EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0308

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2004 ta' l-20 ta' Frar 2004 li jiddistribwixxi mill-ġdid il-porzjonijiet mhux użati mill-kwoti kwantitattivi ta' l-2003 għal ċertu prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

OJ L 52, 21.2.2004, p. 37–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 050 P. 3 - 10

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/308/oj

32004R0308



Official Journal L 052 , 21/02/2004 P. 0037 - 0044


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2004

ta' l-20 ta' Frar 2004

li jiddistribwixxi mill-ġdid il-porzjonijiet mhux użati mill-kwoti kwantitattivi ta' l-2003 għal ċertu prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 [1] tas-7 ta' Marzu 1994 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għall-amministrazzjoni ta' kwoti kwantitattivi, u b' mod partikolari l-Artikolu 2(5) u l-Artikoli 14 u 24 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 [2] tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu ta' salvagwardji transitorji speċifiċi għall-prodott u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċertu pajjiżi terzi previsti għall-kwoti kwantitattivi ta' kull sena għal ċertu prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina imniżżla fl-ANNESS I għal dak ir-Regolament. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 520/94 japplikaw għal dawk il-kwoti.

(2) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 738/94 [3], li jniżżel ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 520/94. Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw għall-amministrazzjoni tal-kwoti fuq imsemmija bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(3) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 520/94, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri avżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-kwoti assenjati fl-2003 u mhux użati.

(4) Il-kwantitajiet mhux użati ma setgħux jiġu ddistribwiti mill-ġdid fil-ħin biex jintużaw qabel it-tmiem tas-sena ta' kwota 2003.

(5) L-eżaminazzjoni tad-data riċevuta għal kull prodott imsemmi tindika li l-kwantitajiet mhux użati fis-sena ta' kwota 2003 għandhom jiġu ddistribwiti mill-ġdid fl-2004, sal-limitu ta' l-ammonti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(6) Il-metodi amministrattivi differenti previsti bir-Regolament (KE) Nru 520/94 ġew analizzati u kien ikkunsidrat li għandu jiġi adottat il-metodu bbażat fuq iċ-ċirkolazzjonijiet tal-kummerċ tradizzjonali. Taħt dan il-metodu is-setturi tal-kwota jinqasmu f'żewg porzjonijiet, wieħed irriservat għal importaturi tradizzjonali u l-ieħor għal applikanti oħra.

(7) Dan irriżulta li kien l-aħjar mod biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kummerċ għall-importaturi tal-Komunità kkonċernati u tkun evitata kwalunkwe disturbazzjoni taċ-ċirkulazzjonijiet tal-kummerċ.

(8) Il-kwantitajiet iddistribwiti mill-ġdid taħt dan ir-Regolament għandhom jinqasmu skond l-istess kriterju użat għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-2003.

(9) Huwa meħtieġ li jkunu ssimplifikati il-formalitajiet li jridu jaderixxu magħhom l-importaturi tradizzjonali li diġà kellhom liċenzi ta' l-importazzjoni maħruġa meta l-kwoti tal-Komunità ta' l-2004 ġew assenjati. L-awtoritajiet amministrattivi kompetenti diġà għandhom fil-puseess tagħhom l-evidenza rekwiżita ta' l-importazzjoni ta' jew l-1998 inkella l-1999 għall-importaturi tradizzjonali kollha. Dawn ta' l-aħħar jeħtieġu biss għalhekk li jinkludu kopja tal-liċenzi preċedenti ma' l-applikazzjonijiet tal-liċenzi l-ġodda.

(10) Għandhom jittieħdu miżuri biex ikunu pprovduti l-aħjar kondizzjonijiet għall-allokazzjoni ta' dak il-porzjon tal-kwota rriservat għal importaturi mhux tradizzjonali bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-kwoti. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-proviżjon għall-porzjon li għandu jkun allokat skond il-proporzjon tal-kwantitajiet meħtieġa, isir fuq il-bażi ta' eżaminazzjoni simultanja ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta' l-importazzjoni li attwalment isiru, u tingħata adeżjoni biss lill-importaturi li jistgħu jipprovaw li kisbu w użaw mill-anqas 80 % tal-liċenza ta' l-importazzjoni għall-prodott imsemmi fis-sena ta' kwota 2003. L-ammont li kwalunkwe importatur mhux tradizzjonali jista' jitlob għandu jkun ristrett ukoll għal volum jew valur stabbilit.

(11) Għall-għanijiet ta' l-allokazzjoni ta' kwota, għandu jkun stabbilit limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzi mill-importaturi.

(12) Bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-kwoti, l-applikazzjonijiet tal-liċenzi għall-importazzjoni ta' kalzatura taħt il-kwoti li jirreferu għal diversi kodiċi CN għandhom jispeċifikaw il-kwantitajiet meħtieġa għal kull kodiċi.

(13) L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta' l-importazzjoni riċevuti, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. L-informazzjoni dwar l-importazzjoni preċedenti ta' l-importaturi tradizzjonali għandha tkun espressa fl-istess unità bħall-kwota msemmija.

(14) Minħabba l-fatt li s-sistema tal-kwota tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004, id-data ta' l-iskadenza tal-liċenzi ta' l-importazzjoni għad-distribuzzjoni mill-ġdid hija stabbilita bħala l-31 ta' Diċembru 2004.

(15) Dawn il-miżuri huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-amministrazzjoni tal-kwoti stabbilit skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 520/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-disposizzjonijiet speċifiċi għad-distribuzzjoni mill-ġdid fl-2004 tal-porzjonijiet tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2003 msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 li ma ntużawx fis-sena ta' kwota 2003.

Il-kwantitajiet mhux użati fis-sena ta' kwota 2003 għandhom jiġu ddistribwiti mill-ġdid sal-limitu tal-volumi jew valuri stabbiliti fl-ANNESS I għal dan ir-Regolament.

Ir-Regolament (KE) Nru 738/94 għandhom jgħoddu bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Il-kwoti kwantitattivi imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati bl-użu tal-metodu bbażat fuq iċ-ċirkolazzjonijiet tal-kummerċ tradizzjonali, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 520/94.

2. Il-porzjonijiet ta' kull kwota kwantitattiva irriservati għall-importaturi tradizzjonali w importaturi mhux tradizzjonali huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

3. (a) Il-porzjon irriservat għall-importaturi mhux tradizzjonali għandu jinqasam bl-użu tal-metodu bbażat fuq l-allokazzjoni skond il-proporzjon tal-kwantitajiet meħtieġa; il-volum meħtieġ minn importatur wieħed m' għandux jeċċedi dak muri fl-Anness III. Għandu jkollhom dritt li japplikaw għall-liċenzi ta' l-importazzjoni dawk l-importaturi biss li jistgħu jipprovaw li mportaw mill-anqas 80 % tal-volum tal-prodotti li għalihom kienu ngħataw liċenza għall-importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2077/2002 [4].

(b) Operaturi li jitqiesu bħala persuni relatati kif spjegat bl-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 [5] jistgħu jagħmlu applikazzjoni għal liċenza waħda għall-porzjon tal-kwota irriservat għall-importaturi mhux tradizzjonali dwar il-merkanzija deskritta fl-applikazzjoni. B' żieda mal-prospett mitlub mill-Artikolu 3(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 738/94, l-applikazzjoni tal-liċenza għall-kwota mhux tradizzjonali għandha tiddikjara li l-applikant m' għandux relazzjonijiet ma' xi operatur ieħor li japplika għall-linja ta' kwota mhux tradizzjonali msemmija.

Artikolu 3

L-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom isiru ma' l-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament mill-għada tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea sal-15.00, ħin ta' Brussel, ta' l-10 ta' Marzu 2004.

Artikolu 4

1. Għall-għanijiet ta' l-allokazzjoni tal-porzjon ta' kull kwota rriservata għall-importaturi tradizzjonali, importaturi "tradizzjonali" ifissru importaturi li jistgħu juru li mportaw merkanzija fis-sena kalendarja 1998 jew 1999.

2. Id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94 għandhom ikunu dwar ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera matul jew is-sena kalendarja 1998 inkella 1999, kif indikat mill-importatur, tal-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma koperti mill-kwota li għaliha issir l-applikazzjoni.

3. Minflok id-dokumenti imsemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94 l-applikanti jistgħu jinkludu ma' l-applikazzjonijiet tal-liċenza dokumenti mħejjija u ċċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi ta' l-informazzjoni doganali disponibbli bħala prova ta' l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija matul is-sena kalendarja 1998 jew 1999 magħmula minnhom stess jew, fejn applikabbli, mill-operatur li tiegħu kienu l-attivitajiet meħuda mill-applikanti.

L-applikanti li diġà għandhom liċenza ta' l-importazzjoni maħruġa fl-2004 taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1956/2003 [6] jew taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2004 [7] għall-prodotti koperti mill-applikazzjoni tal-liċenza jistgħu jinkludu kopja tal-liċenzi preċedenti tagħhom ma' l-applikazzjonijiet tal-liċenzi tagħhom. F'dan il-każ fl-applikazzjoni tal-liċenza tagħhom għandhom jindikaw il-kwantità aggregata ta' l-importazzjoni tal-prodotti msemmija matul il-perjodu ta' referenza magħżul.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sa' mhux aktar tard mill-1 ta' April 2004 fl-10.00, ħin ta' Brussel, bin-numru u l-kwantità aggregata ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta' l-importazzjoni u, fil-każ ta' applikazzjonijiet minn importaturi tradizzjonali, bil-volum ta' l-importazzjoni preċedenti li saret mill-importaturi tradizzjonali matul perjodu ta' referenza magħżul imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.

Artikolu 6

Sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa skond l-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta il-kriterji kwantitattivi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-għan li jintlaqgħu l-applikazzjonijiet ta' l-importaturi.

Artikolu 7

Il-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi sal-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 66, 10.03.94, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 1).

[2] ĠU L 65, 08.03.03, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1985/2003 (ĠU L 295, 13.11.03, pġ 43).

[3] ĠU L 87, tal-31.3.1994, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 983/96 (ĠU L 131, ta' l-1.6.1996, 47).

[4] ĠU L 319, 23.11.02, p. 12.

[5] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1.

[6] ĠU L 289, 07.11.03, p. 10.

[7] ĠU L 36, 07.02.04, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-kwantitajiet li għandhom ikunu ddistribwiti mill-ġdid

Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi HS/CN | Kwantitajiet iddistribwiti mill-ġdid |

Kalzatura li taqa' taħt il-kodiċi HS/CN | ex640299 | 9720296 par |

640351640359 | 1577200 par |

ex640391ex640399 | 1966283 par |

ex640411 | 4169083 par |

64041910 | 10151135 par |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691110 | 10983 tunnellata |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, taċ-ċeramika, artikoli oħra tad-dar u tat-toilet, li m' humiex tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691200 | 16565 tunnellata |

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-allokazzjoni tal-kwoti

Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi HS/CN | Porzjon irriservat għal importaturi tradizzjonali 75 % | mhux tradizzjonali 25 % |

Kalzatura li taqa' fil-kodiċi HS/CN | ex640299 | 7290222 par | 2430074 par |

640351640359 | 1182900 par | 394300 par |

ex640391ex640399 | 1474712 par | 491571 par |

ex640411 | 3126812 par | 1042271 par |

64041910 | 7613351 par | 2537784 par |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691110 | 8237 tunnellata | 2746 tunnellata |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, taċ-ċeramika, artikoli oħra tad-dar u tat-toilet, li m' humiex tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691200 | 12424 tunnellata | 4141 tunnellata |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-kwantità massima li tista' tintalab minn kull importatur mhux tradizzjonali

Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi HS/CN | Kwantità massima predeterminata |

Kalzatura li taqa' fil-kodiċi HS/CN | ex640299 | 5000 par |

640351640359 | 5000 par |

ex640391ex640399 | 5000 par |

ex640411 | 5000 par |

64041910 | 5000 par |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691110 | 5 tunnellati |

Oġġetti għal fuq il-mejda, oġġetti għall-kċina, taċ-ċeramika, artikoli oħra tad-dar u tat-toilet, li m' humiex tal-porċellana jew china li jaqgħu fil-kodiċi HS/CN | 691200 | 5 tunnellati |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Lista ta' awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri

1. IL-BELĠJU

Service Publique Fédéral Économie, PME, Classes moyennes & énergie

Administration du Potentiel économique

Politiques d'accès aux marchés, Service Licences

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen

Generaal Lemanstraat 60, Rue Général-Leman 60

B-1040 Bruxelles

Tel.: (32-2) 206 58 16

Fax (32-2) 230 83 22/231 14 84

2. ID-DANIMARKA

Erhvervs-og Boligstyrelsen

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Tel. (45) 35 46 64 30

Fax (45) 35 46 64 01

3. IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn

Tel. (49) 619 69 08-0

Fax (49) 619 69 42 26/(49) 619 69 08-800

4. IL-GREĊJA

Ministry of Economy & Finance

General Directorate of Policy Planning & Implementation

Directorate of International Economic Issues

1, Kornarou Street

GR-105-63 Athens

Tel.: (30-210) 328-60 31/328 60 32

Fax (30-210) 328 60 94/328 60 59

5. SPANJA

Ministerio de Economía y Hacienda

Dirección General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Tel.: (34) 913 49 38 94/913 49 37 78

Fax (34) 913 49 38 32/913 49 37 40

6. FRANZA

Service des titres du commerce extérieur

8, rue de la Tour-des-Dames

F-75436 Paris Cedex 09

Tel. (33) 155 07 46 69/95

Fax (33) 155 07 48 32/34/35

7. L-IRLANDA

Department of Enterprise, Trade and Employment

Licensing Unit, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

Ireland

Tel. (353-1) 631 25 41

Fax (353-1) 631 25 62

8. L-ITALJA

Ministero Attività Produttive

Direzione Generale Politica Commerciale e la Gestione del regime degli scambi

Div. VII

Viale Boston 25

I-00144 Roma

Tel. (39-6) 599 32 489/(39-6) 599 32 487

Fax (39-6) 592 55 56

9. Il-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Tel. (352) 22 61 62

Fax (352) 46 61 38

10. L-OLANDA

Belastingdienst/Douane

Engelse Kamp 2

Postbus 30003

9700 RD Groningen

Nederland

Tel. (31-50) 523 91 11

Fax (31-50) 523 22 10

11. L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A - 1011 Wien

Tel. (43-1) 71 10 00

Fax (43-1) 711 00 83 86

12. IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Edifício da Alfândega de Lisboa

Largo do Terreiro do Trigo

P - 1100 Lisboa

Tel.: (351-21) 881 4263

Fax (351) -21 881 4261

13. IL-FINLANDJA

Tullihallitus/Tullstyrelsen

Erottajankatu/Skillnadsgatan 2

FIN - 00101 Helsinki/Helsingfors

P./Tel. (358-9) 6141

F. (358-9) 614 28 52

14. L-ISVEZJA

Kommerskollegium

Box 6803

S - 113 86 Stockholm

Tfn (46-8) 690 48 00

Fax (46-8) 30 67 59

15. IR-RENJU UNIT

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House

West Precinct

Billingham

TS23 2NF

United Kingdom

Tel. (44-1642) 36 43 33/36 43 34

Fax (44-1642) 53 35 57

--------------------------------------------------

Top