.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' April 2003 (ĠU C 64 E, tat-12.3.2004, p. 79), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas- 6.2.2004 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 30.3.2004 (ħada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1.

[5] ĠU C 12, tal-15.1.2001, p. 1.

[6] ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1496/2002 (ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 13).

[7] ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 37.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU L 174, tas-27.6.2001, p. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĊERTIFIKAT TA' ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR – SENTENZA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

ĊERTIFIKAT TA' ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR – SETTLEMENT TAL-QORTI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA' ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR – STRUMENT AWTENTIKU

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

ĊERTIFIKAT TA' NUQQAS JEW LIMITAZZJONI TA' INFURZABILITÀ (L-Artikolu 6(2))

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

ĊERTIFIKAT TA' SOSTITUZZJONI TA' ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR WARA KONTESTAZZJONI (L-Artikolu 6(3))

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

APPLIKAZZJONI GĦALL-KORREZZJONI JEW L-IRTIRAR TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' ORDNI EWROPEW TA' INFURZAR (L-Artikolu 10(3))

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top