EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0185

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 185/2004 tat-2 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 94/2002 li jwaqqaf regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għal prodotti agrikolturali fis-suq intern

OJ L 29, 3.2.2004, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 042 P. 269 - 270

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/185/oj

32004R0185



Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 185/2004

tat-2 ta’ Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 94/2002 li jwaqqaf regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għal prodotti agrikolturali fis-suq intern

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern [1], and in particular l-Artikolu 12 thereof,

Billi:

(1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2002 [2] tipprovdi biex isiru l-listi ta’ temi u prodotti li għalihom jistgħu jitwettqu miżuri ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/1990 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar xi standards tat-tqegħid fis-suq għall-bajd [3] jeħtieġ, inter alia, li l-bajd għall-konsum mill-bniedem jiġi mmarkat b’ kodiċi li jindika l-produttur u jippermetti identifikazzjoni tat-tip ta’ biedja, mill-1 ta’ Jannar 2004.

(3) Ikun utli li l-konsumatur jiġi informat dwar dawn ir-regoli ġodda tat-tqegħid fis-suq għall-bajd.

(4) Il-bajd għall-konsum mill-bniedem għandu għalhekk jiġi inlkuż fil-lista ta’ prodotti li jistgħu jiġu koperti mill-miżuri ta’ tagħrif u/jew ta’ promozzjoni, u għandhom jiġu definiti gwidi ġenerali għall-kampanji li ser jitwettqi f’dan is-settur.

(5) Filwaqt li jittieħed kont tad-data biex isiru dawn il-gwidi, ma jkunx possibbli li jiġu mħarsa d-dati stabbiliti għat-trasmissjoni u l-approvazzjoni ta’ l-ewwel serje ta’ programmi ppreżentati fl-2004 għall-bajd maħsub għall-konsum mill-bniedem. In vista tal-ħtieġa li jiġi infurmat il-konsumatur mill-aktar fis possibbli, għandu jiġi stabbilit terminu perentorju speċiali għat-trasmissjoni u l-approvazzjoni ta’ l-ewwel serje.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 94/2002 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija fil-laqgħa konġunta tal-kumitat ta’ ġestjoni dwar il-promozzjoni ta’ prodotti agrikolturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 94/2002 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1), jiżdied dan li ġej:

"L-ewwel serje ta’ programmi li jirrelataw mal-bajd għall-konsum mill-bniedem li għandha tiġi sottomessa fl-2004 għandha tiġi rċevuta mill-Istat Membru in kwistjoni mhux aktarr tard mid-29 ta’ Frar 2004."

2. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jiżdied dan li ġej:

"L-ewwel serje ta’ programmi li jirrelataw mal-bajd għall-konsum mill-bniedem li għandha tiġi sottomessa fl-2004 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2004."

(b) fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragraph 3, jiżdied dan li ġej:

"L-ewwel serje ta’ programmi li jirrelataw mal-bajd għall-konsum mill-bniedem li għandha tiġi sottomessa fl-2004 għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2004."

3. fl-Anness I(b), jiżdied dan li ġej:

"— Bajd għall-konsum mill-bniedem."

4. Il-kitba li tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied ma l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 2 Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 328, 23.12.00, p. 2.

[2] ĠU L 17, 19.01.02, p. 20. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 497/2003 (ĠU L 74, 20.03.03, p. 4).

[3] ĠU L 173, 06.07.90, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2052/2003 (ĠU L 305, 22.11.03, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"BAJD GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

1. ANALIŻI ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Mill-1 ta’ Jannar 2004, il-bajd maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jiġi ttimbrat fuq il-qoxra b’ kodiċi li jidentifika ‘l-produttur u s-sistema użata biex jitrabbew it-tiġieġ li jbidu. Dan il-kodiċi għandu jiġi compost minn numru li jidentifika l-metodu ta’ biedja (0 = organiku, 1 = liberu, 2 = matmura, 3 = gaġġa), il-kodiċi ISO ta’ l-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tal-produzzjoni u numru allokat liċ-ċentru tal-produzzjoni mill-awtorità rilevanti.

2. GĦANIJIET

- Li l-konsumatur jiġi infurmat dwar l-istandards ġodda għall-immarkar tal-bajd u tiġi spjegata tajjeb it-tifsira tal-kodiċi stampat fuq il-bajd.

- Li tingħata informazzjon dwar is-sistemi tal-produzzjoni tal-bajd permezz tal-kodiċi stampat fuq il-bajd.

- Li tingħata informazzjon dwar sistemi eżistenti tat-traċċabilità.

3. GRUPPI MMIRATI

- Konsumaturi u distributuri.

- Mexxejja ta’ l-opinjonijiet.

4. MESSAĠĠI EWLENIN

- Li jiġi pubblikat u spjegat il-kodiċi stampat fuq il-bajd b’ mod konformi mad-Direttiva 2002/4/KE, u l-karatteristiċi tal-kategoriji differenti tal-bajd li jirreferi għalihom dan il-kodiċi.

5. KANALI EWLENIN

- Kanal elettroniku (website, eċċ.).

- Materjal stampat (brochures, fuljetti, eċċ.).

- Informazzjoni f’postijiet tal-bejgħ.

- Reklamar fl-aħbarijiet stampati u fil-ġurnali ta’ l-ikel, ġurnali tan-nisa, eċċ.

- Relazzjonijiet mal-media.

6. KEMM IDUM IL-PROGRAMM

12-il sa 24 xahar.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 4 miljun."

--------------------------------------------------

Top