Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0447

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi r-regoli biex tiġi faċilitata t-transizzjoni minn sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għal dak li hemm provvediment dwaru fir-Regolamenti (KE) Nri 1257/1999 u 1260/1999 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

OJ L 72, 11.3.2004, p. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 050 P. 97 - 98

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/447/oj

32004R0447



Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0064 - 0065


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2004

ta' l-10 ta' Marzu 2004

li jippreskrivi r-regoli biex tiġi faċilitata t-transizzjoni minn sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għal dak li hemm provvediment dwaru fir-Regolamenti (KE) Nri 1257/1999 u 1260/1999 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu.

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikoli 32(5) u 33(5) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 [1] introduċa sostenn tal-Komunità għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' l-lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni (il-programm Sapard). Dak il-programm jikkomprendi serje ta' miżuri li għandhom ikunu sostnuti wara l-adeżjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [2] jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar Fondi Strutturali [3]. Biex tiġi faċilitata t-transizzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta' sostenn, il-perjodu li matulu jkunu jistgħu jsiru kommessi lill-benefiċjarji taħt il-programm Sapard għandu jkun speċifikat.

(2) Għandhom ikunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom proġetti approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 iżda li ma jistgħux ikunu aktar iffinanzjati taħt dak ir-Regolament jistgħu jkunu trasferiti għal programmar ta' żvilupp rurali.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar Strutturi Agrikoli u Żvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tifsira

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament "Stati Membri ġodda" tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 2

Tmiem tal-perjodu kontraenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999

1. Fir-rigward ta' miżuri li jistgħu jkunu finanzjati wara l-adeżjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni tal-Garanzija taħt l-Artikolu 47a tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jkomplu jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 sad-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-pjan ta' żvilupp rurali.

2. Fir-rigward ta' miżuri jew submiżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 li jistgħu jiġu finanzjati wara l-adeżjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni Gwida taħt l-Artikolu 2(2)a tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jkomplu jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 sad-data li fiha jibdew jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi għal miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Artikolu 3

Finanzjament ta' proġetti Sapard fejn l-approprjazzjonijiet ikunu spiċċaw

1. Għall-proġetti kuntrattati mill-2002 taħt il-miżuri msemmija fir-raba', is-seba' u l-14-il inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999, nefqa magħmula ‘l hinn mill-31 ta' Diċembru 2006 tista' tiġi nkluża fl-ipprogrammar ta' żvilupp rurali għall-perjodu 2004 sa' 2006 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u finanzjati mis-Sezzjoni Garanzija FAEGG.

2. Il-ħlasijiet għall-proġetti li dwarhom l-approprjazzjonijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 ikunu spiċċaw jew ma jkunux biżżejjed jistgħu jkunu nklużi fi programmar ta' żvilupp rurali għall-perjodu 2004 sa' 2006 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u finanzjati mis-Sezzjoni Garanzija FAEGG.

3. Fejn l-Istati Membri l-ġodda japplikaw il-paragrafi 1 u 2, huwa għandhom jindikaw l-ammonti li jikkorrispondu ma' l-approprjazzjonijiet kommessi fit-tabella ta' finanzjament imniżżla fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 141/2004 [4].

4. Ir-regoli dwar l-eliġibilità ta' u l-verifiki dwar assistenza taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandhom jibqgħu japplikaw.

5. Il-lista tal-proġetti magħżula għandha titħejja mill-Istat Membru ġdid konċernat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-10 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 696/2003 (ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 24).

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

[3] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1105/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 3).

[4] ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 25.

--------------------------------------------------

Top