EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0464

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/2004 tat-12 ta' Marzu ta' l-2004 li jemenda l-ispeċifikazzjoni għal isem li jidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini (Nocciola del Piemonte)

OJ L 77, 13.3.2004, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 043 P. 192 - 193
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 054 P. 165 - 166
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 054 P. 165 - 166
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 041 P. 160 - 161

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/464/oj

32004R0464



Official Journal L 077 , 13/03/2004 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/2004

tat-12 ta' Marzu ta' l-2004

li jemenda l-ispeċifikazzjoni għal isem li jidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini (Nocciola del Piemonte)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-alimenti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, għall-isem Nocciola de Piemonte, reġistrat bħala indikazzjoni ġeografiku protett mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju ta' l-1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [2], l-Italja talbet tibdiliet fl-isem innifsu u fid-deskrizzjoni tiegħu, il-metodu ta' produzzjoni, tikkettjar u ħtiġijiet nazjzonali.

(2) Skrutinju tat-talba wera li l-emendi proposti ma humix żgħar.

(3) Taħt l-imsemmi l-Artikolu 9 il-proċedura ta' l-Artikolu 6 għandha tkun applikata mutatis mutandis.

(4) Huwa kkunsidrat li l-emendi proposti huma konsistenti mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [3] il-Kummissjoni rċeviet l-ebda oġġezzjoni taħt l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament.

(5) L-emendi għandhom għalhekk ikunu reġistrati u jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi annessi ma' dan ir-Regolament huma hawnhekk reġistrati u huma ppubblikati kif meħtieġa mill-Artikolu 6(4) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ fit-tnax-il jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 12 ta' Marzu ta' l-2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1).

[2] ĠU L 148, tal-21.6.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1660/2003 (ĠU L 234, ta' l-20.9.3, p. 10).

[3] ĠU C 144, ta’ l-20.6.2003, p. 2 (Nocciola del Piemonte).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ITALJA

Nocciola del Piemonte

Isem

- Nocciola Piemonte huwa miżjud bħala tieni forma tal-IĠP.

Deskrizzjoni

- Huwa speċifikat li Nocciola del Piemonte/Nocciola Piemonte huwa riservat għal ġewż mhux imqaxxar, imqaxxar u kważi-proċessat. Huwa speċifikat ukoll li l-IĠP jista' jkun użat fid-deskrizzjoni, preżentazzjoni u promozzjoni ta' alimenti li fihom, bħala ingredjent li jtejjeb il-kwalità' tagħhom li jikbru, Nocciola del Piemonte/Nocciola Piemonte iżda l-ebda prodott ieħor ta' l-istess tip.

- Hemm bidla formali fis-deskrizzjoni tal-qasam ta' produzzjoni: il-fruntieri tiegħu ma humix mibdula iżda wara rikonoxximent tal-Provinċja ġdida ta' Biella l-lista ta' komuni reġgħet ġiet irranġata.

Metodu ta' produzzjoni

- Densita' ta' tħawwil huwa mibdul minn 250 sa 400 sa 200 sa 420-l-arbuxxell kull ettaru. Densita' sa 500 ettaru huma awtorizzati biss għal tħawwil li jseħħ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Digriet ta' rikonoxximent tat-2 ta' Diċembru ta' l-1993.

- Notifikazzjoni annwali mir-Reġjun ta' Piedmont ta' medja ta' produzzjoni għal kull ettaru u d-data ta' bidu tal-ħsad (jieħdu in konsiderazzjoni il-fatturi li jvarjaw minn sena għal sena) huwa rtirat.

- Tħawwil għandhom ikunu mniżżla f'reġistru speċjali miżmuma mill-aġenzija ta' spezzjoni approvata minnflok minn reġistru miżmuma mill-kamra ta' kummerċ lokali.

- Frott mhux imqaxxar jista' jkun mibjugħ bla ma jkun pakkeġġjat iżda dan biss meta mibjugħ l-ewwel darba, jiġifieri, minn min ikabbru lill-operatur ta' unit ta' pakkeġġjar jew proċessar.

- Ħtiġijiet ta' pakkeġġjar għal ġewż imqaxxar, kważi-proċessat, proċessat (pakkeġġjar adegwat għall-użu ta' ikel) u wkoll għal ġewż li għaddew minn proċess li jisfruttaw il-kwalità' tagħhom huma spċefikati b'mod iktar ċar. Il-prodott reklamat għandu jkun ppakkjat minn qabel jew għandu jkun ppakkjat fil-mument tal-bejgħ.

Tikkettjar

- L-informazzjoni li għandu jkun mogħti fuq it-tikketta huwa indikat b'mod iktar ċar, kif inhuma ċerti ħtiġijiet ta' tikkettjar li jippermettu traċċI li jkunu garantiti. b'mod partikolari l-informazzjoni għandha tkun mogħtija fuq it-tikketta ta' prodotti proċessati li fihom Nocciola del Piemonte/Nocciola Piemonte bħala ingedjent waħdu huma speċfikati.

- Għal ġewż imqaxxar u bil-qoxra is-sena ta' ħsad għandu jkun muri fuq it-tikketta.

- Xi ħtiġijiet ta' tikkettjar ikkunsidrati li huma diġa' inklużi fil-ħtiġijiet ta' tikkettjar tal-prodott ta' l-ikel ġenerali huma rtirati.

Ħtiġijiet nazzjonali

- Referenza għall-penali nazzjonali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' speċifikazzjoni huma rtirati, billi huma applikabbli mingħajr tali referenza.

- L-Artikolu 9 huwa ġie introdott sabiex jispeċifika regoli għax-xogħol tal-korp ta' ispezzjoni.

--------------------------------------------------

Top